Sejħa għall-espressjoni ta' nteress ta' disinni għall-installazzjonijiet fil-Perjodu tal-Karnival 21




SEJĦA GĦALL-ESPRESSJONI TA’ NTERESS U PREZENTAZZJONI TA’ DISINNI GĦALL- INSTALLAZZJONIJIET F’MALTA FIL-PERJODU TAL-KARNIVAL 2021

Il-Kumitat tal-Karnival permezz ta’ Festivals Malta qed jilqa’ applikazzjonijiet għall-preżentazzjoni ta’ Disinni għall-installazzjonijiet li huma ntenzjonati li jintramaw f’Malta fil-perjodu tal-Karnival ta’ Malta 2021.


Id-disinjattur ikun mistenni li jippreżenta l-kunċett, id-disinn, indikazzjoni tal-post fejn wieħed jaħseb li tali installazjoni għandha tiġi mtella’, materjal li wieħed jirrikmanda għandu jintuża u tagħrif ieħor relatat.


Id-disinjattur ikun mistenni li jippreżenta dan il-materjal u tagħrif sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgha 11 ta’ Dicembru, 2020. Id-disinjattur imbagħad ikun mistenni li jżomm komunikazzjoni mal-persuna / grupp li jkun qed jaħdem tali installazzjoni biex l-istess proġett iseħħ bl-aħjar mod hekk kif jkollu fil-pjan tiegħu d-disinjatur.


Hu mistenni li jingħazlu sa mhux aktar minn 10 installazzjonijiet.


Il-lokalitajiet fejn jittellgħu tali installazjonijiet għandhom jiġu proposti mid-disinjattur u jistgħu jiġu proposti fi kwalunkwe lok popolari, jew traffikuż, fejn jgħaddu ħafna nies matul il-ġurnata f’Malta. Il-post magħzul jista’ jinbidel mill-organizzaturi jekk ma jingħatawx il-permessi meħtieġa lil post propost mid-disinjattur. Installazjoni fil-Belt Valletta, Pjazza Tritoni u Għawdex huma esklużi.


Il-qies propost għandu jirrifletti l-lok fejn wieħed jipproponi tali installazzjoni, irid ikun jidher sew pero wieħed irrid jikkonsidra l-fatturi tat-temp matul il-perjodu fejn normalment ikun hemm xi granet bil-maltemp u r-riħ.


L-istess illustrazzjonijiet iridu jkunu figurattivi u Festivals Malta żżomm id-dritt li tagħmel xi tibdiliet bi qbil mal-illustrators fuq kwalunkwe disinn jew proposta preżentata u aċċettata.

Mad-disinn, parteċipant ikun mistenni li jippreżenta Biografija qasira dwar l-illustraturi u ritratt tagħhom oltre tigi ppreżentata deskrizzjoni qasira dwar il-ħsieb tagħhom għall-illustrazzjoni


Dawk magħżula jingħataw tifkira tal-okkazjoni kif ukoll s-somma ta’ €100 għal kull installazjoni magħżula.


Għal aktar tagħrif u /jew domandi wieħed jista’ jagħmel kuntatt mas-Sur Clayton Saliba tel +356 23347304 jew email clayton.saliba@festivals.mt

phone

Expanding Your

Cultural Horizons!

+356 2334 7301

email

FESTIVALS MALTA_White.png

Festivals Malta

13, Europa Centre,

John Lopez Street, Floriana FRN1400, MALTA

© 2019 BY FESTIVALS MALTA