top of page

Attivitajiet Tal-Kumitat tal-Festi Nazzjonali Fi Ħdan Festivals Malta: Fl-Okkażjoni Nazzjonali ta' Jum il-Vittorja 2024

  • Writer: Festivals Malta
    Festivals Malta
  • Sep 4, 2024
  • 1 min read

Updated: Sep 10, 2024




Il-Kumitati Festi Nazzjonali fi ħdan Festivals Malta qed iħabbar il-programm ta’ avvenimenti uffiċjali li jikkommemoraw Jum il-Vitorja bejn is-6 ta’ Settembru u t-8 ta’ Settembru 2024.


Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Settembru ċ-ċerimonji ta’ tifkira ta’ Jum il-Vitorja jibdew b’serata kommemorattiva f’Misraħ l-Assedju l-Belt Valletta fis-19:00hrs. Matul is-serata jsir diskors tal-okkażjoni mill-Professur Joseph Borg. Fl-aħħar tas-serata ssir ċerimonja ta’ tqegħid ta’ kuruni mill-Prim Ministru, mill-Ispeaker tal-Kamra tad-

Deputati, mill-Kap tal-Oppożizzjoni, persuni distinti u korpi kostitwiti.


Iċ-ċelebrazzjonijiet ikomplu l-għada, is-Sibt 7 ta’ Settembru fil-Mellieħa fejn issir quddiesa pontifikali fis-18:30hrs fil-Knisja Arċipretali ta’ Marija Bambina bis-sehem tal-Kmandant tal-Forzi Armati, il-Prim Ministru u l-President ta’ Malta. Mal-wasla tal-President ta’ Malta, jingħata salut nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal- Unur.


Nhar Jum il-Vitorja, il-Ħadd 8 ta’ Settembru, iċ-ċelebrazzjonijiet jibdew bit-tqegħid ta’ kuruna mill-President ta’ Malta, akkumpanjata miċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali u s-Sindku tal-Belt Valletta fuq il- monument tal-Assedju l-Kbir, il-Belt Valletta fid-09:30hrs. Wara, il-Kumitat Festi Nazzjonali jfakkar Jum il-

Vitorja permezz ta’ tqegħid ta’ kuruna fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata fejn jiġu mfakkra l-vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija. Dan jiġi segwit minn tqegħid ta’ kuruna mill-Kumitat Festi Nazzjonali mal-monument ta’ Malta Rebbieħa fl-Isla u wara mal-qabar tal-vittmi tal-Assedju f’Forti Sant’Anġlu. Iċ-ċelebrazzjonijiet jintemmu bir-regatta tradizzjonali fil-Port il-Kbir fin-12:30hrs.

 
 
 

2 Comments


Murphy Evelyn
Murphy Evelyn
Feb 24

Thank you for shedding light on the significance of Jum il-Vittorja. It might be interesting to incorporate Now Games into future events, promoting community engagement through interactive experiences. Just a thought!

Like

der Lean
der Lean
Feb 11

The continuation of commemorations in Mellieħa, including the solemn Mass and the national welcome ceremony for the President, highlights the unity between civil, religious, and military institutions. The inclusion of a military parade further reinforces the spirit of remembrance and national pride. Overall, the event schedule feels carefully coordinated—almost as strategically organized as a well-played round of Veck IO—ensuring that every moment contributes meaningfully to honoring Victory Day.

Like
bottom of page