top of page

L-Għana Malti Ħaj Illum - Simpożju Nazzjonali tal-Għana - Festgħana fil-Ħarifa

Sat 17 Oct

|

Verdala Palace

**L-Għana Malti Ħaj Illum** huwa simpożju nazzjonali fil-Palazz Verdala li jiġbor riċerkaturi, akkademiċi u prattikanti biex jiddiskutu l-preservazzjoni, l-arkivjar, l-improvizzazzjoni, il-mużika, l-oralità u l-futur tal-għana Malti. Il-programm jinkludi erba’ panels, diskussjoni finali u sessjoni t

L-Għana Malti Ħaj Illum - Simpożju Nazzjonali tal-Għana - Festgħana fil-Ħarifa
L-Għana Malti Ħaj Illum - Simpożju Nazzjonali tal-Għana - Festgħana fil-Ħarifa

Time & Location

17 Oct 2026, 09:00 – 09:05 CEST

Verdala Palace, Verdala Palace, 147 Triq Il-Buskett, Siġġiewi, Malta

About the event

L-Għana Malti Ħaj Illum – Simpożju Nazzjonali dwar l-Għana Malti


DAN L-AVVENIMENT HUWA B'XEJN, IMMA IR-REĠISTRAZZJONI MINN QABEL HIJA MEĦTIEĠA


L-Għana Malti Ħaj Illum – Simpożju Nazzjonali dwar l-Għana Malti

Nhar is-Sibt 17 t’Ottubru 2026, il-Palazz Verdala se jilqa’ L-Għana Malti Ħaj Illum, simpożju nazzjonali ddedikat lill-passat, il-preżent u l-futur tal-għana Malti.

Is-simpożju huwa organizzat mir-Reġjun Punent, b’kollaborazzjoni ma’ Festivals Malta, id-Direttorat tal-Kultura u l-Fondazzjoni M3P.

Matul il-ġurnata, riċerkaturi, akkademiċi u prattikanti se jiltaqgħu għal sensiela ta’ taħditiet u diskussjonijiet li se jħarsu lejn l-għana minn diversi perspettivi. Fost it-temi diskussi se jkun hemm il-preservazzjoni u l-arkivjar tal-għana, l-etnomużikoloġija, l-istrumenti tradizzjonali, il-memorja u l-improvizzazzjoni, l-oralità, l-ispazji pubbliċi fejn l-għana jibqa’ jiġi pprattikat, ir-riċerka kontemporanja u r-rabta tal-għana mal-UNESCO.


Share this event

bottom of page