top of page
festivalsmalta

Jitħabbru L-Aħħar Dettalji tal-Programm tal-Karnival tas-Sajf 2023


Ritratt ta' CraftMark



Il-Karnival tas-Sajf se jerġa’ lura fi tliet irħula mifruxin madwar Malta- Birżebbuġa, San Pawl il-Baħar u Marsaskala. Dan l-avveniment qed ikun organizzat minn Festivals Malta b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali rispettivi u se jkun qed iseħħ f’dawn il-lokalitajiet fi ġranet differenti mit-18 u l-20 ta’ Awwissu mit-8pm ‘il quddiem.

Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici li qal li l-Karnival tas-Sajf hu opportunita’ oħra biex l-artisti bravi mmens li jaħdmu fil-qasam tal-Karnival jesebixxu t-talenti tagħhom lill-pubbliku u lit-turisti li jżuruna fil-ġranet Sajfin.



Ritratt ta' Daniel Bonello


“Il-Karnival tas-Sajf mhux biss huwa opportunità għan-nies li jgħixu f’Malta biex jesperjenzaw il-kuluri, karrijiet u ż-żfin li jġib miegħu l-Karnival ta’ Malta fuq skala iżgħar, imma wkoll huwa mezz li bih nistgħu nxerrdru l-għarfien dwar il-karnival bħala tip ta’ artiġġjanat artisiku,” saħaq il-Ministru Bonnici.

“Ta’ kull sena, Il-Karnival ta’ Malta li norganizzaw fi Frar jirnexxielu jattira eluf ta’ Maltin u turisti. Madankollu, ħafna mit-turisti li jżuru pajjiżna fis-Sajf ma jkollhomx l-opportunità li jesperjenzaw l-arti u l-artiġġjanat tal-Karnival. B’hekk, Il-Karnival tas-Sajf huwa mezz li bih inxerrdu t-talenti tad-dilettanti tal-karnival ma’ udjenza aktar wiesgħa fiż-żmien meta pajjiżna jara l-aktar turisti matul is-sena” stqarr Aaron Zahra, iċ-Chairman ta’ Festivals Malta.


Ritratt ta' CraftMark


“Din l-attività għandha importanza konsiderevoli għal Festivals Malta. Dan għax filwaqt li nagħtu opportunità oħra lill-artisti dilettanti tal-Karnival sabiex juru x-xogħol brillanti tagħhom, ndewqu wkoll lin-nies li jgħixu Malta u Għawdex ftit minn dak li jistgħu jistennew fil-Karnival ta’ Malta li jsir fi Frar” qal Frans Agius, il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta.



Ritratt ta' CraftMark


“Wara waqfa ta’ tliet snin jerġa’ jiritorna l-Karnival tas-Sajf f’tliet lokalitajiet: dawk ta’ San Pawl il-Baħar, Marsaskala u Birżebbuga. F’din l-edizzjoni se naraw ħdax-il karru kif ukoll parteċipant mill-gżira Għawdxija. Dawn is-serati se jkunu mżejna bi żfin u allegrija kif jafu jagħmlu l-parteċipanti tal-karnival Malti,” kompla Jason Busuttil, id-Direttur Artistiku tal-Karnival ta’ Malta.



Ritratt ta' CraftMark


––––––––––––––––––––––––––––––––––––––––––––––––––––––––––––––––––––––––––––––––––

Il-Karnival tas-Sajf (Summer Carnival) is back in three localities around Malta. This is being organised by Festivals Malta in collaboration with the local councils of Birżebbuġa, St Paul’s Bay and Marsaskala. Il-Karnival tas-Sajf will be happening at these three localities between the 18th and 20th August from 8pm onwards.



Photo by CraftMark


These details were announced by the Minister of Cultural Heritage, the Arts and Local Government Owen Bonnici who stated that Il-Karnival tas-Sajf is another opportunity for the talented artists that artists that work in the area of Carnival to share their talents with the public and to the tourists that visit Malta during the summer.


"Il-Karnival tas-Sajf is not only an opportunity for people who live in Malta to experience the colours, carnival floats and dancing that is synonymous with the Maltese Carnival on a smaller scale, but also a means through which greater awareness is given to carnival as a type of artisanal artistry." claimed Minister Bonnici




Photo by CraftMark


“Every year, the Malta Carnival which we organise in February attracts thousands of Maltese people and tourists. That being said, many tourists who visit our country in summer do not have the opportunity to experience the art and artisanal work that make up Carnival. Therefore, Il-Karnival tas-Sajf is a means by which we can share the talents of Carnival artisans with a wider audience during the period when Malta is visited by the most tourists” stated Aaron Zahra, Festivals Malta’s Chairman.


Photo by CraftMark


“This event is of considerable importance to Festivals Malta. This is because we are giving another opportunity to Carnival’s amateur artists to show their brilliant work whilst giving a taster of what can be expected during the Carnival that happens in February,” said Frans Agius, Festivals Malta CEO.



Photo by CraftMark


Il-Karnival tas-Sajf is returning to three locations: Buġibba, Marsaskala and Birżebbuġa. In this edition we will have 11 carnival floats and one participant from Gozo. These evenings will have dancing and a unique celebratory atmosphere created by Carnival’s participants,” added Jason Busuttil, the Malta Carnival’s Artistic Director.



Photo by CraftMark





Comments


bottom of page