KARNIVAL TA’ MALTA 2026 - ĦRUĠ TA' KONKORSI
- Festivals Malta

- Aug 13, 2025
- 2 min read

Festivals Malta tħabbar li l-Karnival 2026 se jiġi ċċelebrat bejn it-13 ta’ Frar u s-17 ta’ Frar, 2026.
Il-konkorsi u l-premjijiet rispettivi abbinati huma:
Konkors Nru 1 - Karrijiet Trijonfali - Kategorija "A" – konkors kompetittiv.
L-Ewwel Premju € 4,000
It-Tieni Premju € 3,600
It-Tielet Premju € 3,300
Konkors Nru 2 - Karrijiet Trijonfali - Kategorija "B" – konkors kompetittiv
L-Ewwel Premju € 3,600
It-Tieni Premju € 3,200
It-Tielet Premju € 2,900
Konkors Nru 3 - Karrijiet Trijonfali - Sezzjoni “Ċ” – konkors kompetittiv
L-Ewwel Premju € 3,000
It-Tieni Premju € 2,600
It-Tielet Premju € 2,300
Konkors Nru 4 - Kumpanija bil-kostum (tfal) - Kategorija "Ċ" – konkors kompetittiv
Normalment jiġu magħżula sa mhux aktar minn 4 entraturi għal dan il-konkors
KOSTUM ŻIFNA
L-Ewwel Premju € 2,000 € 1,300
It-Tieni Premju € 1,800 € 1,100
It-Tielet Premju € 1,700 € 1,000
Konkors Nru 5 - Kumpanija Sezzjoni "B" – konkors kompetittiv
Normalment jiġu magħżula sa mhux aktar minn 4 entraturi għal dan il-konkors
KOSTUM ŻIFNA
L-Ewwel Premju € 2,700 € 1,500
It-Tieni Premju € 2,300 € 1,250
It-Tielet Premju € 2,000 € 1,100
Konkors Nru 6 - Kumpanija bil-Kostum - Kategorija "A"
Normalment jiġu magħżula sa mhux aktar minn 4 entraturi għal dan il-konkors
KOSTUM KARRU ŻIFNA
L-Ewwel Premju € 3,100 € 3,000 € 1,500
It-Tieni Premju € 2,800 € 2,600 € 1,350
It-Tielet Premju € 2,500 € 2,300 € 1,200
Konkors Nru 7 - Kumpanija bil-kostum – Kategorija "D"
Normalment jiġu magħżula sa mhux aktar minn 4 entraturi għal dan il-konkors
KOSTUM ŻIFNA
L-Ewwel Premju € 2,000 € 1,000
It-Tieni Premju € 1,800 € 900
It-Tielet Premju € 1,700 € 800
Konkors Nru 8 – Maskaruni
Jistgħu jiġu magħżula sa mhux aktar minn 4 entraturi għal dan il-konkors
L-Ewwel Premju € 1,500
It-Tieni Premju € 1,400
Konkors Nru 9 – Stallazzjonijiet
L-Ewwel Premju €700
It-Tieni Premju €400
It-Tielet Premju €200
F’dan il-konkors oltre l-premijiet kull entratura tingħata sussidju addizzjonali ta’ €450. Jingħata wkoll sussidju ta’ €125 għal kull post li jittieħdu dawn l-istallazzjoni sakemm l-attività tkun ta’ Festivals Malta.
Sussidji oħra
Il-Karrijiet Trijonfali u Karrijiet tal-Kumpanija Sezzjoni "A"
€200 għal dak il-parteċipant li jipprovdi trejler meħtieġ.
€200 għal kwalunkwe ħtieġa ta’ kiri ta’ nġenji bħal cranes, high up, eċċ.
Tagħrif Ġenerali
F’tali każ li minħabba xi sitwazzjoni jirriżulta li tali konkorsi ma jistgħux isiru fil-jiem tal-Karnival 2026, dawn l-applikazzjonijiet ikunu validi għall-ewwel edizzjoni tal-karnival li tkun tista’ ssir fil-futur fid-dati stabbiliti tal-karnival tas-sena partikolari.
Kif indikat fir-regolamenti, in-numru tal-items li jieħdu sehem fil-Karnival jiġi stabbilit mill-organizzazzjoni fl-aħjar interess tal-karnival.
Il-kumpaniji kollha jridu joqgħodu attenti li l-kostumi ma jkunux goffi ħalli ż-żifna tkun spjegata. Il-ġurija se tinnota dan.
It-tema magħżula tal-Kumpanija "Ċ" trid tkun marbuta ma’ suġġett relatat mat-tfal u l-kostumi jridu jkunu ħfief u addatati għat-tfal.
L-applikanti li jiġu aċċettati biex jieħdu sehem f’dawn il-konkorsi jieħdu 50% tat-tielet premju tal-konkors partikolari qabel il-parteċipazzjoni u 10% tal-istess premju wara l-parteċipazzjoni tal-entraturi (item) fil-Karnival (jekk il-livell mistenni jkun intlaħaq). Dan il-ħlas bil-quddiem jiġi mnaqqas mill-premju fil-każ tar-rebbieħa. Għar-rigward tal-konkorsi tal-maskaruni l-advance money jinħadem fuq it-tieni premju tal-konkors. Għar-rigward tal-istallazzjoni japplika s-sussidju addizzjonali li jingħata oltre l-premjijiet u bħala advance money jingħata 50% tat-Tielet Premju.
L-Applikazzjonijiet jintlaqgħu fuq il-formoli apposta u bit-tagħrif kollu mitlub sa mhux aktar tard minn nhar il-Ħamis 28 ta’ Awwissu, 2025 f’nofsinhar. Applikazzjoni mhux kompluta flimkien mad-dettalji kollha mitluba ma tiġix kkunsidrata.



Comments