Sabiex tissalvagwardja is-saħħa u s-sigurtà tal-pubbliku u l-parteċipanti tal-Karnival ta’ Malta, b’responsabbiltà u fuq pariri tar-risk assessors tagħhaa, Festivals Malta kella tħassar it-traġitt tad-défile tal-Karrijiet tal-Karnival ilbieraħ il-ħadd waranofsinhar fit-toroq tal-Belt Valletta minħabba l-maltempata bis-silġ li laqtet lil pajjiżna fil-ħin li kella tibda l-attività fil-Belt Valletta.
Festivals Malta flimkien mal-parteċipanti xorta offrew spettaklu mill-isbaħ ta’ kwalità permezz ta’ żfin u kostumi fl-arena fi Pjazza San Ġorġ. Dan seħħ b’rispett sħiħ lejn dawk kollha li attendew għal dawn l-attivitajiet, filwaqt li ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha li kienu meħtieġa fl-interess ta’ kulħadd.
Festivals Malta tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent li seta’ kien ikkawżat minħabba l-maltemp li m’ghandhiex kontroll fuqu.
Nixtiequ nirringrazzjaw lill-Forzi tal-Ordni, il-Protezzjoni Ċivili, it-Transport Malta, l-Awtorità tat-Trasport Pubbliku, LESA, id-Dipartiment tal-Artijiet, id-Dipartiment tat-Tindif u l-Manutenzjoni, il-parteċipanti tal-Karnival, membri tal-istaff tagħna, nies li jkunu qed jgħinu fil-karnival, u lill-pubbliku b’mod ġenerali għall-appoġġ u l-għajnuna li dejjem insibu mingħandhom f’attivitajiet bħal dawn, partikolarment f’sitwazzjonijiet bħal dawk tal-bieraħ.
Grazzi wkoll lil PBS u lil ħaddiema kollha tiegħu li kienu strumentali sabiex l-attivitajiet li saru kienu mwassla fid-djar permezz ta’ trażmissjoni diretta.
Il-programm tal-attivitajiet ikompli llum, it-Tnejn, bi żfin u défile tal-Karrijiet trijonfali mat-toroq tal-Belt Valletta u fl-Arena fi Pjazza San Ġorġ.
Comments