top of page

Festa Nazzjonali tal-Indipendenza 2025

  • Writer: Festivals Malta
    Festivals Malta
  • Sep 19, 2025
  • 1 min read

STQARRIJA MILL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI


Fl-okkażjoni tal-wieħed u sittin Anniversarju ta' Jum l-Indipendenza, Festivals Malta, permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali, se torganizza dawn l-attivitajiet li ġejjin.


Nhar il-Ħadd 21 ta' Settembru, fid-9:00am jitlaq marċ militari mill-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta minn quddiem il-bini tal-Parlament ta' Malta għal Misraħ San Ġwann.  Mal-wasla tal-President ta' Malta Myriam Spiteri Debono, tingħata salut nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur.


Fid-9:30am, tibda Quddiesa Pontifikali u tintemm bil-kant tat-Te Deum fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann li se tiġi mxandra live fuq Television Malta.


Wara l-quddiesa, isir it-tqegħid ta' fjuri fuq il-monument tal-Indipendenza l-Furjana mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż: il-President ta' Malta, l-Aġent Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.  Biswit l-istess monument jinħaraq salut ta' 21 tir mill-Forzi Armati ta' Malta.


Fit-8:00pm, fit-Teatru Manoel jiġi ppreżentat kunċert lill-poplu Malti mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta taħt id-direzzjoni ta' Mro Michael Laus bil-parteċipazzjoni tat-Tenur Alan Sciberras.​


Il-kunċert jinkludi xogħlijiet mill-kompożituri Maltin  Vincenzo Bugeja u Veronique Vella. Flimkien ma' dawn se jiġu interpretati wkoll siltiet mużikali ta' Franz van Suppe', Beethoven, Bizet u Puccini. Il-kunċert se jixxandar live fuq TVM +. 

 
 
 

1 Comment


top game
top game
7 days ago

I really love watching the sunset while playing ragdoll archers online after finishing all my homework on a Friday afternoon. It feels so peaceful when the arrows fly through the sky just like little birds heading home.

Like
bottom of page