• festivalsmalta

Mużika Mużika Jirritorna - LIVE!

Esperjenza l-kanzunetti tal-ewwel edizzjoni live waqt Mużika Mużika Sajf

L-esperjenza ta' Mużika Mużika f'Marzu li għaddiet ħalliet impatt pożittiv fuq l-udjenza li segwiet il-festival bi ħġarha mid-dar peress li l-pandemija ma ppermettietx li jkun hemm udjenza fis-sala. Il-kanzunetti tal-festival mhux biss irnexxilhom jiksbu post prominenti fix-xena, talli saru wkoll magħrufin minn numru kbir ta' segwaċi u wħud minnhom għadek tismagħhom fuq l-istazzjonijiet tar-radju s'issa, xhur wara l-festival.


Bis-saħħa tal-inizjattiva Restart Logistical Support Stream (Strand 2), issa ser ikollok iċ-ċans tgawdi dawn il-kanzunetti live b'kunċert speċjali organizzat minn Festivals Malta bit-titlu ta' Mużika Mużika Sajf, li ser isir ġewwa Ġnien Laparelli l-Belt Valletta fil-31 t'Awwissu u l-1 ta' Settembru.

Dan il-kunċert ser joffri l-opportunita' li terġa ġġedded il-memorji tal-festival ta' Marzu li għadda kif ukoll tesperjenza dawn il-kanzunetti kif qatt ma esperjenzajtom qabel. Jekk int għandek għal qalbek il-mużika Maltija, u għoġbok il-festival Mużika Mużika, mela dan huwa kunċert li żgur m'għandekx titlef.


Il-biljetti huma limitati u mhux ser ikun possibli li jinxtraw mal-bieb. Iċ-ċertifikat tal-vaċċin irid jiġi ppreżentat fl-entratura u l-maskra trid tintlibes il-ħin kollhu. Jekk int interessat tista' takkwista l-biljetti billi tafas il-buttuna t'hawn taħt! X'qed tistenna ...?