top of page
festivalsmalta

Tislima lill-poeta nazzjonali



Ottubru huwa marbut mat-twelid u l-mewt tal-poeta nazzjonali Dun Karm li twieled f’Ħaż-Żebbuġ nhar it-18 ta’ Ottubru 1871 u miet f’San Ġiljan nhar it-13 ta’ Ottubru 1961.

Għal darb’ oħra l-Kumitat Festi Nazzjonali permezz ta’ Festivals Malta flimkien mal-Akkademja tal-Malti qed ifakkar lill-poeta nazzjonali b’attivitajiet apposta.


Minħabba ċ-ċirkostanżi attwali li din is-sena wasslu li ma jistgħux isiru attivitajiet fejn jinġemgħu n-nies Festivals Malta ħa ħsieb li jikkordina u jiffinanzja sett ta’ dokumentarji qosra li jitrattaw diversi aspetti minn ħajjet il-poeta. Dawn id-dokumentari qed jixxandru kuljum fuq TVM wara l-aħbarijiet tat-tmienja ta’ filgħaxija. Wieħed jista’ jsegwi dawn is-slots informattivi fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Festivals Malta.


Nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Ottubru, 2020, il-Kumitat Festi Nazzjonali fakkar il-poeta b’ċerimonja ċkejkna ta’ tqegħid tal-fjuri mal-monument tal-istess poeta fil-Furjana. Għal din iċ-ċerimonja attenda l- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera. Festivals Malta ħa wkoll ħsieb li għall-perjodu jittellgħu l-bnadar Maltin madwar il-monument biex ifakkru aktar lill-pubbliku in ġenerali dwar dan il-wirt nazzjonali li jseddaq l-għaqda fost il-Maltin.






Comments


bottom of page