top of page
  • Writer's pictureFestivals Malta

Il-Ministru Bonniċi wara l-kwinti ta' RITMU

Illejla nagħtu bidu għall-Festival tant mistenni RITMU!!
Ritratt ta' Darren Agius

Ilbieraħ il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, L-Arti u l-Gvern Lokali, Dr. Owen Bonniċi żar lill-ħaddiema u l-artisti ta' Ritmu fil-Barrakka ta' Fuq, il-post fejn ser issir l-ewwel edizzjoni tal-Festival Ritmu, illejla 10 ta' Ġunju u għada 11 ta' Ġunju.


Id-Direttur Artistiku Tiziana Calleja, flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta' Festivals Malta Annabelle Stivala, dawwru lill-Ministru mad-diversi rkejjen fej ser isiru l-attivitajiet li ser ikunu għaddejin waqt il-festival innifsu, inkluż dawk tal-artiġjana, il-mainstage, il-palk tal-għannejja, u ħafna aktar. Artisti li kienu preżenti fuq il-post waqt il-provi tagħhom kellhom iċ-ċans ukoll li jiltaqgħu mal-Ministru filwaqt li jispjegaw il-proġetti tagħhom f'aktar dettall.


Waqt li faħħar l-organizzazzjoni u l-ħsieb ta' wara l-festival, il-Ministru ħeġġeġ lil dawn kollha li għandhom għal qalbhom il-kultura Mediterranja biex jattendu għal dan il-festival bi ħġarhom u ma' jitilfuħx.


Infakkrukom li d-dħul huwa b'xejn. Aktar informazzjoni dwar il-programm fuq www.festivals.mt/ritmu


Ritratti: Darren Agius


bottom of page