top of page

Festivals Malta tagħti l-aħħar tislima lil Norman Hamilton

  • Writer: Festivals Malta
    Festivals Malta
  • 4 hours ago
  • 1 min read

Festivals Malta tagħti l-aħħar tislima lil Norman Hamilton, li ħalliena fl-età ta’ 85 sena.


Norman Hamilton kien l-ewwel Chairperson tal-Bord ta’ Festivals Malta, fi żmien meta l-aġenzija kienet għadha qed issib saqajha wara li saret indipendenti minn taħt l-Arts Council Malta. Taħt it-tmexxija tiegħu, Festivals Malta kibret f’aġenzija li llum ittella’ l-festivals ewlenin ta’ pajjiżna.


Kien ukoll parti mill-ħidma li wasslet għall-identità l-ġdida tal-aġenzija u għall-ewwel strateġija tagħha, li għadha sal-lum tagħti direzzjoni lil dak kollu li nagħmlu.


L-imħabba tiegħu lejn il-mużika Maltija dehret l-aktar f’Mużika Mużika, fejn serva bħala viċi-Chairperson tal-Bord, u fejn ħadem biex il-kanzunetta Maltija tingħata l-attenzjoni li tant jixirqilha.


Il-Bord u l-ħaddiema kollha ta’ Festivals Malta jagħtu l-kondoljanzi sinċieri tagħhom lil martu, Josette Hamilton, lil uliedu, lill-familja u lill-ħbieb tiegħu kollha.

 
 
bottom of page