henry-dick-6HxBSsLO8S0-unsplash_edited.jpg
Indipendenza_21_Logo_1920 x 1080.png
Il-Kunċert tal-Indipendenza
21 September 2021

Festivals Malta, permezz tal-Kummissjoni Festi Nazzjonali u b’kollaborazzjoni mal-Malta Philharmonic Orchestra, jippreżenta l-kunċert annwali li jikkommemora Jum L-Indipendenza.

Taħt id-direzzjoni tad-direttur Malti Roderick Bugeja, il-programm joħodna fuq vjaġġ mużikali tul is-snin, minn l-Overture drammatika ta’ Verdi La Forza del Destino sal-mużika kontemoranja tal-kompożituri lokali Alex Vella Gregory b’Riħ u Albert Garzia b’Xamm.

Il-vjolinist żagħżugħ Pierre Louis Attard huwa s-solista f’Ernest Bloch’s Nigun minn Baal Shem u fl-aħħar Tchaikovsky jagħlaq il-kunċert b’siltiet mill-ballett mill-isbaħ tiegħu Swan Lake

Programm

Giuseppe Verdi Overture minn La Forza del Destino

Alex Vella Gregory Movimenti minn Riħ

  • Żiffa ħelwa tar-rebbiegħa minn fuq il-baħar mat-tbexbix

  • Maltempata qalila tal-ħarifa

  • Żiffa ħelwa fuq il-Port il-Kbir mat-tbexbix            

Albert Garzia Xamm

Ernest Bloch Nigun (Improvisation) No. 2 minn Baal Shem

Pyotr Ilyich Tchaikovsky Siltiet minn Swan Lake Suite, Op. 20

  •  Scene

  •  Valse

  • Dance of the Little Swans

  • Hungarian Dance: Czardas

  • Spanish Dance

  • Neapolitan Dance

  • Finale   

Tuesday

21 September 2021

TVM2

20:00

By Invite

By Invite

Vjolin: Pierre Louis Attard

Direttur tal-Orkestra: Roderick Bugeja

Mużiċisti: Malta Philharmonic Orchestra

Il-Kunċert tal-Indipendenza qed isir bl-invit biss minħabba l-protokolli tas-saħħa preżenti. Dan ser jixxandar fuq TVM2 u fuq il-paġni soċjali tal-Malta Philharmonic Orchestra u Festivals Malta.

 

MPO Logo Black-01.png