• Facebook
  • Instagram
  • YouTube
  • festivalsmalta

Jitħabbru s-Semifinalisti Għal Mużika Mużika 2022

Ara liem kanzunetti għaddew għall-festival ta’ Marzu li ġej

Il-bieraħ il-Ħadd 14 ta’ Novembru, il-35 kanzunetta magħżula għal Mużika Mużika 2022 għaddew mill-fażi eliminatorja permezz ta’ live auditions quddiem seba’ membri tal-ġurija ġodda.


Din is-sena, il-festival kellu 170 sottomissjoni, ammont ikbar minn dak tas-sena li għaddiet, kif kien mistenni wara s-suċċess li ġab miegħu l-festival f’Marzu li għadda. Kull sottomissjoni ġiet evalwata u għaddiet mill-ewwel fażi eliminatorja fejn intagħżlu 35 kanzunetta. Dawn ġew interpretati live flimkien ma’ backing track il-bierah ġewwa l-Valletta Campus Theatre, l-Belt Valletta, fejn minnhom intgħażlu l-20 kanzunetta semifinalista.


“Din is-sena, bħal dik ta’ qabel, kellna sottomissjonijiet ta’ livell għoli ħafna, prova ċara li tkompli ssaħħaħ il-fatt li Malta hawn talent abbundanti, bil-livell dejjem jiżdied u nemmen li kienet deċiżjoni diffiċli ħafna għall-ġurija tagħna. L-20 kanzunetta li ser taraw f’Marzu li ġej kollha għandhom element u ħoss partikolari li jġagħlek tapprezza d-diversita’ li kapaċi toffri l-mużika Maltija. L-udjenza tagħna għandha għal xiex tkun ħerqana għal din l-edizzjoni li jmiss,” qal ic-Chairman ta’ Mużika Mużika, Raymond Bugeja.

Issa li ġew imħabbra l-20 kanzunetta semifinalista, it-tim ta’ Festivals Malta ser ikun qed jaħdem fuq il-fażi li jmiss ta’ produzzjoni u loġistika. F’Diċembru, ser jitħabbar ir-rebbieħ tal-programm televiżiv Mużika Mużika – Il-Vjaġġ Ikompli, li ser jingħaqad mal-kanzunetti l-oħra waqt il-festival li ser isir bejn l-24 u s-26 ta’ Marzu 2022.


Il-kanzunetti semifinalisti huma (F'ordni alfabetika skond l-isem tal-kanzunetta):


Kanzunetta

Artist

Kompożitur

Awtur

Aħjar Hekk Inkella Agħar

MARA

Philip Vella

Emil Calleja Bayliss

Bla Tarf

Kurt Calleja

Kurt Calleja, Aleandro Spiteri Monsigneur u Peter Borg

Kurt Calleja

Dak Kien Żmien

Mykill ft. Lyndsay u Kalakku

Micheal Cini

Matthew Attard

Fittixni

Victoria Sciberras

Gilbert 'Bibi' Camilleri

Lon Kirkop

Għal Dejjem

Norbert Bondin

Peter Borg

​Norbert Bondin

Ġmielek

Claudia Faniello

Philip Vella

​Joe Julian Farrugia

Ħlomt Li

Bernie & Pod u Fiona Cauchi

Bernard Bonnici u Matteo Depares

Ivan Farrugia

Idek F'Idi

Kelly Marie Cassar Hili

Kelly Marie Cassar Hili

Janice Debattista

Il-Mużika u Jien

Nicole Frendo

George Curmi

Hilda Curmi

Jien l-Artist

Cherylis

Pamela Bezzina

Pamela Bezzina

Kenn

Cheryl Camilleri

Joseph Axiak

Joseph Axiak

Kewkba Feġġejja

Gaia Cauchi

Elton Zarb

Stephen Baldacchino

Mewġ

Bloodline

Glen Vella u Elton Zarb

Edwin Balzan, Julia Balzan u Samira Cauchi

Mil-Lenti Tiegħi

Joseph Refalo

Pamela Bezzina

Pamela Bezzina

Minn Taħt l-Ilsien

Avenue Sky

Pamela Bezzina

Pamela Bezzina

Ossiġnu

Danica Muscat u Kapitlu Tlettax

Cyprian Cassar u Joseph Mario Calleja

Joseph Mario Calleja u Emil Calleja Bayliss

Purgatorju

Oxygyn

Zack Camilleri, Janelle Borg u Luke Camilleri

Kurt Abela

Tgħidlix Għalfejn

Kyle George

Cyprian Cassar

Clifton Casha

Tkun 'L Hawn Għaddi

Kantera

Elton Zarb

Joe Julian Farrugia

Wennisni

Franklin Calleja

Cyprian Cassar

Emil Calleja Bayliss