• Festivals Malta

Call for Submission for an Artistic Director for Mużika Mużika Festival Kanzunetta Maltija (CLOSED)

Updated: Jul 25

Ref: FM2022/002-3

Festivals Malta is looking for a creative and innovative professional to take on the role of Artistic Director for Mużika Mużika - Festival Kanzunetta Maltija. The Artistic Director has the overall responsibility for the artistic management of the festival and for the development and implementation of its artistic output. The Artistic Director will collaborate closely with the Festivals Malta CEO, Mużika Mużika board, the Production team, Festival Manager and will report to the Festivals Malta CEO and the Mużika Mużika board. The chosen Artistic Director will need to provide artistic direction for a period of three years (2023-2025).


Role Summary:


The Artistic Director shall:


  1. Be in possession of a music Degree or Professional Diploma in Professional Music, and possessing the competence to be able to deal with the technical requirements of the position.

  2. Be proficient in the Maltese Language.

  3. Devise, plan and supervise the execution of the festival and related activities in the name of Festivals Malta.

  4. Coordinate with performers and artists so as to attain the best possible productions and do the utmost to attract considerable audiences in pursuit of strategies designed for audience development.

  5. Research, workshop, design and engage local and international material and talent following best practices policies and cutting-edge creative initiatives towards the staging of an event of international standards.

  6. Re-dimension the festival to current needs and programme according to market needs.

  7. Update the guidelines of the festival’s regulations together with Festivals Malta as deemed necessary.

  8. Choose the artistic content for the festival.

  9. Focus on the development of local artistic talent.

  10. Work closely with the marketing department in terms of communications, public relations and social media.

  11. Be in line with Arts Council Malta and Festivals Malta’s policies.

  12. Adhere to public procurement policies.

  13. Adhere to deadlines set by the agency.

  14. Attending and supervising each scheduled rehearsals and performances of the production.

  15. Contribute creatively and artistically in the designing and production of the event.

  16. Be required to publicly speak about the festival.

  17. Devote whatever time may be necessary for the success of the festival.

  18. Residing in the Maltese Territory for the duration of the contracted period, which is envisaged between August 2022 till August 2025.

  19. Respect set budgets and work with the established time frames.

  20. Report to Festivals Malta’s CEO and the Mużika Mużika board.

Selection Criteria:


Applicants must be able to provide an overall artistic vision and develop the festival to fulfil its mission and vision whilst striving for quality and excellence. Applicants should have a proven track record of their work, be purposeful and motivated, and must possess excellent communication skills. S/he will be required to make use of his/her existing resources and networks to attract local and international interest in the festival.


Skills and Experience Required:


The Candidates must have a proven track record in the following:


  1. Musicianship: As the artistic director of this festival, the chosen candidate must be able to communicate on a par level with composers and music arrangers who submit their songs for the festival.

  2. Orchestration: The chosen candidate is expected to produce and/or oversee the production of orchestrated music to be used during the production.

  3. Conducting: The artistic director will oversee the whole process of rehearsals and is expected to liaise with the composers and orchestra directors to make sure that the final musical presentation of the song is of a professional level.

  4. Composing: Has proven experience in music composition and arrangements.

  5. Recording: During the process of song selection and orchestra recordings, the chosen candidate must have a sound knowledge of modern recording processes so that he can identify any difficulties and indicate the solutions to obtain the best possible product.

  6. Understanding of logistical and production requirements and costs.

  7. Networking with international artists and artistic management companies.

  8. Strong communication skills.

  9. Strong organisational skills.

  10. Demonstrate experience in working on high profile cultural events, productions, and festivals.

  11. Idea generation and delivery of projects from conception to completion.

  12. Have experience in managing multiple projects.

  13. Have experience in event management.

  14. Have knowledge of the local industry and cultural sector.

  15. Have at least ten (10) years experience in a similar position in the Maltese music scene and industry and song festival production.

  16. An outstanding CV of achievements in leading similar projects.

Preference will be given to professionals with broad experience in the field of the arts, particularly those who have participated in events of international prestige and who are ready to continue developing our festival according to the related strategic plans. Accountability and knowledge of working with public funds will be considered an asset.


How to Apply:


Interested individuals should send a detailed portfolio highlighting their artistic track record, together with a letter expressing their motivation and desire to be an Artistic Director, the strengths they would bring to the position and the goals they would like to achieve if they are chosen to perform the duties of Artistic Director for a specific festival.


Submissions will be received via email to hr.fm@festivals.mt by not later than Friday 22nd July 2022.


at noon quoting in the subject the reference number FM2022/002-3 and the submission name ‘Application for Artistic Director for Mużika Mużika - Festival Kanzunetta Maltija’


Any questions about the call should be sent to hr.fm@festivals.mt by Friday 15th July 2022 at noon.


Acknowledgments to all applicants will be sent and eligible candidates will be interviewed during August 2022.

 

Sejħa għas-Sottomissjonijiet għal Direttur Artistiku għal Mużika Mużika - Festival Kanzunetta Maltija


Ref: FM2022/002-3

Festivals Malta qed ifittex professjonist kreattiv u innovattiv biex iservi bħala Direttur Artistiku għal Mużika Mużika - Festival Kanzunetta Maltija. Id-Direttur Artistiku se jkun responsabbli b’mod ġenerali għall-immaniġġjar artistiku tal-festival, u biex jiżviluppa u jimplimenta l-produzzjoni artistika tiegħu. Id-Direttur Artistiku se jikkollabora mill-qrib mal-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, il- bord ta’ Mużika Mużika, it-tim tal-Produzzjoni, u l-Maniġer tal-Festival, u se jirrapporta lill-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta u lill-bord tal-Mużika Mużika. Id-Direttur Artistiku magħżul jeħtieġ li jipprovdi direzzjoni artistika għal perjodu ta’ tliet snin (2023-2025).


Sommarju tar-Rwol:


Id-Direttur Artistiku għandu:

  1. Ifassal, jippjana u jissorvelja t-twettiq tal-festival u ta’ attivitajiet relatati f’isem Festivals Malta.

  2. Jikkoordina mal-parteċipanti u mal-artisti sabiex jittellgħu l-aħjar produzzjonijiet possibbli u jagħmel l-almu tiegħu/ tagħha biex jattira udjenzi konsiderevoli permezz ta’ strateġiji mfassla għall-iżvilupp tal-udjenza.

  3. Jirriċerka, jorganizza workshops, jiddisinja u jinvolvi materjal u talent lokali u internazzjonali skont il-politika tal-aħjar prassi u inizjattivi kreattivi mill-aktar moderni u avvanzati ħalli jittella’ avveniment ta’ standard internazzjonali.

  4. Jagħti direzzjoni ġdida lill-festival abbażi tal-ħtiġijiet attwali u jfassal il-programm skont il-ħtiġijiet tas-suq.

  5. Jaġġorna l-linji gwida tar-regolamenti tal-festival flimkien ma’ Festivals Malta kif meħtieġ.

  6. Jagħżel il-kontenut artistiku għall-festival.

  7. Jiffoka fuq l-iżvilupp tat-talent artistiku lokali.

  8. Jaħdem mill-qrib mad-dipartiment tal-marketing fuq il-komunikazzjonijiet, ir-relazzjonijiet pubbliċi u l-midja soċjali.

  9. Josserva l-politika tal-Kunsill Malti għall-Arti u ta’ Festivals Malta.

  10. Josserva l-politika tal-akkwist pubbliku.

  11. Josserva l-iskadenzi tal-Aġenzija.

  12. Jattendi u jissorvelja kull prova skedata u s-serati tal-produzzjoni.

  13. Jikkontribwixxi b’mod kreattiv u artistiku għat-tfassil u l-produzzjoni tal-avveniment.

  14. Ikun meħtieġ jitkellem fil-pubbliku dwar il-festival.

  15. Jiddevota l-ħin kollu meħtieġ biex il-festival jirnexxi.

  16. Ikun Malta mill-inqas 3 ġimgħat qabel il-festival u matulu.

  17. Iżomm mal-baġits allokati u mal-iskadenzi stabbiliti.

  18. Jirrapporta lill-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta u lill-bord ta’ Mużika Mużika.

Il-Kriterji tal-Għażla:


L-applikanti għandhom ikunu jistgħu jipprovdu viżjoni artistika ġenerali u jiżviluppaw il-festival biex iwettqu l-missjoni u l-viżjoni tiegħu filwaqt li jistinkaw għall-kwalità u l-eċċellenza. L-applikanti għandu jkollhom rekord ippruvat tax-xogħol tagħhom, ikunu determinati u motivati, u jkollhom ħiliet ta’ komunikazzjoni eċċellenti. Se jkunu meħtieġa jagħmlu użu mir-riżorsi u n-networks eżistenti tagħhom biex jattiraw interess lokali u internazzjonali fil-festival.


Il-Ħiliet u l-Esperjenza Meħtieġa:


Il-Kandidati għandu jkollhom rekord ippruvat f’dan li ġej:

  1. Ikunu ggradwati fil-mużika.

  2. Is-Sengħa ta’ Mużiċist: Bħala d-direttur artistiku ta’ dan il-festival, il-kandidat magħżul irid ikun kapaċi jikkomunika fuq l-istess livell tal-kompożituri u l-arranġaturi li jissottomettu l-kanzunetti tagħhom għall-festival.

  3. Orkestrazzjoni: Il-kandidat magħżul huwa mistenni jipproduċi u/jew jissorvelja l-produzzjoni tal-mużika orkestrata li tintuża matul il-produzzjoni.

  4. Direzzjoni tal-Orkestra: Id-direttur artistiku mistenni jissorvelja l-proċess kollu tal-provi u huwa mistenni li jikkomunika mal-kompożituri u d-diretturi tal-orkestra biex jiżgura li l-preżentazzjoni mużikali finali tal-kanzunetta tkun ta’ livell professjonali.

  5. Rekordjar: Matul il-proċess tal-għażla tal-kanzunetti u r-rekordings tal-orkestra, il-kandidat magħżul għandu jkollu għarfien sod tal-proċessi moderni tar-rekordjar sabiex ikun jista’ jidentifika kull diffikultà u jindika s-soluzzjonijiet ħalli jinkiseb l-aħjar prodott possibbli.

  6. Kompetenza fil-ħtiġijiet u l-ispejjeż loġistiċi tal-produzzjoni.

  7. Networking ma’ artisti u kumpaniji tal-ġestjoni artistika internazzjonali.

  8. Ħiliet effettivi ta’ komunikazzjoni.

  9. Ħiliet effettivi ta’ organizzazzjoni.

  10. Ħidma fuq avvenimenti, produzzjonijiet, u festivals kulturali ta’ profil għoli.

  11. Il-ħolqien ta' ideat u t-twettiq ta’ proġetti mill-bidu sat-tmiem tagħhom.

  12. Esperjenza fl-immaniġġjar ta’ bosta proġetti fl-istess ħin.

  13. Esperjenza fl-immaniġġjar tal-avvenimenti.

  14. Għarfien taż-żona lokali u tas-settur kulturali.

Se tingħata preferenza lil professjonisti b’esperjenza vasta fil-qasam tal-arti, b’mod partikolari lil dawk li pparteċipaw f’avvenimenti ta’ prestiġju internazzjonali u li huma lesti li jkomplu jiżviluppaw il-festival tagħna skont il-pjanijiet strateġiċi relatati. Is-sens ta’ responsabbiltà u l-kompetenza fil-fondi pubbliċi se jitqiesu bħala vantaġġ.


Kif Tapplika:


L-individwi interessati għandhom jibagħtu portafoll dettaljat li jenfasizza r-rekord artistiku ppruvat tagħhom, flimkien ma’ ittra ta’ motivazzjoni fejn jesprimu x-xewqa li jkunu Direttur Artistiku u r-raġuni għaliex, x’jistgħu joffru f’dan ir-rwol u l-għanijiet li jixtiequ jilħqu jekk jintgħażlu biex jokkupaw il-kariga ta’ Direttur Artistiku għal festival speċifiku.


Is-sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu b’email fuq hr.fm@festivals.mt sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Lulju 2022 f’nofsinhar, li fis-suġġett għandu jinkludi n-numru ta’ referenza FM2022/002-3 u l-isem tas-sottomissjoni “Applikazzjoni għal Direttur Artistiku għal Mużika Mużika - Festival Kanzunetta Maltija”.


Il-mistoqsijiet dwar is-sejħa għandhom jintbagħtu lil hr.fm@festivals.mt sa nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Lulju 2022 f’nofsinhar.


Kull applikazzjoni se tiġi rikonoxxuta u l-kandidati eliġibbli se jiġu intervistati f’Awwissu 2022.


Nota Speċjali: Kull meta jintuża terminu speċifiku għall-ġeneru, dan għandu jinftiehem bħala li jirreferi għaż-żewġ sessi, sakemm ma jkunx iddikjarat b’mod espliċitu. Dan isir biss għall-iskop li t-test isir aktar faċli biex jinqara, u l-ebda reat jew sessiżmu ma huwa maħsub.