top of page
  • Writer's pictureFestivals Malta

Tagħlaq l-Ewwel Fażi Eliminatorja ta' Mużika Mużika 2023

Updated: Oct 26, 2022


Fil-15 t’Ottubru Festivals Malta għalaq is-sottomissjonijiet għat-tielet edizzjoni ta' Mużika Mużika li ser isir bejn it-23 u l-25 ta’ Marzu 2023 bin-numru sabiħ ta' 149 applikazzjoni.


Immedjatament wara skattat l-ewwel fażi eliminatorja fejn sitt membri tal-ġurija, fil-preżenza tan-nutar tal-gvern, ġġudikaw is-sottomissjonijiet kollha, li minnhom intgħażlu l-aħjar 40 kanzunetta. Dawn issa ser ikunu qed jgħaddu għall-fażi li jmiss fejn ser jiġu esebiti live quddiem sitt membri tal-ġurija oħra, differenti minn dawk tal-ewwel fażi, biex jingħażlu l-għoxrin semifinalist li ser jikkompetu f’Marzu li ġej.




L-40 kanzunetta li għaddew għall-fażi li jmiss huma dawn (f’ordni alfabetika skond l-isem tal-kanzunetta):


Baraxx

Eroj

Fejn hi

Flimkien

Fuq Pultruna

Ġawhra

Ġawhra f'Qalbi

Għajjejt

Ġrajjietna

Ħaddanni

Ħares 'l Fuq

Hekk Kif Int

'Il Bogħod

Il-Fjur

Iljun

Inħobbok Wisq

Inħobbuk

Ir-Raġuni

Ir-Rota Tibqa' Ddur

Jekk Forsi

Jekk Mhux Int

Kewkba f'Tarf l-Irdum

L-Aħħar Darba

Lulju

Mera

M'hawnx Bħalek

Mid-Dinja m'Għandna Xejn

Miegħek Tiegħek

Min Aħna?

Niġri Lejk

Nistenniek**

Rumanz

Sabiħa

Sinfonija mill-Pjanist

Skont Liema Triq

Ta' Spiss

Tama

Verdett

Wiċċ b'Ieħor

Xorta Int


** Peress li kien hemm aktar minn kanzunetta waħda bl-isem ta' 'Nistenniek', niċċaraw li l-kanzunetta li għaddiet għall-fażi li jmiss hija dik b'kompożizzjoni ta' Cyprian Cassar u lirika ta' Emil Calleja Bayliss.


Festivals Malta jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom għat-tielet edizzjoni tal-festival. Aktar informazzjoni marbuta mal-live auditions ser tintbgħat lill-parteċipanti kkonċernati fil-jiem li ġejjin.

1 Comment


ake.92376
Feb 20, 2023

Intellect upon a 5-0 Rangers gain - Lone Star Ball

Rangers 5, M 0Even the moment enjoying out the string inside a undesirable, disappointing time, there are video games that deliver just after your personnel lucrative. This was just one of them. It wasn a activity that seemed which includes it boded perfectly for Texas. The M were being beginning Robbie Ray, the 2021 A. L. Cy More youthful Award champion, and though Ray isn using a CYA-deserving time, he nonetheless a lefty with very good things who consists of area up a 2. 5 bWAR upon the 12 months. The Rangers, in the meantime, had been executing the considerably-dreaded bullpen match. Their heritage upon the 12 months inside of…


Like
bottom of page