top of page

B’Riħ jew Riefnu
minn hawn irridu nsiefru

B’Riħ jew Riefnu
minn hawn irridu nsiefru

Malta International Arts Festival on Fringe

Dwar il-Produzzjoni

Il-pubbliku mistieden jingħaqad mal-atturi għal produzzjoni teatrali (bil-Malti) ispirata minn diversi ritwali tal-mewt li se sseħħ ġewwa l-bażilka ta’ Santa Liena ta’ Birkirkara. Ir-ritwali tal-mewt fit-tradizzjoni Maltija insibuhom f’għadd ġmielu ta’ ċelebrazzjonijet matul is-sena: il-Qarniża ta’ nhar l-Ewwel tas-Sena, il-maskri b’ras ta’ mewt fil-Karnival, il-Vjatku, l-inkwatri tal-Mewt it-Tajba u l-Mewt il-Ħażina mdendlin mal-ħitan ta’ ħafna mid-djar Maltin, it-twemmin fis-sħaħar u fl-għajn ħażina, it-tbaħħir mad-daqq tal-Glorja u x-xwejħa Għaġuża, li trajbu tagħha kien jinxteħet mill-kampnar għal isfel matul ir-Randan. Il-produzzjoni teatrali “B’Riħ jew Riefnu” tgħaqqad dawn l-elementi kollha flimkien u tippreżentahom bħala produzzjoni teatrali informattiva u divertenti.




Bijografija


Joseph Galea

Direttur


Joseph Galea jaħdem bħala attur, produttur u direttur tat-teatru u televiżjoni, kif ukoll awtur.  Huwa tħarreġ fl-arti teatrali fiċ-Ċentru tad-Drama Mikelanġ Borġ bejn l-1996 u l-1999. Bħala attur, direttur kif ukoll kittieb kellu xogħlijiet fit-Teatru Manoel, Spazju Kreattiv u waqt diversi festivals f’Malta. Galea kien  wieħed mil-fundaturi tal-Cospicua Short Play festival. Għal dawn l-aħħar snin kellu diversi proġetti teatrali li għamlu parti mill-programm  tal-Culture Pass fl-iskejjel. Il-Qarcilla, tradizzjoni antika fi żmien il-karnival reġgħet ġiet introdotta taħt id-direzzjoni ta’ Galea fl-2014.  Fuq it-televiżjoni Joseph kellu partijiet f’diversi xogħlijiet drammatiċi fosthom Pupi fejn rebaħ il-premju tal-aħjar attur fil-Malta Television Awards 2007. Sa mill-2001 huwa pproduċa u dderieġa sensiliet  televizivi li jikludu programmi ta’ divertiment, drama, satira, dokudrama u dokumentarji fuq l-istazzjonijiet lokali. Galea dejjem ifittex li jikkolabora ma’ entitatijiet, gruppi u artisti oħrajn, għaliex jemmen li dan huwa l-aħjar mod kif toħloq proġetti innovattivi u ta’ kwalita’. Fl-2022 flimkien ma’ Tyrone Grima rebah il-premju tal-arti ghall-innovazzjoni bil-produzzjoni Zoom.

Jieħdu Sehem: 

Produzzjoni u Direzzjoni: Joseph Galea

Kitba: Trevor Zahra

Riċerka: Ġużi Gatt

Direttur tal-Moviment: Jacob Piccinino

Direttur Mużikali: Alex Vella Gregory

Atturi: Frida Cauchi, Clint Chircop, Marco Grech, Sandro Vella, John Vassallo, Gilbert Mallia, Martina Galea Loffreda, Miguel Formosa, Gabriele Vassallo

Organista: Tricia Dawn Williams

Kantanti: Cynthia Paris Zaffarese, Grecia Bezzina, Petra Camilleri, Stanley Joe Portelli, Joseph Cutajar


Disclaimer

Dan il-post mhux aċċessibbli għall-wheelchairs jew persuni li għandhom bżonn xi tip ta’ għajnuna biex jimxu. 


Waqt din il-prestazzjoni l-udjenza hija mitluba li timxi minn post għall-ieħor u għalhekk mhux ser ikun hemm siġġijiet disponibbli.


Għalkemm il-prestazzjoni tibda’ fit-8:30PM, l-udjenza mitluba li tkun fuq il-post fit-8PM. Jekk dawn ma jaslux fil-ħin, jista’ jagħti l-każ li ma jkunux jistgħu jidħlu u ma jistgħux jingħataw flus lura għall-biljetti. Il-biljetti ma jistgħux jiġu mibdula. 



18 June 2023
Location
Santwarju Madonna tal-Ħerba, Birkirkara
Time
8pm
Interval
NA
Duration
1hr
Price
€10
Audience Level
8+
Other Dates
25 June
Terms & Conditions
Dan il-post mhux aċċessibbli għall-wheelchairs jew persuni li għandhom bżonn xi tip ta’ għajnuna biex jimxu.

Waqt din il-prestazzjoni l-udjenza hija mitluba li timxi minn post għall-ieħor u għalhekk mhux ser ikun hemm siġġijiet disponibbli.

Għalkemm il-prestazzjoni tibda’ fit-8:30PM, l-udjenza mitluba li tkun fuq il-post fit-8PM. Jekk dawn ma jaslux fil-ħin, jista’ jagħti l-każ li ma jkunux jistgħu jidħlu u ma jistgħux jingħataw flus lura għall-biljetti. Il-biljetti ma jistgħux jiġu mibdula.

Malta International Arts Festival on Fringe

B’Riħ jew Riefnu
minn hawn irridu nsiefru

bottom of page