Applikazzjoni 1: Proġetti Kkurati

Proġetti definiti mit-Tim Artistiku, kull wieħed b'żona, tema, jew format speċifiku. Dawn huma mfassla biex jidħlu fil-viżjoni artistika u t-tqassim spazjali ta' Notte Bianca, bl-artisti mistiedna jikkontribwixxu xogħlijiet li jirrispondu direttament għal dawn il-kunċetti kkurati.
Slott tal-Prestazzjoni A: Il-Funtana tat-Tritoni – Prestazzjoni tal-Ftuħ Interdixxiplinarja
Qed nistiednu proposti għal prestazzjoni interdixxiplinara ta' 15-il minuta madwar il-Funtana tat-Tritoni biex tiftaħ Notte Bianca 2026. Il-prestazzjoni għandha tgħaqqad iż-żfin ma' mużiċisti/artisti live (madwar 15 b'kollox) biex toħloq spettaklu kbir u ingaġġanti li jirrifletti t-tema ta' Riflessjoni.
Għal aktar informazzjoni dwar dan lis-slot u r-rekwiżiti tal-applikazzjoni, niżżel is-sejħa minn hawn:
L-applikazzjonijiet jagħlqu: fit-30 ta’ Jannar 2026 sa nofsinhar.
Mistoqsijiet għall-klarifikazzjonijiet għandhom jintbagħtu sal-21 ta’ Jannar 2026.
Slott tal-Prestazzjoni B: Id-Ditch – Prestazzjoni Artistika Mmexxija minn DJ
Qed nistiednu proposti għal prestazzjoni mmexxija minn DJ fid-Ditch tal-Belt Valletta li tgħaqqad l-enerġija ta’ festa kbira ma’ forom mhux mistennija ta’ arti live. Din mhux sensiela ta’ interventi skonnettjati, iżda esperjenza kontinwa u li tevolvi fejn il-mużika u l-prestazzjoni live jiżvolġu matul il-lejl kollu.
Għal aktar informazzjoni dwar dan lis-slot u r-rekwiżiti tal-applikazzjoni, niżżel is-sejħa minn hawn:
L-applikazzjonijiet jagħlqu: fit-30 ta’ Jannar 2026 sa nofsinhar.
Mistoqsijiet għall-klarifikazzjonijiet għandhom jintbagħtu sal-21 ta’ Jannar 2026.
Slott tal-Prestazzjoni C: Quddiem il-Parlament – Nilqgħukom il-Belt
Qed nistiednu proposti għal prestazzjoni speċifika għas-sit fiż-żona ta’ quddiem il-Parlament li sservi bħala merħba għal Notte Bianca 2026. Il-proġett għandu juża l-ispazju u l-inħawi tiegħu biex joħloq l-ewwel impressjoni interessanti għall-udjenzi li jidħlu fil-Belt Valletta, u b'hekk jistabbilixxi t-ton għaċ-ċelebrazzjoni tal-lejla.
Għal aktar informazzjoni dwar dan lis-slot u r-rekwiżiti tal-applikazzjoni, niżżel is-sejħa minn hawn:
L-applikazzjonijiet jagħlqu: fit-30 ta’ Jannar 2026 sa nofsinhar.
Mistoqsijiet għall-klarifikazzjonijiet għandhom jintbagħtu sal-21 ta’ Jannar 2026.
Slott tal-Prestazzjoni D: Intervent Madwar il-Belt Kull Siegħa – Valletta
Qed nistiednu proposti għal intervent madwar il-Belt Valletta li jsir kull siegħa matul l-avveniment ta’ Notte Bianca. L-intervent irid ikun iddisinjat b'tali mod li jiġi esperjenzat simultanjament minn kulħadd fil-belt, u joħloq mument li jgħaqqad l-udjenzi tal-festival flimkien.
Għal aktar informazzjoni dwar dan lis-slot u r-rekwiżiti tal-applikazzjoni, niżżel is-sejħa minn hawn:
L-applikazzjonijiet jagħlqu: fit-30 ta’ Jannar 2026 sa nofsinhar.
Mistoqsijiet għall-klarifikazzjonijiet għandhom jintbagħtu sal-21 ta’ Jannar 2026.
Slott tal-Prestazzjoni E: Pjazza Kastilja – Prestazzjoni Mużikali
Qed nistiednu proposti għal prestazzjoni mużikali ta’ 60 minuta fi Pjazza Kastilja, speċifikament immirata lejn bands. Is-setup se jinkludi artisti fuq pjattaformi elevati separati mqiegħda madwar il-post, u b’hekk joħolqu identità viżiva distintiva u esperjenza unika ta’ spacial audio.
Għal aktar informazzjoni dwar dan lis-slot u r-rekwiżiti tal-applikazzjoni, niżżel is-sejħa minn hawn:
L-applikazzjonijiet jagħlqu: fit-30 ta’ Jannar 2026 sa nofsinhar.
Mistoqsijiet għall-klarifikazzjonijiet għandhom jintbagħtu sal-21 ta’ Jannar 2026.
Slott tal-Prestazzjoni F: Pjazza Teatru Rjal – Worlds Collide
Qed nistiednu proposti għal wirjiet live fi Pjazza Teatru Rjal li jgħaqqdu flimkien dinji artistiċi differenti, ġeneri, dixxiplini u enerġiji kreattivi li joffru kuntrast b’modi mhux mistennija. L-ispazju se jittrasforma f’arena vibranti ta’ sperimentazzjoni, fejn l-artisti jesploraw x’jiġri meta l-opposti jiltaqgħu.
Għal aktar informazzjoni dwar dan lis-slot u r-rekwiżiti tal-applikazzjoni, niżżel is-sejħa minn hawn:
L-applikazzjonijiet jagħlqu: fit-30 ta’ Jannar 2026 sa nofsinhar.
Mistoqsijiet għall-klarifikazzjonijiet għandhom jintbagħtu sal-21 ta’ Jannar 2026.
Slott tal-Prestazzjoni G: Teatru Manoel – A Play Within a Play
Qed nistiednu proposti għal wirjiet qosra sa 20 minuta fit-Teatru Manoel. L-artisti huma mħeġġa jagħmlu użu sħiħ mill-ispazji tat-teatru. Il-proġetti għandhom jesploraw il-kunċett ta’ “a play within a play”, fejn ir-realtà u l-prestazzjoni jikkoinċidu, u l-udjenzi jsiru parti mill-illużjoni.
Għal aktar informazzjoni dwar dan lis-slot u r-rekwiżiti tal-applikazzjoni, niżżel is-sejħa minn hawn:
L-applikazzjonijiet jagħlqu: fit-30 ta’ Jannar 2026 sa nofsinhar.
Mistoqsijiet għall-klarifikazzjonijiet għandhom jintbagħtu sal-21 ta’ Jannar 2026.
Slott tal-Prestazzjoni H: Il-Ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq – Prestazzjoni Interattiva għall-Familja u t-Tfal
Qed nistiednu proposti għal prestazzjoni interattiva ffukata fuq il-familja li se ssir fil-Ġonna Tal-Barrakka Ta’ Fuq. Dan il-punt ta’ riferiment, li jħares lejn il-Port il-Kbir, se jospita proġett li jgħaqqad l-arti, l-istorja, il-logħob, u t-teknoloġija fi spazju akkoljenti ddisinjat kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti.
Niżżel is-sejħa, flimkien mal-Formola tal-Applikazzjoni Għall-Artisti (Appendiċi A) hawn:
L-applikazzjonijiet jagħlqu: fit-30 ta’ Jannar 2026 sa nofsinhar.
Mistoqsijiet għall-klarifikazzjonijiet għandhom jintbagħtu sal-21 ta’ Jannar 2026.
Nota Importanti
Għall-applikazzjonijiet kollha, it-Tim Artistiku u Festivals Malta jirriżervaw id-dritt li jżidu, ineħħu, jew jimmodifikaw proġetti kif iqisu xieraq. Tibdil fil-proġetti ppreżentati għal skopijiet ta’ applikazzjoni jista’ jsir fid-diskrezzjoni tad-Direzzjoni Artistika u t-tim ta’ Festivals Malta.
Applikazzjonijiet li jintbagħtu wara d-data tal-iskadenza mhux se jiġu kkunsidrati.