• Festivals Malta

Call for Submission for Artistic Project Coordinator for the Maltese Composers Fund

Ref: FM2022/003-006

Festivals Malta is looking for a creative and innovative professional to take on the role of Artistic Project Coordinator. The Artistic Project Coordinator will have the overall responsibility for the management of the artistic project s/he is assigned to and for the development and implementation of its artistic output. The Artistic Project Coordinator will collaborate closely with the Festival Managers and will report to the Festivals Malta CEO. The chosen candidate will need to provide direction for a period of three years (2023-2025) for the following projects:


Maltese Composers Fund


The aim of the project is to raise awareness among the Maltese and the international market, relating to the world of Maltese music with particular attention in oratorios, operas, cantatas amongst others. In recent years, many important goals have been achieved, such as the completion of the digitization and engraving process of 2 oratorios by Mro Joseph Vella and the competition of an unfinished opera by the same composer, which will be performed in April 2023.


A great deal of attention in recent years has been given to the music preserved in the Archives of the Mdina Cathedral. The Maltese Composers Fund aims to give life to this archived music.

The Maltese Composers Fund forms part of Festivals Malta, funded by Arts Council Malta.


Role Summary


The Project Coordinator shall:

  1. Oversee the recruitment of new singers.

  2. Plan concerts and repertoire with the Artistic Director.

  3. Ensure that productions and masterclasses consist of a high artistic standard.

  4. Work closely with the Artistic Director.

  5. Work closely with the Marketing department in terms of communications, PR and social media.

  6. To be in line with Arts Council Malta and Festivals Malta’s policies.

  7. Adhere to public procurement policies.

  8. Respect set budgets and work with the established time frames.

  9. Collaborate with other PCO’s and other cultural agencies / entities.

  10. Report to Festivals Malta’s CEO.

  11. Perform any other related duties as assigned by Festivals Malta CEO.


Selection Criteria


Applicants must be able to provide an overall artistic vision and develop the project to fulfil its mission and vision whilst striving for quality and excellence. Applicants should have a proven track record of their work, be purposeful and motivated, and must possess excellent communication skills.


Skills and Experience Required


The Candidates must have a proven track record in the following:

  1. Strong understanding of music within the local context.

  2. Budgeting skills.

  3. Understanding of logistical and production requirements and costs.

  4. Networking with local and international artists.

  5. Strong communication skills.

  6. Strong organisational skills.

  7. Experience working in high profile cultural events and festivals.

  8. Idea generation and delivery of projects from conception to completion.

  9. Experience in managing multiple projects.

  10. Experience in event management.

  11. Knowledge of the local area and cultural sector.

  12. Understand and communicate with the official language/s of Malta.

Preference will be given to professionals with broad experience in the field of the arts, particularly those who have participated in events of international prestige and who are ready to continue developing our festivals according to the related strategic plans. Accountability and knowledge of working with public funds will be considered an asset.


How to Apply


Interested individuals should send a detailed portfolio highlighting their artistic track record, together with a letter expressing their motivation and desire to be the Artistic Project Coordinator, the strengths they would bring to the position and the goals they would like to achieve if they are chosen to perform the duties of Artistic Project Coordinator for the above artistic project.


The selected applicant must be registered with the VAT Department.


Submissions will be received via email to hr.fm@festivals.mt by not later than Friday 16th September at noon quoting in the subject the reference number FM2022/003-006 and the submission name ‘Application for Artistic Project Coordinator for the Maltese Composers Fund’.


Any questions about the call should be sent to hr.fm@festivals.mt by Tuesday 13th September 2022 at noon.


Acknowledgments to all applicants will be sent and eligible candidates will be interviewed during September 2022.

 

Sejħa għas-Sottomissjonijiet għal Koordinatur Artistiku għall-Maltese Composers Fund


Ref: FM2022/003-006


Festivals Malta qed tfittex professjonist kreattiv u innovattiv biex iservi bħala Koordinatur Artistiku għall-Maltese Composers Fund. Il-Koordinatur Artistiku se jkun responsabbli b’mod ġenerali biex jimmaniġġja l-proġett artistiku li jiġi/tiġi assenjat(a) għalih, u biex jiżviluppa u jimplimenta l-produzzjoni artistika tiegħu. Il-Koordinatur Artistiku jikkollabora mill-qrib mal-Maniġers tal-Festival u jirrapporta lill- Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta. Il-kandidat magħżul jeħtieġ li jipprovdi direzzjoni għal perjodu ta’ tliet snin (2023-2025) għall-proġetti li ġejjin:


Maltese Composers Fund


L-għan tal-proġett huwa li jqajjem kuxjenza kemm fost is-suq Malti kif ukoll fost is-suq internazzjonali dwar kwistjonijiet relatati mad-dinja tal-mużika Maltija b’attenzjoni partikolari għall-oratorji, l-opri, u l-kantati, fost oħrajn. Fl-aħħar snin, intlaħqu bosta għanijiet importanti, bħat-tlestija tal-proċess ta’ diġitizzazzjoni u engraving ta’ żewġ oratorji minn Mro Joseph Vella u t-tlestija ta’ opra mill-istess kompożitur li ma kinitx lesta, li se tittella’ f’April 2023.

Ingħatat ħafna attenzjoni f’dawn l-aħħar snin lill-mużika ppreservata fl-Arkivji tal-Katidral tal-Imdina. Il-Maltese Composers Fund għandu l-għan li jagħti ħajja lil din il-mużika arkivjata.

Il-Maltese Composers Fund jifforma parti minn Festivals Malta, u huwa ffinanzjat mill-Kunsill Malti għall-Arti.


Sommarju tar-Rwol


Il-Koordinatur tal-Proġett għandu:

  1. Jissorvelja r-reklutaġġ ta’ kantanti ġodda.

  2. Jippjana l-kunċerti u r-repertorju mad-Direttur Artistiku.

  3. Jiżgura li l-produzzjonijiet u l-masterclasses ikunu ta’ standard artistiku għoli.

  4. Jaħdem mill-qrib mad-Direttur Artistiku.

  5. Jaħdem mill-qrib mad-dipartiment tal-Marketing fuq il-komunikazzjonijiet, il-PR u l-midja soċjali.

  6. Josserva l-politika tal-Kunsill Malti għall-Arti u ta’ Festivals Malta

  7. Josserva l-politika tal-akkwist pubbliku.

  8. Iżomm mal-baġits allokati u mal-iskadenzi stabbiliti.

  9. Jikkollabora ma’ Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi (PCOs) u aġenziji/entitajiet kulturali oħrajn.

  10. Jirrapporta lill- Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta.

  11. Jaqdi kull dmir relatat ieħor li jassenjalu l- Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta.


Il-Kriterji tal-Għażla


L-applikanti għandhom ikunu jistgħu jipprovdu viżjoni artistika ġenerali u jiżviluppaw il-proġett biex iwettqu l-missjoni u l-viżjoni tiegħu filwaqt li jistinkaw għall-kwalità u l-eċċellenza. L-applikanti għandu jkollhom rekord ippruvat tax-xogħol tagħhom, ikunu determinati u motivati, u jkollhom ħiliet ta’ komunikazzjoni eċċellenti.


Il-Ħiliet u l-Esperjenza Meħtieġa


Il-Kandidati għandu jkollhom rekord ippruvat f’dan li ġej:

  1. Fehim kbir tal-mużika fil-kuntest lokali.

  2. Kapaċitajiet ta’ bbaġitjar.

  3. Fehim tal-ħtiġijiet u l-ispejjeż loġistiċi u tal-produzzjoni.

  4. Networking ma’ artisti lokali u internazzjonali.

  5. Ħiliet ta’ komunikazzjoni tajbin ħafna.

  6. Ħiliet ta’ organizzazzjoni tajbin ħafna.

  7. Esperjenza ta’ ħidma f’avvenimenti u festivals kulturali ta’ profil għoli.

  8. Il-ġenerazzjoni tal-ideat u t-twettiq ta’ proġetti mill-idea inizjali sat-tmiem.

  9. Esperjenza fl-immaniġġjar ta’ bosta proġetti.

  10. Esperjenza fl-immaniġġjar tal-avvenimenti.

  11. Għarfien taż-żona lokali u tas-settur kulturali.

  12. Fehim tal-lingwa/i uffiċjali ta’ Malta u ħila ta’ komunikazzjoni biha/bihom.


Se tingħata preferenza lil professjonisti b’esperjenza vasta fil-qasam tal-arti, b’mod partikolari lil dawk li pparteċipaw f’avvenimenti ta’ prestiġju internazzjonali u li huma lesti li jkomplu jiżviluppaw il-festivals tagħna skont il-pjanijiet strateġiċi relatati. Is-sens ta’ responsabbiltà u l-kompetenza fil-fondi pubbliċi se jitqiesu bħala vantaġġ.


Kif Tapplika


L-individwi interessati għandhom jibagħtu portfolio dettaljat li jenfasizza r-rekord artistiku ppruvat tagħhom, flimkien ma’ ittra ta’ motivazzjoni fejn jesprimu x-xewqa li jkunu l-Koordinatur tal-Proġett Artistiku u r-raġuni għaliex, x’jistgħu joffru f’dan ir-rwol u l-għanijiet li jixtiequ jilħqu jekk jintgħażlu biex jokkupaw il-kariga ta’ Koordinatur ta’ Proġett Artistiku għall-proġett artistiku msemmi hawn fuq.


L-applikant magħżul għandu jkun irreġistrati mad-Dipartiment tal-VAT.


Is-sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu b’email fuq hr.fm@festivals.mt sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Settembru f’nofsinhar, li fis-suġġett għandu jinkludi n-numru ta’ referenza FM2022/003-006 u l-isem tas-sottomissjoni “Applikazzjoni għal Koordinatur ta’ Proġett Artistiku għall-Fond għall-Kompożituri Maltin”.


Il-mistoqsijiet dwar is-sejħa għandhom jintbagħtu lil hr.fm@festivals.mt sa nhar it-Tlieta 13 ta’ Settembru 2022 f’nofsinhar.


Kull applikazzjoni se tiġi rikonoxxuta u l-kandidati eliġibbli se jiġu intervistati f’Settembru 2022.


Nota Speċjali: Kull meta jintuża terminu speċifiku għall-ġeneru, dan għandu jinftiehem bħala li jirreferi għaż-żewġ sessi, sakemm ma jkunx iddikjarat b’mod espliċitu. Dan isir biss għall-iskop li t-test isir aktar faċli biex jinqara, u l-ebda reat jew sessiżmu ma huwa maħsub.