• Festivals Malta

Rispons kbir għat-tielet edizzjoni ta’ Mużika Mużika

Aktar kmieni illum għalqu l-applikazzjonijiet ta’ Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija; Festivals Malta ħabbar li għal darb’oħra rċieva 149 sottomissjoni għat-tielet edizzjoni ta’ dan il-festival.

Il-Ministru tal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonniċi stqarr : “Dan il-Festival li issa daħal sew fil-kalendarju kulturali annwali tagħna, jimlina b’kuraġġ u enerġija kbira sabiex naraw l-lingwa Maltija sabiħa tagħna tieħu postha fiċ-ċentru ta' Mużika Mużika.”


"Bħala Gvern aħna kommessi li nkomplu naħdmu biex dan il-Festival jikber u jinfirex ma' iktar sezzjonijiet tal-poplu tagħna," żied jgħid il-ministru Bonnici.


Ic-Chairman ta’ Mużika Mużika, s-sur Raymond Bugeja qal li dan il-festival sa mill-bidu nett kellu parteċipazzjoni sabiħa u “mis-sottomisjonijiet li rċevejna jidher li l-legat ta’ Mużika Mużika ser ikompli jikber. Jiena kuntent ħafna bl-applikazzjonijiet li rċevejna, issa jibda l-proċess li bih jintgħażlu s-semifinalisti, żgur li l-għażla mhux ser tkun faċli għax il-livell dejjem ikompli jogħla!”


“Jidher li kull sena it-taqtiha semifinali ser tkompli dejjem tiħrax. Ninsab ċert li l-ġurija għandha biċċa xogħol iebsa quddiemha. Nixtieq nirringrazzja lil kull min applika għall-fiduċja sħiħa li għandhom lejn il-festival,” qal Paul Abela, id-direttur artistiku ta’ Mużika Mużika.


It-tim ta’ Festivals Malta issa ser jibda’ l-proċess li jwassal għall-għażla tas-semifinalisti. L-ewwel fażi tikkonsisti f’diversi sessjonijiet ta’ evalwazzjoni minn ġurija esperta, u wara jiġu magħżula l-aħjar 40 kanzunetta. Fit-tieni fażi, l-artisti ta’ dawn il-kanzunetti jesebixxu l-kanzunetta tagħhom live akkumpanjati minn backing track quddiem ġurija professjonali. Ta’ min jgħid li din il-ġurija ser tkun waħda differenti minn dik tal-fażi ta’ qabel. Wara dan l-istadju, jiġu magħżula l-20 kanzunetta li ser tipparteċipa fis-semifinali tal-festival f’Marzu tal-2023. “Dan huwa proċess li nieħduħ b’serjetà kbira għaliex nemmnu li l-proċess tal-għażla għandu jkun wieħed ġust u li jiggarantixxi l-kwalità tal-kanzunetti mgħażula,”sostniet il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Annabelle Stivala.


“Mużika Mużika huwa probabbli l-ikbar investiment li seta’ jsir fl-industrija tal-mużika Maltija għax mhux talli joffri pjattaforma eċċezzjonali lill-artisti Maltin iżda jgħolli l-ilsien Malti li aħna tant kburin bih u jpoġġi l-lingwa tagħna fil-post fejn verament jixraq. Mużika Mużika huwa wieħed minn sensiela ta’ avvenimenti li Festivals Malta jħares b’tant ottimiżmu li jorganizza, u jagħmel dan permezz tal-ħaddiema kollha tiegħu bl-akbar serjetà u professjonalità sabiex jippreżenta spettakli tal-ogħla livell lill-poplu Malti u Għawdxi. Ninsab verament sodisfatt bir-rispons sabiħ li kellna s’issa. Inħares ’l quddiem għaż-żmien li ġej fejn minn issa jintensifikaw il-preparamenti minn kull aspett, kemm għal dik li tibda minn issa għall-għazla mużikali, kif ukoll it-tħejjijiet u l-preparamenti kollha neċessarji sabiex niggarantixxu l-akbar spettaklu mużikali li jittella’ ġewwa pajjiżna. Fl-aħħar minn l-aħħar il-pubbliku Malti hekk sar jistenna minna u minn dan il-Festival. U huwa xieraq li niċċelebraw il-lingwa tagħna b’dan il-mod. Nħeġġiġkom tkomplu ssegwuna fil-vjaġġ eċċitanti lejn it-tielet edizzjoni ta’ Mużika Mużika li jibda issa,” stqarr Aaron Zahra, ċ-Chairman ta’ Festivals Malta.


Għal aktar informazzjoni fuq Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija żur is-sit: www.muzikamuzika.mt.


Ritratti: Elisa Von Brockdorff



 

Great response to the third edition of Mużika Mużika


Earlier today the applications for Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija closed; Festivals Malta has announced that it has once again received 149 submissions for the third edition of this festival.


The Minister of National Heritage, the Arts and Local Government Owen Bonnici stated that: "this Festival which has now entered our annual cultural calendar, fills us with great courage and energy to see our beautiful Maltese language take its place in the center of Mużika Mużika."


"As a Government we are committed to continue working to see this Festival grow and spread to a wider audience," added Minister Bonnici.


The Chairman of Mużika Mużika, Mr. Raymond Bugeja said that this festival had a great response from the very beginning and "from the submissions we received it seems that the legacy of Mużika Mużika will continue to grow. I am very happy with the applications we have received, now the process to select the semifinalists begins, for sure the selection will not be easy because the level keeps rising!"


"It seems that every year the battle for the semifinals will continue to get tougher and tougher. I'm sure the jury has a tough job ahead of them. I would like to thank everyone who applied for the full confidence they have in the festival," said Paul Abela, the artistic director of Mużika Mużika.


The Festivals Malta team will now start the process leading to the selection of the semifinalists. The first phase consists of several evaluation sessions by an expert jury, after which the best 40 songs will be selected. In the second phase, the artists of these songs will perform their song live accompanied by a backing track in front of a professional jury. It is worth saying that this jury will be different from that of the previous phase. After this stage, the 20 songs that will participate in the semifinals of the festival in March 2023 will be selected. "This is a process that we take very seriously because we believe that the selection process should be fair and that it guarantees the quality of the songs selected," said the CEO of Festivals Malta, Annabelle Stivala.


"Mużika Mużika is probably the biggest investment that could be made in the Maltese music industry because not only does it offer an exceptional platform to Maltese artists but it elevates the Maltese language which we are so proud of, and puts our language on the forefront. Mużika Mużika is one of a series of events that Festivals Malta organises with such optimism, and it does this through all its employees, with the utmost seriousness and professionalism in order to present a festival of the highest level to the Maltese and Gozitan people. I am really satisfied with the great response we have had so far. I look forward to the next few months as from now on the preparations will intensify from every aspect, both for the song selections, as well as all the necessary preparations in order to guarantee the biggest musical show produced in our country. In the end, this is what the Maltese public has come to expect from us and from this Festival. And it is appropriate to celebrate our language in this way. I encourage you to continue following us on this exciting journey towards the third edition of Mużika Mużika which starts now," stated Aaron Zahra, the Chairman of Festivals Malta.


For more information on Mużika Mużika - Festival Kanzunetta Maltija visit: www.muzikamuzika.mt.