• Festivals Malta

Call for Submission for an Artistic Director for the Malta International Arts Festival

Ref: FM2022/003-001


Photo by Darren Zammit Lupi

Festivals Malta is looking for a creative and innovative professional to take on the role of Artistic Director for the Malta International Arts Festival. The Artistic Director has the overall responsibility for the artistic management of the festival and for the development and implementation of its artistic output. The Artistic Director will collaborate closely with the Festivals Malta CEO, and the Festival Manager, and will report to the Festivals Malta CEO. The chosen Artistic Director will need to provide artistic direction for a period of three years (2023-2025).


Malta International Arts Festival

Since 2006, the Malta International Arts Festival has been delighting audiences with a mix of the finest cultural performers the world has to offer. The Malta International Arts Festival champions the best that the local arts scene has to offer, providing Maltese artists, both established and emerging, a dynamic platform to showcase their talent and engage with broader audiences. It also hosts well-established foreign acts at various venues in and around Valletta. From virtuoso musicians to Shakespearean drama, stunning visual installations, to breath-taking dance, each year the Malta International Arts Festival has strived to enrich the local cultural calendar with a host of must-see events.


With our unique position in the middle of the Mediterranean Sea, we can act as an artistic bridge between Europe and the African coast. We are also right in the middle between East and West, and are very lucky to be an island imbued with history – A history that we can look back to, react to, be inspired by, and use as a canvas. This provides us with an incredibly diverse, rich and colourful tapestry to work on, and create something new; fusing different cultures, using our heritage, but also looking beyond.


Role Summary


The Artistic Director shall:

  1. Devise, plan and supervise the execution of the festival and related activities on behalf of Festivals Malta.

  2. Coordinate with performers and artists so as to attain the best possible productions and do the utmost to attract considerable audiences in pursuit of strategies designed for audience development.

  3. Research, workshop, design and engage local and international material and talent following best practices policies and cutting-edge creative initiatives towards the staging of an event of international standards.

  4. Re-dimension the festival to current needs and programme according to market needs.

  5. Choose the artistic content for the festival.

  6. Focus on the development of local artistic talent.

  7. Work closely with the marketing department in terms of communications, public relations and social media.

  8. Be in line with Arts Council Malta and Festivals Malta’s policies.

  9. Adhere to public procurement policies.

  10. Adhere to deadlines set by the Agency.

  11. Attending and supervising each scheduled rehearsal, and performance of the production.

  12. Be required to publicly speak about the festival.

  13. Devote whatever time may be necessary for the success of the festival.

  14. Be in Malta at least 3 weeks before and during the duration of the festival.

  15. Respect set budgets and work with the established time frames.

  16. Collaborate with other PCO’s and other cultural agencies / entities.

  17. Report to Festivals Malta’s CEO.

  18. Perform any other related duties as assigned by Festivals Malta CEO.


Selection Criteria


Applicants must be able to provide an overall artistic vision and develop the festival to fulfil its mission and vision whilst striving for quality and excellence. Applicants should have a proven track record of their work, be purposeful and motivated, and must possess excellent communication skills. S/he will be required to make use of his/her existing resources and networks to attract local and international interest in the festival.


Skills and Experience Required


The Candidates must have a proven track record in the following:

  1. Budgeting skills.

  2. Understanding of logistical and production requirements and costs.

  3. Networking with international artists and artistic management companies.

  4. Strong communication skills.

  5. Strong organisational skills.

  6. Demonstrate experience in working on high-profile cultural events, productions, and festivals.

  7. Have experience with idea generation and delivery of projects from conception to completion.

  8. Have experience in managing multiple projects.

  9. Have experience in event management.

  10. Have knowledge of the local industry and cultural sector.

  11. Understand and communicate with the official language/s of Malta.

Preference will be given to professionals with broad experience in the field of the arts, particularly those who have participated in events of international prestige and who are ready to continue developing our festival according to the related strategic plans. Accountability and knowledge of working with public funds will be considered an asset.


How to Apply


Interested individuals should send a detailed portfolio highlighting their artistic track record, together with a letter expressing their motivation and desire to be an Artistic Director, the strengths they would bring to the position and the goals they would like to achieve if they are chosen to perform the duties of Artistic Director for a specific festival.


The selected applicant must be registered with the VAT Department.


Submissions will be received via email to hr.fm@festivals.mt by not later than Friday 16th September 2022 at noon, quoting in the subject the reference number FM2022/003-001 and the submission name ‘Application for Artistic Director for the Malta International Arts Festival’.


Any questions about the call should be sent to hr.fm@festivals.mt by Tuesday 13th September 2022 at noon.


Acknowledgments to all applicants will be sent and eligible candidates will be interviewed during September 2022.

 

Sejħa għas-Sottomissjonijiet għal Direttur Artistiku għall-Malta International Arts Festival

Ref: FM2022/003-001


Festivals Malta qed ifittex professjonist kreattiv u innovattiv biex iservi bħala Direttur Artistiku għall-Malta International Arts Festival. Id-Direttur Artistiku se jkun responsabbli b’mod ġenerali għall-immaniġġjar artistiku tal-festival, u biex jiżviluppa u jimplimenta l-produzzjoni artistika tiegħu. Id-Direttur Artistiku se jikkollabora mill-qrib mal-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta u mal-Maniġer tal-Festival, u se jirrapporta lill- Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta. Id-Direttur Artistiku magħżul jeħtieġ li jipprovdi direzzjoni artistika għal perjodu ta’ tliet snin (2023-2025).


Malta International Arts Festival

Il-Malta International Arts Festival ilu jsaħħar lill-udjenzi mill-2006 bis-sehem ta’ fost l-aqwa artisti minn madwar id-dinja. Il-Malta International Arts Festival jippromwovi l-aqwa talent li toffri x-xena tal-arti lokali, u jagħti pjattaforma dinamika lill-artisti Maltin stabbiliti u dawk emerġenti, biex jesponu t-talent tagħhom u jinterettaw ma’ udjenzi usa’. Minbarra dan, il-festival jospita artisti ta’ fama internazzjonali f’diversi postijiet fil-Belt Valletta u l-madwar. Minn mużiċisti stabbiliti sa drammi Shakespearjani, minn stallazzjonijiet viżivi affaxxinanti sa żfin ta’ kalibru għoli, il-Malta International Arts Festival ta’ kull sena jagħmel ħiltu biex itejjeb il-kalendarju kulturali lokali b’għadd ta’ avvenimenti li ħadd m’għandu jitlifhom.


Minħabba l-pożizzjoni unika tagħna fil-qalba tal-Baħar Mediterran, nistgħu nservu bħala pont artistiku bejn l-Ewropa u l-kosta Afrikana. Ninsabu wkoll eżatt nofs triq bejn il-Lvant u l-Punent u aħna xxurtjati ħafna li aħna gżira miżgħuda bl-istorja – storja li nistgħu nħarsu lura lejha, nirreaġixxu għaliha, niġu ispirati minnha u nużawha bħala kanvas artistiku. Dan jagħtina bażi tassew diversa u kkulurita biex naħdmu fuqha u noħolqu xi ħaġa ġdida; biex ngħaqqdu kulturi differenti, bl-użu tal-patrimonju tagħna, filwaqt li nħarsu wkoll lill hinn minn dan.


Sommarju tar-Rwol


Id-Direttur Artistiku għandu:

  1. Ifassal, jippjana u jissorvelja t-twettiq tal-festival u ta’ attivitajiet relatati f’isem Festivals Malta.

  2. Jikkoordina mal-parteċipanti u mal-artisti sabiex jittellgħu l-aħjar produzzjonijiet possibbli u jagħmel l-almu tiegħu biex jattira udjenzi konsiderevoli permezz ta’ strateġiji mfassla għall-iżvilupp tal-udjenza.

  3. Jirriċerka, jorganizza workshops, jiddisinja u jinvolvi materjal u talent lokali u internazzjonali skont il-politika tal-aħjar prassi u inizjattivi kreattivi mill-aktar moderni u avvanzati ħalli jittella’ avveniment ta’ standard internazzjonali.

  4. Jagħti direzzjoni ġdida lill-festival abbażi tal-ħtiġijiet attwali u jfassal il-programm skont il-ħtiġijiet tas-suq.

  5. Jagħżel il-kontenut artistiku għall-festival.

  6. Jiffoka fuq l-iżvilupp tat-talent artistiku lokali.

  7. Jaħdem mill-qrib mad-dipartiment tal-marketing fuq il-komunikazzjonijiet, ir-relazzjonijiet pubbliċi u l-midja soċjali.

  8. Josserva l-politika tal-Kunsill Malti għall-Arti u ta’ Festivals Malta.

  9. Josserva l-politika tal-akkwist pubbliku.

  10. Josserva l-iskadenzi tal-Aġenzija.

  11. Jattendi u jissorvelja kull prova skedata u s-serati tal-produzzjoni.

  12. Jitkellem fil-pubbliku dwar il-festival.

  13. Jiddevota l-ħin kollu meħtieġ biex il-festival jirnexxi.

  14. Ikun Malta mill-inqas 3 ġimgħat qabel il-festival u matulu.

  15. Iżomm mal-baġits allokati u mal-iskadenzi stabbiliti.

  16. Jikkollabora ma’ Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi (PCOs) u aġenziji/entitajiet kulturali oħrajn.

  17. Jirrapporta lill-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta.

  18. Jaqdi kull dmir relatat ieħor li jassenjalu l-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta.


Il-Kriterji tal-Għażla


L-applikanti għandhom ikunu jistgħu jipprovdu viżjoni artistika ġenerali u jiżviluppaw il-festival biex iwettqu l-missjoni u l-viżjoni tiegħu filwaqt li jistinkaw għall-kwalità u l-eċċellenza. L-applikanti għandu jkollhom rekord ippruvat tax-xogħol tagħhom, ikunu determinati u motivati, u jkollhom ħiliet ta’ komunikazzjoni eċċellenti. Se jkunu meħtieġa jagħmlu użu mir-riżorsi u n-networks eżistenti tagħhom biex jattiraw interess lokali u internazzjonali fil-festival.


Il-Ħiliet u l-Esperjenza Meħtieġa


Il-Kandidati għandu jkollhom rekord ippruvat f’dan li ġej:

  1. Kapaċitajiet ta’ bbaġitjar.

  2. Fehim tal-ħtiġijiet u l-ispejjeż loġistiċi u tal-produzzjoni.

  3. Networking ma’ artisti u kumpaniji tal-maniġment artistiku internazzjonali.

  4. Ħiliet ta’ komunikazzjoni tajbin ħafna.

  5. Ħiliet ta’ organizzazzjoni tajbin ħafna.

  6. Esperjenza ta’ ħidma f’avvenimenti, produzzjonijiet, u festivals kulturali ta’ profil għoli.

  7. Esperjenza fil-ġenerazzjoni tal-ideat u t-twettiq ta’ proġetti mill-idea inizjali sat-tmiem.

  8. Esperjenza fl-immaniġġjar ta’ bosta proġetti.

  9. Esperjenza fl-immaniġġjar tal-avvenimenti.

  10. Għarfien tal-industrija lokali u tas-settur kulturali.

  11. Fehim tal-lingwa/i uffiċjali ta’ Malta u ħila ta’ komunikazzjoni biha/bihom

Se tingħata preferenza lil professjonisti b’esperjenza vasta fil-qasam tal-arti, b’mod partikolari lil dawk li pparteċipaw f’avvenimenti ta’ prestiġju internazzjonali u li huma lesti li jkomplu jiżviluppaw il-festival tagħna skont il-pjanijiet strateġiċi relatati. Is-sens ta’ responsabbiltà u l-kompetenza fil-fondi pubbliċi se jitqiesu bħala vantaġġ.


Kif Tapplika


L-individwi interessati għandhom jibagħtu portfolio dettaljat li jenfasizza r-rekord artistiku ppruvat tagħhom, flimkien ma’ ittra ta’ motivazzjoni fejn jesprimu x-xewqa li jkunu Direttur Artistiku u r-raġuni għaliex, x’jistgħu joffru f’dan ir-rwol u l-għanijiet li jixtiequ jilħqu jekk jintgħażlu biex jokkupaw il-kariga ta’ Direttur Artistiku għal festival speċifiku.


L-applikant magħżul għandu jkun irreġistrati mad-Dipartiment tal-VAT.


Is-sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu b’email fuq hr.fm@festivals.mt sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Settembru 2022 f’nofsinhar, li fis-suġġett għandu jinkludi n-numru ta’ referenza FM2022/003-001 u l-isem tas-sottomissjoni “Applikazzjoni għal Direttur Artistiku għall-Malta International Arts Festival”.


Il-mistoqsijiet dwar is-sejħa għandhom jintbagħtu lil hr.fm@festivals.mt sa nhar it-Tlieta 13 ta’ Settembru 2022 f’nofsinhar.


Kull applikazzjoni se tiġi rikonoxxuta u l-kandidati eliġibbli se jiġu intervistati f’Settembru 2022.


Nota Speċjali: Kull meta jintuża terminu speċifiku għall-ġeneru, dan għandu jinftiehem bħala li jirreferi għaż-żewġ sessi, sakemm ma jkunx iddikjarat b’mod espliċitu. Dan isir biss għall-iskop li t-test isir aktar faċli biex jinqara, u l-ebda reat jew sessiżmu ma huwa maħsub.