Il-Belt Rebbieħa - Simpożju

Il-Belt Rebbieħa - Simpożju

Festivals Malta

Il-Belt Rebbieħa inkitbet mill-Prof. Oliver Friggieri f’ġieħ il-belt tal-Vittoriosa (il-Birgu), li tirrappreżenta lill-pajjiż kollu, u biex ifaħħar lill-Maltin kuraġġużi li ġġieldu kontra l-qawwa Torka fl-Assedju l-Kbir ta’ Malta fl-1565. Il-poeżija ġiet mużikata bħala kantata mill-Prof. Mro Joseph Vella (1942-2018). L-ewwel saret fil-Kolleġġjata ta’ San Lawrenz fil-Birgu fl-24 ta’ Lulju 1990 u mbagħad intweriet ukoll l-għada (25 ta’ Lulju 1990) fi Pjazza San Ġorġ fir-Rabat (Għawdex). Il-kantata kienet komposta għal orkestra b'sopran, tenur, u kor.

 

Il-Professur Charles Briffa ser jagħti bidu għas-simpożju billi jippreżenta lil Oliver Friġġieri bħala poeta/novellist/kritiku letterarju u filosofu. It-tema attwali se tkun dik ta' analiżi litterarja tal-kantata Rewwixta u l-Belt Rebbieħa, b'aktar dettalji dwar il-Belt Rebbieħa.

 

Il-Maestro Colin Attard ser jitkellem dwar il-parti mużikali tal-kantata 'Il-Belt Rebbieħa' li ġiet miktuba f'armonija perfetta mal-poeżija.

 

Kull preżentazzjoni ser iddum bejn 30 u 45 min


Terms & Conditions
25 October 2022
Location
Il-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu
Time
1:30pm
Interval
Duration
3hrs
Price
Free
Audience Level
Other Dates

Festivals Malta

Il-Belt Rebbieħa - Simpożju