Applikazzjoni 2: Proġetti fuq Skala Żgħira

Proposti mmexxija minn artisti b'baġit massimu ta' €5,000, li joffru flessibbiltà għal individwi indipendenti jew kollettivi. Dawn il-proġetti jippermettu lill-artisti jippreżentaw xogħlijiet intimi jew sperimentali li jżidu varjetà, valur u spontanjetà mal-esperjenza tal-festival.
Rekwiżiti tal-applikazzjoni:
Kopja tal-Formola tal-Applikazzjoni għall-Artisti mimlija (Appendiċi A)
Proposta tal-kunċett (massimu ta' 500 kelma)
Blurb qasir (50 kelma) għall-użu tal-programm
Post Propost (Option 1)
Postijiet Prospettivi Oħra
CV / portafoll tal-artist/i ewlieni/ewlenin
Tqassim ta’ budget sa massimu €5,000
Technical rider (jekk applikabbli)
Nota Importanti: Il-kunċetti provduti fl-applikazzjoni huma soġġetti għal permessi/kunsensi mill-uffiċjali tal-postijiet imsemmija u l-Awtoritajiet.
L-applikazzjonijiet għal dan l-islott għandhom jintbagħtu fuq nottebianca@festivals.mt bis-suġġett tal-email ‘Applikazzjoni Notte Bianca 2026 - Proġetti fuq Skala Zgħira’.
L-applikazzjonijiet jagħlqu: fit-30 ta’ Jannar 2026 sa nofsinhar.
Mistoqsijiet għall-klarifikazzjonijiet għandhom jintbagħtu sal-21 ta’ Jannar 2026.
Niżżel is-sejħa, flimkien mal-Formola tal-Applikazzjoni Għall-Artisti (Appendiċi A) hawn:
Nota Importanti
Għall-applikazzjonijiet kollha, it-Tim Artistiku u Festivals Malta jirriżervaw id-dritt li jżidu, ineħħu, jew jimmodifikaw proġetti kif iqisu xieraq. Tibdil fil-proġetti ppreżentati għal skopijiet ta’ applikazzjoni jista’ jsir fid-diskrezzjoni tad-Direzzjoni Artistika u t-tim ta’ Festivals Malta.
Applikazzjonijiet li jintbagħtu wara d-data tal-iskadenza mhux se jiġu kkunsidrati.