top of page
  • Writer's pictureFestivals Malta

Stqarrija Konġunta Bejn Festivals Malta u Malta Public Transport: Jitħabbar Tibdil Temporanju fil-Post tat-Terminus tal-Linja għall-Karnival

Sabiex il-karrijiet ikunu protetti minn kull element u sabiex jitgawda il-Karnival fil-jiem li ġejjin, ġie maqbul li l-karrijiet jiġu ipparkjati fid-ditch ta’ San Ġakbu minflok fuq il-Fosos tal-Furjana.

 

Għaldaqstant bi qbil mal-parteċipanti tal-Karnival, il-Malta Public Transport u l-entitatjiet Governattivi ser ikunu qed jibdlu b’mod temporanju l-post tat-terminus Żona B u Ċ. Din il-bidla ser tidħol fis-seħħ mis-Sibt 10 ta’ Frar sal-Erbgħa 13 ta’ Frar sas-6 ta’ filgħaxija.

 

Iż-żoni tat-terminus ser jiġu trasferuti għal Triq San Publiju għal Żona B u Triq Sarria għal Żona Ċ.

 

Żoni tat-Terminus:


Żona B: Triq San Publiju      Żona Ċ: Triq Sarria

Waqt dan il-perjodu, ser jiġu affettwati dawn ir-rotot:


Żona B:

  • B3: Rotot 21, 22, X4

  • B4: Rotot 24, 25, 32, 35

  • B5: Rotot 31, 45, 48

  • B6: Rotot 41, 42, 49, 250

  • B7: Rotot 44, 47, 238

  • B8: Rotot 43, 46, 260

Żona Ċ:

  • C1: Rotot 50, 58A, 58

  • C2: Rotot 51, 52, 53

  • C3: Rotot 54, 56

  • C4: Rotot 61

  • C5: Rotot 62

  • C6: Rotot 63, 64


Il-Malta Public Transport tirrakomanda lil kull min juża t-trasport pubbliku biex jieħu nota ta’ dawn it-tibdiliet temporanji u biex jippjanaw il-vjaġġ tagħhom sew minn qabel. Dawn is-servizzi ser jerġgħu jkomplu b’mod normali wara s-6 ta’ filgħaxija nhar it-Tlieta 13 ta’ Frar. Il-kooperazzjoni tal-pubbliku tul dan il-perjodu hija apprezzata.


Festivals Malta tirringrazzja lil Malta Public Transport, il-Korp tal-Pulizija, lil Transport Malta, LESA u l-Kunsill Lokali tal-Furjana li lkoll flimkien ingħaqdu biex tinstab l-aħjar soluzzjoni sabiex f’kull ħin il-karrijiet tal-karnival ikunu protetti matul il-jiem tal-karnival.


Għal aktar informazzjoni u l-aħħar tibdiliet fir-rotot, wieħed għandu jżur www.publictransport.com.mt



1件のコメント


ritadebattista1952
2月09日

Tar Rabat dejjem il bogħod tohduhom ghal min hu desabled ma tahsbu xejn,

いいね!
bottom of page