top of page

Attivitajiet b'Tifkira għas-Sette Giugno 1919

  • Writer: Festivals Malta
    Festivals Malta
  • Jun 5, 2025
  • 1 min read

Festivals Malta, flimkien mal-Parlament ta’ Malta u l-Kumitat Festi Nazzjonali, iħabbru l-attivitajiet nazzjonali sabiex jitfakkar is-Sette Giugno 1919. 


Il-Ġimgħa, 6 ta’ Ġunju 2025 


Fis-6.30pm issir Ċerimonja ta’ Tifkira biswit il-Monument tas-Sette Giugno 1919 fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta. L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jagħmel id-diskors tal-okkażjoni. Fi tmiem id-diskors, l-Ispeaker, il-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Prim Imħallef, id-Dekan tal-Korp Diplomatiku, is-Sindku tal-Belt Valletta, rappreżentanti tal-familji tal-vittmi tas-Sette Giugno 1919 u organizzazzjonijiet oħra jqiegħdu kuruni fuq il-Monument tas-Sette Giugno 1919. 


F’din l-attività ser tieħu sehem ukoll il-Banda tal-Pulizija u l-attività tkun trażmessa LIVE fuq TVM +. 


 Is-Sibt, 7 ta’ Ġunju 2025 


Fid-8.45am, tislima lill-vittmi tas-Sette Giugno 1919 fiċ-Ċimiterju ta’ Sidtna Marija Addolorata, Raħal Ġdid. Matul din iċ-ċerimonja, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, iċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali u rappreżentant tal-familji tal-vittmi jqiegħdu kuruni tal-fjuri fuq il-qabar tal-vittmi tas-Sette Giugno 1919 – Carmelo Abela, Manuel Attard, Ġużè Bajada u Wenzu Dyer. 


Fl-10am isir tqegħid ta’ kuruna mill-President ta’ Malta, akkumpanjata miċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali u s-Sindku tal-Belt Valletta fuq il-monument tas-Sette Giugno, il-Belt Valletta. F’din iċ-ċerimonja jieħdu sehem stakkament tal-Forzi Armati ta’ Malta. 

2 Comments


Gruha lakshmi Yojana
Gruha lakshmi Yojana
Feb 24

Thankful for Gruha Lakshmi Yojana and Janani Suraksha Yojana. Supporting women heads of households with financial aid and promoting maternal healthcare are remarkable steps toward empowerment. These schemes bring confidence, stability, and safety to families. Heartfelt appreciation for implementing programs that truly address real needs and strengthen communities nationwide.

Like

miller chaney
miller chaney
Feb 12

Compared to many endless runner games that depend partly on luck, space waves is more skill-focused. Every mistake in ​​Space Waves teaches you something, which makes improving your personal best feel rewarding.


Like
bottom of page