top of page
festivalsmalta

Applikazzjoni għall-Fond ta’ Rock’N Malta

1. Preambolu


Festivals Malta qed jaċċetta applikazzjonijiet għall-fondi biex joffri sapport għal kunċerti, avvenimenti u festivals tar-rock organizzati f’Malta, taħt il-patroċinju tiegħu. Ir-referenza għall-mużika rock hija applikabbli għas-sottoġeneri kollha tagħha wkoll classic rock, metal, punk rock, synth-pop, progressive rock, alternative rock, indie rock, ska, rap-rock, funk rock, u post-rock.


L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar il-Ħamis 22 ta’ Settembru 2022 f’nofsinhar. L-avveniment li għalih issir applikazzjoni għall-fondi jrid iseħħ fl-2023.


Baġit tal-fond għall-2023:

€300,000.00


Ammont massimu eliġibbli għal kull proġett:

60% tal-ispiża totali tal-proġett eskluż il-VAT


Ħlas:

70% mal-iffirmar tal-ftehim tal-għotja

30% wara l-approvazzjoni tar-rapport finali


2. Min Jista’ Japplika


L-applikazzjonijiet għall-fondi huma miftuħa għall-applikanti li ġejjin:


i. Organizzatur ta’ kunċert


ii. Promotur tal-Festival


iii. Band(s)


iv. Kantant(i)


v. NGO(s)


vi. Organizzazzjoni Volontarja


3. Eliġibilità


L-applikazzjonijiet konformi jgħaddu minn proċess ta’ evalwazzjoni. L-evalwaturi maħtura l-ewwel jiddeterminaw l-eliġibilità tal-proġett. Proposti li mhumiex ikkunsidrati eliġibbli f'termini tal-kriterji stabbiliti ma jiġux pproċessati aktar u ma’ jgħaddux għall-evalwazzjoni.


Biex ikunu eliġibbli, l-applikanti jridu jaqgħu f'waħda mill-kategoriji indikati fi klawżola nru 2.


Biex ikunu eliġibbli, l-applikanti jridu jipprovdu d-dokumentazzjoni kollha kompluta kif indikat fi klawżola nru 6.


Biex ikunu eliġibbli, l-applikanti jridu jipproduċu dokument li jikkonferma li huma konformi mal-liġijiet tat-taxxa sad-data tal-applikazzjoni.


4. Linji Gwida għall-Proposta tal-Proġett


Il-proposta għandha turi fid-dettall kif il-proġett jissodisfa l-kriterji ta’ valutazzjoni ta’ Festivals Malta. Id-deċiżjoni dwar il-finanzjament tittieħed abbażi ta’ dan.


Fil-proposta tal-proġett l-applikant għandu jinkludi dan li ġej:


i. Deskrizzjoni tal-proġett ta’ mhux aktar minn 500 kelma.


ii. Il-post tal-avveniment irid ikun approvat minn Festivals Malta. Festivals Malta għandu d-dritt li jobbliga lill-applikant ibiddel il-post kif jidhirlu xieraq skont il-politika tiegħu. Festivals Malta obbligat jinforma lill-applikant mill-aktar fis possibbli jekk ikun jeħtieġ kwalunkwe tibdil fil-post tal-avveniment.


iii. L-istruttura tal-organizzazzjoni kif ukoll it-tqassim tal-irwoli għandhom jiġu inklużi b’mod dettaljat, inkluż l-ismijiet ta’ dawk li jokkupaw kull kariga.


iv. Għandu jiġi sottomess pjan dettaljat li jinkludi l-iskadenzi u l-proċess kronoloġiku tal-proġett. Apparti minn hekk il-pjan għandu jindika b'mod ċar ix-xogħolijiet li ser jitwettqu mill-applikant u dawk li se jiġu mqassma lil terzi persuni.


v. Pjan tan-negozju dettaljat li jiffoka fuq dan li ġej:

a. Mudell tan-negozju u dak finanzjarju.


b. Prezzijiet tal-biljetti, inkluż offerti speċjali u konċessjonijiet.


ċ. Lista komprensiva u dettaljata tad-dħul mistenni, inkluż fost l-oħrajn sponsors, eċċ.


d. Lista dettaljata tal-ispejjeż, inklużi l-miżati tal-artist(i), dwal, awdjo, risk assessment, protokolli tas-saħħa u sigurtà, backline, kiri tal-post, spejjeż tal-ħaddiema, eċċ.


e. Rapport ta' qligħ u telf mistenni.


f. Udjenza mistennija.


g. Polza ta’ assigurazzjoni.


vi. Pjan tal-marketing dettaljat, inkluż dettalji dwar kif il-brand ta’ Festivals Malta se tidher fil-materjal promozzjonali kollu.


5. Kundizzjonijiet


i. L-applikazzjoni għall-fondi mitluba minn Festivals Malta m'għandha qatt taqbeż s-60% tal-ispiża totali tal-attività eskluż il-VAT, però l-ammont ta’ fondi allokati huwa fid-diskrezzjoni totali ta' Festivals Malta.


ii. L-għotja titħallas f'żewġ porzjonijiet, 70% mal-iffirmar tal-kuntratt u 30%wara li jiġi approvat ir-rapport finali tal-proġett, li jrid jiġi sottomess lil Festivals Malta sa mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem ta’ xogħol mid-data tal-avveniment.


iii. L-applikant għandu jiżgura li t-transazzjonijiet finanzjarji kollha jsiru b'mod trasparenti u f'konformità mal-liġijiet tat-taxxa u l-liġijiet kollha applikabbli. Festivals Malta għandu d-dritt li jivverifika l-kontijiet tal-avveniment fi kwalunkwe punt qabel u wara li jseħħ l-avveniment. L-applikant huwa obbligat li jipprovdi l-informazzjoni kollha mitluba minn Festivals Malta.


iv. F'termini ta' branding, Festival Malta għandu jidher bħala s-sieħeb ewlieni tal-avveniment u għandu jidher fuq il-materjal promozzjonali kollu kif indikat fil-linji gwida tal-brand ipprovduti mill-Aġenzija. Is-sieħba l-oħra kollha għandhom jiġu mniżżlafuq livell sekondarju. Festivals Malta jirriżerva d-drittli jiddetermina kifil-brandingjintuża qabel, waqt u wara l-avveniment.


v. Festivals Malta jappoġġja biss proġetti li jiggarantixxu l-eċċellenza tal-avveniment f’kull aspett inklużdak artistiku, organizzattiv u finanzjarju. L-applikant għandu jispjega kif se jintlaħaq dan l-għan u juri b’mod konkret l-impenn tiegħuf’din il-mira.


vi. L-applikant irid juri kif qed jippjana li josserva r-regolamenti u l-liġijiet applikabbli kollha dwar is-saħħa u s-sigurtà. Festivals Malta jirriserva d-dritt li jżid regolamenti supplimentari ad hoc, skont in-natura tal-avveniment, u l-post u jikkommetti li jagħmel dan b’tali mod li jkun hemm żmien biżżejjed għall-implimentazzjoni.


vii. L-applikant għandu jissottometti pjan li jsegwi l-politika ta' sostenibbiltà ta' Festivals Malta.


viii. L-applikant għandu jagħmel risk assessment qabel l-avveniment. Festivals Malta jirriserva d-dritt li jitlob kopja tar-rapport tar-risk assessment jekk ikun meħtieġ.


ix. L-applikant għandu jagħmel ċertifikazzjoni tal-palk, pjattaformi, u strutturi oħra minn awtorita’ kompetenti. Festivals Malta jirriserva d-dritt li jitlob kopja taċ-ċertifikazzjoni jekk ikun meħtieġ.


x. L-applikant huwa obbligat li jgħaddi numru ta' biljetti b’xejn lil Festivals Malta, liema numru jkun determinat minn Festivals Malta stess.


xi. L-applikant għandu jattendi u jikkwalifika f’kull sessjoni ta’ taħriġ speċjalizzat fil-qasam, li tista’ tiġi organizzata minn Festivals Malta jew li Festivals Malta jidirlu li tkun meħtieġa.


xii. Applikazzjonijiet akkumpanjati minn rekord dettaljat tal-esperjenza tal-applikant fil-qasam ser jingħataw konsiderazzjoni xierqa. Din it-taqsima għandha tinkludi informazzjoni u dokumentazzjoni li jikkonfermaw l-produzzjoni ta’ attivitajiet simili organizzati fil-passat.


xiii. Proġetti ffinanzjati minn entitajiet oħra tal-Gvern ma jiġux ikkunsidrati.


xiv. Qabel ma jinħarġu l-fondi, Festivals Malta u l-applikant magħżul, għandhom jiffirmaw kuntratt li jelenka l-kundizzjonijiet kollha indikati f’din is-sejħa.


6. Konformità


Checklist tal-konformità tal-applikazzjoni tiegħek - Mandatorja

i. Tliet (3) kopji tal-karta tal-identità* ☐


ii. Tliet (3) kopji tal-proposta tal-proġett ☐


iii. Jekk inti organizzazzjoni volontarja jew kooperattiva, jridu jiġu sottomessi tliet (3) kopji taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni rilevanti ☐


*NOTA IMPORTANTI

Proġetti li jiġu sottomessi minn applikanti li mhumiex ċittadini Maltin jew m’għandhomx permess ta’ residenza f’Malta, jew karta tal-identità mhumiex meqjusa bħala konformi mal-kriterji indikati.


7. Perjodu ta' Sottomissjoni u Dati ta' Evalwazzjoni


Se jitwaqqaf kumitat biex jivvaluta s-sottomissjonijiet skont il-kriterji kollha indikati. Il-kumitat ta' evalwazzjoni se jiltaqa' sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' Novembru 2022 biex jevalwa s-sottomissjonijiet.


Il-kumitat ta' evalwazzjoni huwa obbligat li jippubblika r-riżultati tal-evalwazzjoni fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol wara d-data tal-evalwazzjoni. Ir-riżultati jistgħu jintbatu lill-applikanti bil-posta u/jew email.


L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu bl-idejn sa mhux aktar tard minn 12.00hrs (nofsinhar) fid-data rispettiva lil:


Rock’N Malta Fund Call - Festivals Malta 13, Europa Centre Triq John Lopez, il-Furjana.


8. Proċess ta' Evalwazzjoni


Filwaqt li l-materjal obbligatorju jrid jiġi sottomess sal-iskadenza stipulata, Festivals Malta jirriserva d-dritt li jitlob materjal addizzjonali lill-applikant matul l-evalwazzjoni. Festivals Malta jista’ jitlob lill-applikant biex jattendi laqgħa jew pitching session mal-evalwaturi.


Ir-riżultati ta’ kull sejħa rispettiva (applikazzjonijiet magħżula, mhux magħżula, u mhux eliġibbli) jinħarġu fid-data indikata fi klawżola nru 7. L-ebda informazzjoni dwar il-proċess ta' evalwazzjoni ma tiġi rilaxxata qabel in-notifika tar-riżultat uffiċjali. Kull ksur ta’ din il-kundizzjoni jwassal għall-iskwalifika awtomatika tal-applikazzjoni.


L-informazzjoni kollha li jirċievi Festivals Malta titqies kunfidenzjali, kemm waqt, kif ukoll wara l-proċess ta’ evalwazzjoni. Dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tad-data u l-kunfidenzjalità tal-proġetti magħżula se jiġu inklużi fil-Kuntratt tal-Fondi.

Id-deċiżjoni mill-Bord ta' Evalwazzjoni hija finali u mingħajr dritt ta' appell.

9. Implimentazzjoni tal-Proġett u Moniteraġġ


Il-benefiċjarju jiġi notifikat formalment bir-riżultat, l-ammont ta’ finanzjament mogħti għat-twettiq tal-proġett, u kwalunkwe kundizzjoni oħra relatata mal-fondi.


L-applikant li jintgħażel jaċċetta li ismu, it-titlu tal-proġett u l-fondi mogħtija jistgħu jiġu ppubblikati minn Festivals Malta.


Il-kundizzjonijiet tal-fond u l-ammont ta’ fondi mogħtija jkunu indikati f’kuntratt legali bejn Festivals Malta u l-benefiċjarju.


Fil-każijiet kollha, il-ħlas jiġi pproċessat wara li jiġi iffirmat il-kuntratt kif indikat fi klawżola nru 5.ii.


Il-fondi mogħtija għandhom jintużaw biss għall-iskop li għalih ikunu ingħataw, f'konformità mal-proġett sottomess, mal-korrispondenza tal-approvazzjoni, u mal-kuntratt ta' appoġġ finanzjarju għall-proġett. Il-benefiċjarju għandu javża lil Festivals Malta immedjatament jekk isiru xi bidliet li jaffettwaw in-natura tal-proġett waqt l-implimentazzjoni.


Festivals Malta għandu dritt li jibdel jew jirtira l-fondi mogħtija jekk it-tibdil fil-proġett ma jitqiesx raġonevoli abbażi tal-proposta inizjali, jew jekk ma jiġix infurmat fi żmien raġonevoli dwar il-bidliet. Kwalunkwe tibdil fl-applikazzjoni oriġinali għandu jiġi approvat bil-miktub minn Festivals Malta. Festivals Malta jirriserva d-dritt li jbiddel jew iżid kundizzjonijiet ġodda mal-ftehim matul l-implimentazzjoni tal-proġett jekk dan jitqies neċessarju għall-ġestjoni xierqa tal-għotja u l-proġett, u għas-suċċess tal-avveniment.


10. Rapport tal-Proġett


i. Meta jitlesta l-proġett, il-benefiċjarjuhuwa obbligat li jissottometti rapport dettaljat dwar il-proġett imwettaq.


ii. Il-benefiċjarju huwa obbligat ukoll li jissottometti kopji ta’ kwalunkwe materjal rilevanti ta’ marketing, pubbliċità jew informazzjoni oħra żviluppata għall-proġett iffinanzjat, inklużi ritratti u stqarrijiet għall-midja, eċċ.


iii. Il-benefiċjarju għandu jissottometti wkoll rapport dettaljat tad-dħul u l-infieq tal-proġett imqabbla mal-baġit dettaljat tal-proġett sottomess mal-applikazzjoni.


iv. Is-sottomissjoni ta’ dan il-materjal għandha titlesta fi żmien xahar mit-tmiem tal-proġett. Festivals Malta jirriserva d-dritt li jagħmel użu mill-materjal tal-proġett sottomess.


Nota Speċjali: Kull meta jintuża terminu speċifiku għall-ġeneru, dan għandu jinftiehem bħala li jirreferi għaż-żewġ sessi, sakemm ma jkunx iddikjarat b’mod espliċitu. Dan isir biss għall-iskop li t-test isir aktar faċli biex jinqara, u l-ebda reat jew sessiżmu ma huwa maħsub.


Niżżel id-dokument bil-Malti:


 

Applications for Rock’N Malta Fund


1. Preamble


Festivals Malta is accepting applications for funds to support rock concerts, events and festivals organised in Malta under the auspices of its brand. The reference to Rock Music is applicable for all the sub-genres of rock music including but not limited to classic rock, metal, punk rock, synth-pop, progressive rock, alternative rock, indie rock, ska, rap-rock, funk rock, and post-rock.


Applications close on Thursday 22nd September 2022 at noon. The event for which funds are applied for must take place in 2023.


Session Budget:

€300,000.00


Maximum Eligible Amount per project:

60% of the total cost of the project excluding VAT

Disbursement:

70% upon signing of grant agreement

30% following approval of final report


2. Who can Apply


The fund is open to applicants who qualify as one of the following:

i. Concert organiser


ii. Festival Promoter

iii. Band(s)


iv. Singer(s)


v. NGO(s)


vi. Voluntary Organisation


3. Eligibility


Compliant applications will first be reviewed in terms of the project’s eligibility by the appointed evaluators. Proposals which are not considered eligible in terms of the set criteria shall not be processed further and shall undergo no evaluation.


To be eligible, applicants must fall in one of the categories as per clause 2.


To be eligible, applicants must complete all documentation as listed in clause 6.


To be eligible, applicants must produce a document proving they are tax compliant by the date of application.


4. Guidelines for the Project Proposal


The proposal should demonstrate in detail how the project satisfies Festivals Malta’s assessment criteria. A decision on funding will be made based on the strength of the information submitted.


In the project proposal the applicant must include the following:


i. An event description, which should not exceed 500 words.


ii. The venue must be approved by Festivals Malta. The latter shall have the right to oblige the applicant to change the venue according to its policy and as it may see fit. Festivals Malta binds itself to notify the applicant of such change as early as possible.


iii. A detailed organisation and role chart, including the names of those occupying each role.


iv. A detailed plan including timelines and execution workflow of the project. Inter alia, the plan should clearly indicate the tasks performed by the applicant/outfit and those which will be farmed out to third parties.


v. A detailed business plan focusing on the following:


a. Business and financial model.


b. Ticket Prices including packages & concessions.


c. A Comprehensive list and a break-down of revenue streams, including, inter alia, sponsorships, etc.


d. Full itemised list of expenses and costs, including the artist(s) performance fees, lights, audio, risk assessment, health & safety protocols, backline, hiring of venue, staff costs, etc.


e. Projected profit and loss report.

f. Anticipated audience.


g. Insurance policy.


vi. A detailed marketing plan, including details on how the Festivals Malta brand will feature in all the marketing collateral.


5. Conditions


i. The funds applied for from Festivals Malta shall never exceed 60% of the total cost of the project excluding VAT, however the amount of the support shall be at Festivals Malta's total discretion.


ii. The grant will be paid in two tranches, 70% on signing of contract and 30% following approval of final report, which must be sent to Festivals Malta by not later than ten (10) working days from the date of the event.


iii. The applicant shall conduct all financial transactions transparently and in full conformity with all tax and other applicable laws. Festivals Malta shall have the right to audit the accounts of the event at any point before and after its execution. The applicant shall be obliged to supply all the information requested by Festivals Malta.


iv. In terms of branding, Festival Malta must feature as the main supporter of the event and shall be displayed on all marketing material as per brand guidelines provided by the agency. All other supporters/sponsors shall be billed as secondary. Festivals Malta shall have full discretion on how this branding is projected before, during and after the event.


v. Festivals Malta will only support projects that guarantee excellence in all aspects of the event's execution, be it artistic, organisational and financial. The applicant must explain how this goal will be reached and concretely show his/her commitment to it.


vi. The applicant must show how they plan to adhere to all applicable health and safety regulations and laws. Depending on the nature of the event and the venue, and with sufficient advance notice, Festivals Malta retains the right to add ad hoc supplementary regulations in this respect.


vii. The applicant shall submit a plan thatadheres to Festivals Malta's sustainability policy.


viii. The applicant must carry out a risk assesment prior to the event. Festivals Malta reserves the right to request a copy of the risk assesment report if the need should arise.


ix. The applicant must carry out certification of the stage, any platforms, and other structures by a competent authority. Festivals Malta reserves the right to request a copy of the certification should the need arise.


x. The applicant shall be obliged to provide complimentary tickets to Festivals Malta, the number of which shall be determined by the latter.


xi. The applicant himself/herself must attend and complete with success any specialised training sessions in the field that may be organised by Festivals Malta or that Festivals Malta deems necessary.


xii. Due consideration will be given to applications that are accompanied by the applicant's detailed track record in the field. This section shall include information and supporting documentation of similar events organised in the past.


xiii. Projects receiving funding from other Government entities will not be considered.


xiv. A Grant Agreement including all the listed conditions in this call will be signed between Festivals Malta and the successful applicant prior to any funds being issued.


6. Compliance


Your application compliance checklist - Mandatory

i. Three (3) copies of your ID card* ☐


ii. Three (3) copies of the project proposal ☐


iii. If you are a voluntary organisation or cooperative, three (3) copies of the relevant certificate of registration must be submitted ☐


*IMPORTANT NOTE

Projects are non-compliant if they are submitted by applicants who are not Maltese nationals/in possession of a residence permit in Malta or ID card.


7. Submission Time Frames and Evaluation Dates


An evaluation committee will be set up to assess the submissions in accordance with all of the above criteria. The evaluation committee will meet by end of November 2022 at the latest to evaluate the submissions.


The evaluation committee binds itself to issue the results of the evaluation within ten (10) working days following its evaluation date. The result may be communicated to the applicant in a written and/or electronic format.


Applications must be delivered by hand by not later than 12.00hrs (noon) on the respective date to:


Rock’N Malta Fund Call - Festivals Malta, 13, Europa Centre John Lopez Street, Floriana.

8. Evaluation Process


While mandatory material must be submitted by the stipulated deadline, Festivals Malta retains the right to request additional material from the applicant during the assessment phase. Festivals Malta may ask the applicant to attend a meeting or pitching session with the adjudicators.


The results of each respective call (successful, unsuccessful, and ineligible applications) will be issued on the date indicated in the submission timeframes. No information on the evaluation process will be released before the official result notification. Any form of soliciting will automatically disqualify an application.

All information received by Festivals Malta will be considered confidential, both during and after the evaluation process. Provisions on data protection and confidentiality for successful projects will be included in the Grant Agreement.

The decision by the Evaluation Board is final and without the right of appeal.


9. Project Implementation and Monitoring


The beneficiary will be formally notified with the result, the amount of funding granted for the realisation of the project, and any other conditions related to the grant.


The successful applicant accepts that his/her name, project title and the grant awarded may be published by Festivals Malta.


A legally binding project support agreement, between Festivals Malta and the beneficiary will detail the conditions and amount of funding.


In all cases, payments will be processed after the signing of the contract as indicated in clause 5.ii.


The grant received must be used solely for the purpose for which it is awarded, in line with the submitted project, the approval correspondence and project support agreement. The beneficiary must advise Festivals Malta immediately if changes affecting the nature of the project take place during implementation.


Festivals Malta may alter or withdraw a grant if the change in the project is not considered reasonable in relation to the initial proposal or if they are not informed within reasonable time of the changes. Any changes to the original application must be approved in writing by Festivals Malta. Festivals Malta retains the right to change or add new conditions to the agreement during its implementation if this is deemed necessary for the proper management of the grant and the sound administration and success of the project.


10. Project Report


i. Upon completion of the project, the beneficiary must submit a detailed report on the project carried out.


ii. The beneficiary must also submit copies of any relevant marketing, publicity or informative material developed for the funded project, including photographic evidence and press releases/conferences, etc.


iii. The beneficiary must also submit a detailed income and expenditure of the project as compared with the detailed project budget submitted with the application.


iv. Submission of this material should be completed within one month of project completion. Festivals Malta retains the right to make use of submitted project material.


Download document in English:






Comments


bottom of page