top of page
FM_Background.jpg
Joseph Galea

Joseph Galea jaħdem bħala attur, produttur u direttur tat-teatru u t-televiżjoni, kif ukoll awtur. Huwa tħarreġ fl-arti teatrali fiċ-Ċentru tad-Drama Mikelanġ Borg bejn l-1996 u l-1999. Bħala attur, direttur kif ukoll kittieb kellu xogħlijiet fit-Teatru Manoel, Spazju Kreattiv u f’diversi festivals f’Malta. Galea huwa wkoll wieħed mill-fundaturi u d-direttur artistiku tal-Cospicua Short Play Festival. Għal dawn l-aħħar snin kellu diversi proġetti teatrali li għamlu parti mill-programm tal-Culture Pass fl-iskejjel. It-tradizzjoni antika tal-Karnival il-Qarċilla reġgħet ġiet introdotta taħt id-direzzjoni ta’ Galea fl-2014. Fuq it-televiżjoni, Galea ħa sehem f’diversi xogħlijiet drammatiċi, fosthom f’Pupi bil-parti ta’ Nardu, li rebħitu l-premju għall-aħjar attur fil-Malta Television Awards 2007. Sa mill-2001 huwa pproduċa u dderieġa sensiliet televiżivi li jikludu programmi ta’ divertiment, drama, satira, dokudrama u dokumentarji fuq l-istazzjonijiet lokali. Joseph Galea dejjem ifittex li jikkollabora ma’ entitajiet, gruppi u artisti oħrajn, għax jemmen li dan huwa l-aħjar mod kif toħloq proġetti innovattivi u ta’ kwalità.

Joseph Galea

Festivals

Malta International Arts Festival 2022

Social Media

BIOGRAPHY

bottom of page