Alternattiva

Proġetti - Rotta Alternattiva
Merħba 25
Ħin: 7pm u 8pm | Post: Pjazza Tritoni
Ċirku

Ħin: 7:30pm u 8:30pm | Post: Pjazza Tritoni
ĊIRKU hija prestazzjoni live fejn il-mużika u l-movimenti jitwaħħdu. Band magħmula minn ħames persuni li ser iddoqq mużika minn għadd ta’ ġeneri takkumpanja serje ta’atti ta’ ġimnastika fl-arja. Viżwalment distinta u b’korjografija professjonali, ĊIRKU hija prestazzjoni li qiegħda xi mkien bejn kunċert u ċirku kontemporanju —esperjenza vibranti, vixxerali u li m’int ser tinsa qatt.
Chasing Sunsets

Ħin: 6pm - 12am | Post: Ġnien Laparelli
Chasing Sunsets jingħaqdu mar-record label rinomat madwar dinja, UV Records, għal edizzjoni speċjali waqt Notte Bianca fil-Ġonna ta’ Laparelli. Din is-serata ser tinkludi ftit mill-aktar ismijiet prolifiċi ta’ dan il-label: Paul Thomas (Fundatur ta’ UV Records), Trilucid, Tenishia u DJ Ruby.
Stejjer mill-Pinna tan-Nutar: Mixja fl-Arkivji Notarili

Ħin: 6pm - 11pm (l-aħħar group 10:30pm) | Post: L-Arkivji Notarili, Triq San Pawl
Esperjenza l-istorja fl-Arkivji Notarili għall-ewwel darba waqt Notte Bianca wara r-restawr ta’ żewġ palazzi fil-Belt Valletta. F’dan l-avveniment li qed iseħħ għal lejl wieħed imħejji minn Udjenza, il-viżitaturi ser ikunu gwidati biex jesperjenzaw sekli ta’ stejjer, sigrieti u teżori li huma misturin fl-Arkivju Notarili. Din l-esperjenza tgħaqqad l-istorja, l-arkitettura u l-ispettaklu f’mixja gwidata f’dawn iż-żewġ palazzi Barokki.
Time Traveller
Ħin: 6:30pm, 7:30pm u 8:30pm | Post: Studio B, Spazju Kreattiv
Momentum, A World Reimagined
Ħin: 7pm, 8pm u 9pm | Post: Studio B, Spazju Kreattiv
Gitgħana

Ħin: 7pm, 8:30pm u 10pm | Post: Il-Berġa tal-Baviera
Dan il-proġett jikkonsisti minn taħlita ta' għana tradizzjonali li f'dawn l-aħħar snin żdiedet fil-lista tal-UNESCO ta’ wirt dinji intanġibbli imħallat ma’ melodiji Mediterranji u żfin tal-flamenco. Dan il-proġett jinkludi kemm il-mużika u ż-żfin. Gitgħana huma grupp Malti li huwa magħmul minn tliet membri tal-istess familja li huma kitarristi li wirtu l-għerf tad-daqq tal-kitarri tal-għana minn missier missierhom u z-zijiet tagħhom. Dan il-grupp huwa magħmul minn Calċidon Vella “Ta’ Mustaċċa”, Mark Vella u Denise Cachia Vella “Ta’ Calċ”. Waqt dan l-ispettaklu, huma ser jikkollaboraw mal-għannej Anġlu Theuma “Tal-Kina” u żewġ żeffiena tal-Flamenco mill-Alegria Flamenco Dance Company: Thomaselli Chetcuti u Dael Scerri. L-artisti ser ikunu qed jinterpretaw għadd ta’ siltiet li jinkludu l-għana tal-fatt li se tindaqq f’għadd ta’ forom u stili, fost l-oħrajn.
Verna fil-Baviera
Ħin: 7:30pm u 9pm | Post: Il-Berġa tal-Baviera
Antisocial

Ħin: 7pm, 8pm u 9pm | Post: It-Taraġ ta' Bieb il-Belt
Street Elements jippreżentaw silta oriġinali li tiffoka fuq għaġir anti-soċjali. Dan il-proġett iħallat ir-rap, il-koreografija u l-awtentiċità. Huma u jużaw it-taraġ biswit il-Parlament bħala l-palk tagħhom, il-crew jitrasforma dan l-ispazju urban għall-arti. Bl-użu tar-ritmu, moviment u l-vuċi, huma ser ikunu qed joffru prestazzjoni emozzjonali u professjonali li tenfasizza l-konnessjoni tal-bniedem biex tegħleb l-iżolament.
Poeżiji u Snooker
Ħin: 7pm - 11pm | Post: La Valette Band Club
Labyrinth
Ħin: 6pm - 11pm | Post: Ċentru ta' Interpretazzjoni, il-Knisja ta' Santu Wistin
The Quiet Invasion

Ħin: 7:30pm, 8:30pm u 9:30pm | Post: Ċentru ta' Interpretazzjoni, il-Knisja ta' Santu Wistin
Idħol fl-istudjow ta’ artist fejn il-ħolqien huwa fraġli, intimu — u mhedded. F’dan l-ispettaklu live, l-att tal-fotografija jsir teatru: il-pittur ipitter, il-mudella tippoża filwaqt li ħalliel b’maskra u l-Intelliġenża Artifiċjali jidħlu nkiss inkiss. It-tnejn li huma jisirqu l-kreattività qabel tilħaq l-aħħar punt tal-proċess tagħha. Parzjalment photoshoot u parzjalment performance, The Quet Invasion tiżvolġi quddiem għajnejn l-udjenza. Il-fotografa mhux biss tieħu ritratt, imma wkoll turi t-tensjoni ta’ dinja fejn l-arti tista’ tinsteraq kemm bl-idejn u kemm bl-algoritmu. Ir-ritratt finali, imnebbaħ minn din il-prestazzjoni live, isir kemm xogħol ta’ arti u dokument: huwa rekord ta’ vulnerabbiltà, resistenza u l-mistoqsija: xi jfisser li toħloq fi żmien fejn l-imitazzjoni hija immedjata?
Dan il-proġett jinkludi n-nudità u huwa rrakkomandat għall-udjenzi 14+. Bħala sinjal ta’ rispett għall-fotografa u l-integrità ta’ dan ix-xogħol, fotografija min-naħa tal-udjenza u muntaġġ huwa projbit.
Fil-Qalba tal-Mandraġġ
Ħin: 7pm - 11pm | Post: Pjazza Mattia Preti
ILLALLU!

Prestazzjoni li timxi minn post għal ieħor
Ħin - Post
8pm - Pjazza Tritoni
10pm - Pjazza l-Assedju l-Kbir
Tikka Banda, banda ta’ għaxar mużiċisti mimlija enerġija, tittrasforma t-toroq tal-Belt Valletta f’palkijiet vibranti b’ILALLU. Dan il-proġett li dejjem jevolvi jgħaqqad kanzunetti kummerċjali f’kunċert interattiv fit-triq li jistieden lin-nies jieqfu, ikantaw u jieħdu gost. ILLALLU jinkludi wkoll setup wieqaf li jiġbed il-folla u joħloq atmosfera ta’ kunċert żgħir filwaqt li jżomm l-ispontanjetà ta’ prestazzjoni fit-triq. Fil-qalba tiegħu, il-proġett għandu l-għan li jagħmel il-mużika aċċessibbli, iferraħ u joħloq esperjenza li ma tintesiex kemm għan-nies tal-lokal kif ukoll għall-viżitaturi għal avvenimenti kulturali kbar bħal Notte Bianca.
Guggen Band

Prestazzjoni li timxi minn post għal ieħor
Ħin - Post
7pm - Pjazza Kastilja
8pm - Pjazza Tritoni
10pm - Pjazza Kastilja
Tinto Brass
Prestazzjoni li timxi minn post għal ieħor
Ħin - Post
6pm - Pjazza Tritoni
8pm - Pjazza Tritoni
9pm - Pjazza San Ġwann
Notte Thrift
Ħin: 8pm - 12am | Post: Triq San Pawl
Ġej il-Gran Mastru
Prestazzjoni li timxi minn post għal ieħor
Ħin - Post
6pm - Il-Berġa tal-Baviera 8pm - Pjazza Tritoni
Għall-MICAS
Prestazzjoni li timxi minn post għal ieħor
Ħin: 6pm - 10pm | Post: Pjazza Tritoni