• Festivals Malta

Call for Submission for Artistic Project Coordinator for the Valletta Baroque Ensemble - (CLOSED)

Updated: Jul 25

Ref: FM2022/002-2

Festivals Malta is looking for creative and innovative professionals to take on the role of Project Coordinators. The Project Coordinator will have the overall responsibility for the management of the artistic project s/he is assigned to and for the development and implementation of its artistic output. The Project Coordinator will collaborate closely with the Festival Managers and will report to the Festivals Malta CEO. The chosen candidate will need to provide direction for a period of three years (2023-2025) for the following projects:


VALLETTA BAROQUE ENSEMBLE (VIBE)


The Valletta Baroque Ensemble was launched in December 2012. Its inaugural concert, featuring Dame Emma Kirkby, was an early milestone in a journey which had started over a meal between musician friends. The group’s acronym – VIBE – is remarkably appropriate, since the ensemble brings together leading and upcoming musicians who enthusiastically breathe life into jewels of early music.

The Valletta Baroque Festival, of which VIBE is the resident ensemble, provides the group with an important and prestigious platform, and has led to memorable concerts including, in recent years, performances of large-scale works such as Handel’s Water Music and Music for the Royal Fireworks, Claudio Monteverdi’s Vespro della Beata Vergine (under the direction of Eomann Dougan), and the Biber Requiem (under the direction of Stefano Molardi). However, VIBE’s activities are not limited to this yearly musical kermesse. Apart from its participation in other seasonal events and festivals (including the Three Palaces Festival, The Malta International Organ Festival and VIBE’s own annual Christmas concerts), VIBE organizes standalone concerts of Renaissance and Baroque works, with a particular emphasis on music by Maltese composers including Girolamo Abos, Giuseppe Balzano, Mikiel Anġ Vella and other composers whose scores are held at the Mdina Cathedral archives.


VIBE has brought this repertoire to the international stage, particularly during a 2017 European tour which saw the group perform Maltese baroque music in Madrid, Berlin and Paris. Fittingly, works by Abos and Vella feature on VIBE’s first CD recording.


Role Summary:


The Artistic Project Coordinator shall:


  1. Direct and coordinate a fully functional baroque ensemble for the Valletta Baroque Festival.

  2. Establish, with a long-term vision, a schedule that will be enhanced year after year towards having a fully functional baroque ensemble in place, in line with the Artistic Director’s vision.

  3. Work closely with the Producer and the Valletta Baroque Festival Artistic Director in order to forecast a successful programme of events from one year to another with special emphasis on performing music from the Mdina Archives in conjunction with the Monteverdi Project and Kor Malta. This should ideally include a regular programme that will be suitable for export.

  4. Ensure that productions and masterclasses consist of a high artistic standard and that regular masterclasses in specialised baroque instruments are held to increase the number of musicians familiar with this particular genre.

  5. Liaise with the Producer, suggesting ways of incorporating aspects within the Producer’s general season and the Valletta Baroque Festival.

  6. Collaborate with the Artistic Director and Festivals Malta in the running of such events, vis-à-vis media, publicity and promotion.

  7. Be in line with Arts Council Malta and Festivals Malta’s policies.

  8. Adhere to public procurement policies.

  9. Adhere to deadlines set by the Agency.

  10. Respect set budgets and work within the established time frames.


Selection Criteria:


Applicants must be able to provide an overall artistic vision and develop the project to fulfil its mission and vision whilst striving for quality and excellence. Applicants should have a proven track record of their work, be purposeful and motivated, and must possess excellent communication skills.


Skills and Experience Required:

The Candidates must have a proven track record in the following:


  1. Strong understanding of Baroque music.

  2. Budgeting skills.

  3. Understanding of logistical and production requirements and costs.

  4. Networking with international artists.

  5. Strong communication skills

  6. Strong organisational skills

  7. Experience working in high profile cultural events and festivals.

  8. Idea generation and delivery of projects from conception to completion

  9. Experience in managing multiple projects

  10. Experience in event management.

  11. Knowledge of the local area and cultural sector.

  12. Preference will be given to professionals with broad experience in the field of the arts, particularly those who have participated in events of international prestige and who are ready to continue developing our festivals according to the related strategic plans. Accountability and knowledge of working with public funds will be considered an asset.



How to apply:


Interested individuals should send a detailed portfolio highlighting their artistic track record, together with a letter expressing their motivation and desire to be the Artistic Project Coordinator, the strengths they would bring to the position and the goals they would like to achieve if they are chosen to perform the duties of Artistic Project Coordinator for the above artistic project.


All applicants must be registered with the VAT Department.


Submissions will be received via email to hr.fm@festivals.mt by not later than Friday 22nd July 2022 at noon quoting in the subject the reference number FM2022/002-2 and the submission name ‘Application for Artistic Project Coordinator for Valletta Baroque Ensemble’.


Any questions about the call should be sent to hr.fm@festivals.mt by Friday 15th July 2022 at noon.


Acknowledgments to all applicants will be sent and eligible candidates will be interviewed during August 2022.


 

Sejħa għas-Sottomissjonijiet għal Koordinatur Artistiku għall-Valletta Baroque Ensemble (VIBE)


Ref: FM2022/002-2

Festivals Malta qed ifittex professjonisti kreattivi u innovattivi biex iservu bħala Koordinaturi Artistiku. Il-Koordinatur Artistiku se jkun responsabbli b’mod ġenerali biex jimmaniġġja l-proġett artistiku li jiġi/tiġi assenjat(a) għalih, u biex jiżviluppa u jimplimenta l-produzzjoni artistika tiegħu. Il-Koordinatur Artistiku jikkollabora mill-qrib mal-Maniġers tal-Festival u jirrapporta lill-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta. Il-kandidat magħżul jeħtieġ li jipprovdi direzzjoni għal perjodu ta’ tliet snin (2023-2025) għall-proġetti li ġejjin:


VALLETTA BAROQUE ENSEMBLE (VIBE)


Il-Valletta Baroque Ensemble ġie varat f’Diċembru 2012. Il-kunċett inawgurali tiegħu, bil-parteċipazzjoni ta’ Dame Emma Kirkby, kien pass importanti bikri fi vjaġġ li beda waqt ikla bejn xi ħbieb involuti fil-mużika. L-akronimu tal-grupp – VIBE – huwa tabilħaqq xieraq, peress li l-ensemble jlaqqa’ flimkien mużiċisti kemm ewlenin kif ukoll promettenti li b’entużjażmu jagħtu l-ħajja lill-ġawhar tal-mużika bikrija.

Il-Valletta Baroque Festival, fejn VIBE huwa l-ensemble residenti, jipprovdi lill-grupp pjattaforma importanti u prestiġjuża, u wassal għal kunċerti memorabbli fosthom, f’dawn l-aħħar snin, wirjiet ta’ xogħlijiet fuq skala kbira bħal Water Music u Music for the Royal Fireworks ta’ Handel, Vespro della Beata Vergine ta’ Claudio Monteverdi (taħt id-direzzjoni ta’ Eomann Dougan), u l-Biber Requiem (taħt id-direzzjoni ta’ Stefano Molardi). Iżda l-attivitajiet ta’ VIBE mhumiex limitati għal din il-kermesse mużikali ta’ kull sena. Minbarra l-parteċipazzjoni tiegħu f’avvenimenti u festivals staġjonali oħra (inkluż it-Three Palaces Festival, il-Malta International Organ Festival u l-kunċerti annwali tal-Milied ta’ VIBE stess), VIBE jorganizza kunċerti indipendenti ta’ xogħlijiet Rinaxximentali u Barokki, b’enfasi partikolari fuq il-mużika minn kompożituri Maltin bħal Girolamo Abos, Giuseppe Balzano, Mikiel Anġ Vella u kompożituri oħrajn li l-partituri tagħhom jinsabu fl-arkivji tal-Katidral tal-Imdina.


Il-VIBE ħa dan ir-repertorju fuq livell internazzjonali, b’mod partikolari waqt it-tour Ewropew tal-2017, li fih il-grupp daqq il-mużika Barokka Maltija f’Madrid, f’Berlin u f’Pariġi. Kif xieraq, xogħlijiet ta’ Abos u Vella huma parti mill-ewwel CD recording ta’ VIBE.


Sommarju tar-Rwol:


Il-Koordinatur Artistiku għandu:


  1. Jidderieġi u jikkoordina ensemble tal-Barokk għall-Valletta Baroque Festival, kif ukoll avvenimenti u opportunitajiet oħra li jistgħu jinqalgħu relatati mal-festival.

  2. Jistabbilixxi, b’viżjoni fit-tul, skeda li tissaħħaħ sena wara sena biex eventwalment ikun hemm ensemble tal-Barokk preparat, u f’konformità mal-viżjoni tad-Direttur Artistiku.

  3. Jaħdem mill-qrib mal-Produttur u mad-Direttur Artistiku tal-Valletta Baroque Festival sabiex jipprevedu programm ta’ avvenimenti ta’ suċċess minn sena għall-oħra b’enfasi speċjali fuq id-daqq ta’ mużika mill-Arkivji fl-Imdina, flimkien mal-Monteverdi Project u Kor Malta. Dan idealment għandu jinkludi programm regolari li jkun adattat għall-esportazzjoni.

  4. Jiżgura li l-produzzjonijiet u l-masterclasses ikunu ta’ standard artistiku għoli u li jiġu organizzati masterclasses regolari dwar strumenti Barokki speċjalizzati biex jiżdied in-numru ta’ mużiċisti li huma familjari ma’ dan il-ġeneru partikolari.

  5. Jikkoordina mal-Produttur, u jissuġġerixxi modi kif dawn l-aspetti jiġu inkorporati fl-istaġun ġenerali preparat mill-Produttur u fil-Valletta Baroque Festival.

  6. Jikkollabora mad-Direttur Artistiku u ma’ Festivals Malta fit-tmexxija ta’ avvenimenti bħal dawn, fir-rigward tal-midja, ir-reklamar u l-promozzjoni.

  7. Josserva l-politika tal-Kunsill Malti għall-Arti u ta’ Festivals Malta.

  8. Josserva l-politika tal-akkwist pubbliku.

  9. Josserva l-iskadenzi tal-Aġenzija.

  10. Iżomm mal-baġits allokati u mal-iskadenzi stabbiliti.


Il-Kriterji tal-Għażla:


L-applikanti għandhom ikunu jistgħu jipprovdu viżjoni artistika ġenerali u jiżviluppaw il-proġett biex iwettqu l-missjoni u l-viżjoni tiegħu filwaqt li jistinkaw għall-kwalità u l-eċċellenza. L-applikanti għandu jkollhom rekord ippruvat tax-xogħol tagħhom, ikunu determinati u motivati, u jkollhom ħiliet ta’ komunikazzjoni eċċellenti.


Il-Ħiliet u l-Esperjenza Meħtieġa:

Il-Kandidati għandu jkollhom rekord ippruvat f’dan li ġej:


  1. Livell għoli ta' kompetenza fil-mużika Barokka.

  2. Kapaċitajiet ta’ bbaġitjar.

  3. Kompetenza fil-ħtiġijiet u l-ispejjeż loġistiċi u tal-produzzjoni.

  4. Networking ma’ artisti internazzjonali.

  5. Ħiliet effettivi ta’ komunikazzjoni

  6. Ħiliet effettivi ta’ organizzazzjoni.

  7. Esperjenza ta’ ħidma f’avvenimenti u festivals kulturali ta’ profil għoli.

  8. Il-ħolqien ta' ideat u t-twettiq ta’ proġetti mill-bidu sat-tmiem tagħhom.

  9. Esperjenza fl-immaniġġjar ta’ bosta proġetti fl-istess ħin.

  10. Esperjenza fl-immaniġġjar tal-avvenimenti.

  11. Għarfien taż-żona lokali u tas-settur kulturali.


Se tingħata preferenza lil professjonisti b’esperjenza vasta fil-qasam tal-arti, b’mod partikolari lil dawk li pparteċipaw f’avvenimenti ta’ prestiġju internazzjonali u li huma lesti li jkomplu jiżviluppaw il-festivals tagħna skont il-pjanijiet strateġiċi relatati. Is-sens ta’ responsabbiltà u l-kompetenza fil-fondi pubbliċi se jitqiesu bħala vantaġġ.


Kif tapplika:


L-individwi interessati għandhom jibagħtu portafoll dettaljat li jenfasizza r-rekord artistiku ppruvat tagħhom, flimkien ma’ ittra ta’ motivazzjoni fejn jesprimu x-xewqa li jkunu l-Koordinatur Artistiku tal-Proġett u r-raġuni għaliex, x’jistgħu joffru f’dan ir-rwol u l-għanijiet li jixtiequ jilħqu jekk jintgħażlu biex jokkupaw il-kariga ta’ Koordinatur Artistiku għall-proġett artistiku msemmi hawn fuq.


L-applikanti kollha għandhom ikunu rreġistrati mad-Dipartiment tal-VAT.


Is-sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu b’email fuq hr.fm@festivals.mt sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Lulju 2022 f’nofsinhar. Is-suġġett tal-email għandu jinkludi n-numru ta’ referenza FM2022/002-2 u l-isem tas-sottomissjoni “Applikazzjoni għal Koordinatur Artistiku għall-Valletta Baroque Ensemble


Il-mistoqsijiet dwar is-sejħa għandhom jintbagħtu lil hr.fm@festivals.mt sa nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Lulju 2022 f’nofsinhar.


Kull applikazzjoni se tiġi rikonoxxuta u l-kandidati eliġibbli se jiġu intervistati f’Awwissu 2022.



Nota Speċjali: Kull meta jintuża terminu speċifiku għall-ġeneru, dan għandu jinftiehem bħala wieħed li jirreferi għaż-żewġ sessi, sakemm ma jkunx iddikjarat b’mod espliċitu. Dan isir biss għall-iskop li t-test isir aktar faċli biex jinqara, u l-ebda reat jew sessiżmu ma huwa maħsub.