top of page
festivalsmalta

JUM IT-TIFKIRA - IL-ĦADD, 14 TA' NOVEMBRU, 2021


Jum it-Tifkira, li huwa ċċelebrat fil-pajjiżi kollha tal-Commonwealth, b'ġieħ il-vittmi kollha taż-żewġ Gwerer Dinjija, se jkun mfakkar f'Malta mill-Kumitat Festi Nazzjonali permezz ta’ Festivals Malta, nhar il-Ħadd, 14 ta' Novembru, 2021.


Għall-okkażjoni se jkun hemm quddiesa konċelebrata fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta. Din se tkun immexxija mill-E.T. Reverendissma Monsinjur Charles Jude Scicluna – Arcisqof ta’ Malta. Il-quddiesa tibda fid-9.30 ta’ filgħodu. Din is-sena l-quddiesa se tiġi mxandra b’mod dirett fuq TVM.


Qabel il-Quddiesa, il-President ta' Malta jispezzjona Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta' Malta. Tieħu sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati.


Wara, fil-10.40 ta’ filgħodu, issir ċerimonja ta' Tifkira ħdejn il-Monument tal- Gwerra, il-Floriana. Matul din iċ-ċerimonja jitqiegħdu kuruni mal-Monument tal-Gwerra mill-għola awtoritajiet nazzjonali u persuni distinti. Din is-sena dawk li se jpoġġu kuruna qed ikunu limitati biex fi kwalunkwe ħin inkunu konformi mal-miżuri li qed jittieħdu fis-sitwazzjoni.


Il-Forzi Armati ta' Malta u Kontingent mill-Korp tal-Pulizija se jifformaw flimkien Gwardja tal-Unur għal matul iċ-Ċerimonja tat-Tqegħid ta' Kuruni.

Minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti l-kontinġenti tal-Forzi Armati u tal-Pulizija se jkunu ridotti għal numru minimu. L-istess se tkun il-banda tal-Forzi Armati. Se jipparteċipaw l-ex-servicemen li lkoll huma vaċċinati u se josservaw il-miżuri rakkomandati. Dawk l-għaqdiet l-

oħra lis-soltu kienu jakkumpanjaw il-kontinġenti tal-ex-servicemen din is-sena qed jintalbu biex ma jieħdux sehem.


Il-Kumitat Festi Nazzjonali jħeġġeġ lil pubbliku inġenerali biex jagħmel bħal pajjizi oħra tal-Commonwealth u jfakkar il-vittmi b’mod remot bħala rispett u osservanza għal dawk li ssagrifikaw ħajjithom matul iż-żewġ Gwerrer Dinjija.


Bħas-soltu l-appell tradizzjonali ta' Jum it-Tifkira mill-Poppy Day Appeal Fund, bħala għajnuna lil dawk il-Maltin li kienu fis-Servizzi u lid-dipendenti tagħhom issir fl-istess perjodu taż-żmien.


Comments

Couldn’t Load Comments
It looks like there was a technical problem. Try reconnecting or refreshing the page.
bottom of page