Attivitajiet tal-Kumitat Festi Nazzjonali fi ħdan Festivals Malta fl-okkażjoni tal-Festa Nazzjonali ta’ Jum il-Vitorja 2025
- Festivals Malta

- Sep 5, 2025
- 1 min read
Il-Kumitat Festi Nazzjonali fi ħdan Festivals Malta qed iħabbar il-programm ta’ avvenimenti uffiċjali li jikkommemoraw Jum il-Vitorja bejn il-5 ta’ Settembru u t-8 ta’ Settembru 2025.
Nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Settembru, iċ-ċerimonji ta’ tifkira ta’ Jum il-Vitorja jibdew b’serata kommemorattiva f’Misraħ l-Assedju l-Belt Valletta fis-19:00hrs. Matul is-serata se jsir diskors tal-okkażjoni mill-Professur Lino Bianco. Fl-aħħar tas-serata ssir ċerimonja ta’ tqegħid ta’ kuruni mill-Prim Ministru, mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, mill-Kap tal-Oppożizzjoni, persuni distinti u korpi kostitwiti.
Iċ-ċelebrazzjonijiet ikomplu l-Ħadd 7 ta’ Settembru fix-Xagħra, Għawdex fejn issir quddiesa pontifikali fl-09:45hrs fil-Bażilika Kolleġġjata Marija Bambina tax-Xagħra, Għawdex bis-sehem tal-President ta’ Malta. Mal-wasla tal-President ta’ Malta, tingħata salut nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur.
Nhar Jum il-Vitorja, it-Tnejn 8 ta’ Settembru, iċ-ċelebrazzjonijiet jibdew bit-tqegħid ta’ kuruna mill-President ta’ Malta, akkumpanjata miċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir, il-Belt Valletta fit-08:30hrs. Wara, il-Kumitat Festi Nazzjonali jfakkar Jum il-Vitorja permezz ta’ tqegħid ta’ kuruna fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata fejn jiġu mfakkra l-vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija.
Dan jiġi segwit minn tqegħid ta’ kuruna mill-Kumitat Festi Nazzjonali mal-monument ta’ Malta Rebbieħa fl-Isla, mal-Monument tal-Vitorja fil-Birgu u wara mal-qabar tal-vittmi tal-Assedju f’Forti Sant’Anġlu. Iċ-ċelebrazzjonijiet jintemmu bir-regatta tradizzjonali fil-Port il-Kbir fis-13.00hrs.



playing this block breaker game makes me feel like I am back in summer break just trying to beat my own high score before dinner