top of page
  • Writer's pictureFestivals Malta

Illum niċċelebraw il-49 anniversarju ta' Jum ir-Repubblika

STQARRIJA MINN FESTIVALS MALTA


Jum ir-Repubblika —L-Erbgħa, 13 ta’ Diċembru, 2023


Jum ir-Repubblika jfakkar il-ġurnata fejn Malta rrevediet il-kostituzzjoni tagħha u effettivament saret Repubblika. B’hekk Malta ma baqatx taħt ir-renju tar-reġina Eliżabetta II, u minflok inħatar l-ewwel President ta’ Malta Repubblika, Sir Anthony Mamo. Fl-okkażjoni tat-49 anniversarju ta’ Jum ir-Repubblika, Festivals Malta, permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali, flimkien mal-Uffiċċju tal-President, qed jorganizzaw attivitajiet kommemorattivi sabiex jiġi mfakkar dan il-jum.


L-Erbgħa 13 ta’ Diċembru 2023, Jum ir-Repubblika, fl-10:00 ta’ filgħodu, ser tkun qed tiġi organizzata l-parata ċerimonjali mill-Forzi Armati ta’ Malta. Għall-okkażjoni jattendu l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom Dr George Vella, President ta’ Malta, Robert Abela, Prim Ministru ta’ Malta, flimkien ma’ mistednin distinti oħra. Festivals Malta jappella lill-pubbliku biex jattendi għal din iċ-ċerimonja fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta. Fil-11:00 ta’ filgħodu ssir ċerimonja tal-investitura u l-għoti tal-midalji fis-Sala tal-Gran Kunsill, fil-Palazz tal-Gran Mastru, il-Belt Valletta. Dawn l-avvenimenti kollha ser ikunu mxandra b’mod dirett fuq TVM News+.


Fis-1:15 ta’ waranofsinhar, il-President ta’ Malta jqiegħed kuruna tal-fjuri fuq il-monument ta’ Malta Repubblika fil-Marsa.


 

Today marks the 49th anniversary of Republic Day


PRESS RELEASE BY FESTIVALS MALTA


Republic Day —Wednesday, 13th December, 2023


Republic Day commemorates the day when Malta revised its constitution and effectively became a Republic. As a result, Malta was no longer under Queen Elizabeth II’s reign and instead appointed the first President of the Republic of Malta, Sir Anthony Mamo. On the occasion of the 49th anniversary of Republic Day, Festivals Malta through the National Festivities Committee, together with the Office of the President will organise activities in commemoration of this day.


On Wednesday 13th December, Republic Day, at 10:00 in the morning, a ceremonial parade will be organised by the Armed Forces of Malta. Attending amongst others for this parade will be the country's highest authorities including Dr George Vella, President of Malta, and Robert Abela, the Prime Minister. Festivals Malta invites the public to attend this ceremony in St George Square, Valletta. At 11:00 in the morning there will be an investiture ceremony and the awarding of medals in the Grand Council Hall, in the Grand Master's Palace, Valletta. All these events will be broadcast live on TVM News+.


At 01:15 in the afternoon, the President of Malta will lay a wreath at the monument dedicated to Malta as a republic, in Marsa.


Comments


bottom of page