top of page
NEWS

Notte Bianca

Tarġa Kor (Performance 2)
Centrestage Choir
7:00pm, 8:00pm, 9:00pm
It-Taraġ tal-Parlament
Lil hinn mill-ftuħ grandjuż fi Pjazza Tritoni, hemm merħba oħra tistenniek. Fuq it-taraġ maġenb il-Parlament, Centrestage Choir jimlew id-daħla tal-Belt Valletta b’vuċijiet żgħażagħ. Ieqaf, isma’, u ħalli lil Tarġa Kor imexxik lejn il-qalba tal-belt.
--
Beyond the grand opening at Tritons Square, another welcome awaits. On the steps beside Parliament, Centrestage Choir fill Valletta’s entrance with young voices. Stop, listen, and let Tarġa Kor lead you into the heart of the city.

Erbgħa
Alegria Dance Company
ongoing
Auberge de Castille
Alegria Dance Company is a professional flamenco company with over 15 years of experience. Led by Ingrid Sciberras and Artistic Director Estelle Sant, the company blends traditional flamenco with contemporary, ballet, belly dance, Indian classical dance, and Maltese influences. Alegria has performed locally and internationally across festivals, theatre, film, opera, and private events.

Id-Djarju Sigriet ta' Harry Houdini
Gwilym Bugeja, Vanni Pule, Mandy Mifsud, Christabel Borg Preca
6:00pm, 7:00pm, 8:00pm, 9:00pm, 10:00pm
Teatru Manoel
Id-Djarju Sigriet ta’ Harry Houdini is a theatrical magic performance marking 100 years since the death of Harry Houdini. Through a simulated séance, two contrasting magicians that uncover Houdini’s lost diary, bringing unfinished illusions to life with humour, mystery, and wonder.

Il-Ballata tal-Belt Valletta – Omm il-Maltin
Joe Julian Farrugia
8:00pm, 9:00pm, 10:00pm
Il-Knisja tal-Karmnu
Il-Ballata tal-Belt Valletta – Omm il-Maltin is a literary and theatrical journey through the story of Valletta, from its birth following the Great Siege to the present day. Told through poetry, narration and traditional Maltese għana, and brought to life through dance, mime, music, light and colour, the production personifies Valletta as both the beloved of Grand Master Jean de Valette and the mother of the Maltese people. Through war, hardship, resistance and independence, it tells a story of resilience, identity and an enduring love between a city and its people.

Riflessi
Freespirit Acting u Mixta
Ongoing
Biswit Pjazza Teatru Rjal
Riflessi hija installazzjoni artistika li tesplora l-identità, il-ġudizzju u l-piż sieket tad-dipressjoni. Quddiem sensiela ta’ mirja mgħawġa, raġel jiltaqa’ ma’ verżjonijiet differenti tiegħu nnifsu, iffurmati mill-kummenti, it-tikketti u l-aspettattivi ta’ ħaddieħor.
--
Riflessi is an artistic installation exploring identity, judgement and the quiet weight of depression. Standing before a series of distorted mirrors, a man encounters different versions of himself, shaped by the comments, labels and expectations of others.

Ħares Ruzann - Kif Dejjem Int Ħarist
Ron Briffa
8:00pm, 9:00pm, 10:00pm
Valletta Campus Theatre
Ispirata minn ‘Il-Ħarsa ta’ Rużann’ ta’ Francis Ebejer, din ir-rappreżentazzjoni ta’ 30 minuta terġa’ timmaġina l-istorja permezz ta’ tliet karattri li jirrappreżentaw aspetti differenti tas-soċjetà Maltija. B’element kontemporanju ta’ pop u spazju għall-interpretazzjoni personali tal-atturi, ix-xogħol jesplora l-emanċipazzjoni soċjali u l-kuntrasti bejn il-kultura Maltija u kulturi barranin, permezz ta’ mumenti li jvarjaw bejn is-serju u dak ċajtier.
--
Inspired by Francis Ebejer’s ‘Il-Ħarsa ta’ Rużann’, this 30-minute performance reimagines the story through three characters who represent different aspects of Maltese society. With a contemporary pop twist and space for the actors’ own interpretation, the work explores social emancipation and the contrasts between Maltese and foreign cultures through moments that shift between the serious and the playful.

Bazaar Bianca
Jeremy Grech
4:00pm
Il-Barrakka ta' Fuq
Ħwawar u aromi, ħaġar prezzjuż u divertiment! Dawn huma s-sejħiet tagħna għal-lejla fil-Bazaar Bianca! Idħol f’ħolma Għarbija, fost negozjanti u rakkontaturi tal-istejjer. Isma’ stejjer mit-Triq tal-Ħarir, iżfen kif jiżfnu fil-Lvant u tħarreġ bħal wieħed mill-aqwa ġellieda. Lejl ta’ maġija qed jistenniek.
--
Herbs and Spices, Gems and jamming! These are our calls for the night at our Bazaar Bianca! Walk into an Arabian dream, amongst traders and storytellers. Hear tales from the silk road, dance like they do in the orient and train like the best of warriors. A night of magic awaits.

Trakadum
Trakadum
7:30pm, 8:30pm, 9:30pm
Pjazza Tritoni
Parade to Afrobeat tittrasforma l-belt f’ċelebrazzjoni ta’ ritmu u ħoss vibranti u movimentat. Immexxija minn għoxrin mużiċist, il-prestazzjoni tgħaqqad ritmi Afro-Brażiljani u Afrikani, u tistieden lill-udjenza timxi, tiżfen u tingħaqad mal-vjaġġ.
--
Parade to Afrobeat transforms the city into a vibrant, moving celebration of rhythm and sound. Led by twenty musicians, the procession blends Afro-Brazilian and African grooves, inviting audiences to move, dance and join the journey.

Ilma Jiżfen
Robert Spiteri
7:00pm, 8:00pm, 9:00pm, 10:00pm
Pjazza Tritoni
Ilma Jiżfen hija preżentazzjoni maħsuba speċifikament għall-post u ispirata mill-Funtana tat-Tritoni, fejn il-mitoloġija, il-moviment, l-ilma u r-rakkont jingħaqdu flimkien.
Permezz taż-żfin, il-mużika live u l-proża, l-istorja ssegwi tifel mitluf fuq il-baħar u tesplora temi ta’ telf, fidi u konnessjoni umana. L-ilma jgħaddi mix-xogħol kollu bħala forza qawwija u bħala simbolu tal-ħajja, it-telf u t-tiġdid. Fl-isfond tat-Tritoni, din il-wirja tittrasforma post familjari f’rakkont ħaj ta’ tama, reżiljenza u rabtiet li jgħaqqdu lill-bnedmin.
--
Ilma Jiżfen is a site-specific performance inspired by Valletta’s iconic Tritons Fountain, where myth, movement, water and storytelling come together.
Through dance, live music and prose, the story follows a boy lost at sea, exploring themes of loss, faith and human connection. Water runs through the work as both a powerful force and a symbol of life, loss and renewal. Set against the backdrop of the Tritons, the performance transforms a familiar landmark into a moving story of hope, resilience and connection.

Il-Kebbies tal-Fanali
Moveo Dance Company
Performance 1: 7:50pm, 8:50pm, 9:50pm
Performance 2: 8:20pm, 9:20pm, 10:20pm
Pjazza Tritoni
Il-Kebbies tal-Fanali hija preżentazzjoni-installazzjoni maħsuba speċifikament għall-post u ispirata mill-kebbiesa tal-fanali storiċi ta’ Malta u mill-poeżija ta’ Anton Buttigieg bl-istess isem. Ix-xogħol jgħaqqad żfin kontemporanju, fanali maħduma apposta, ħoss u mużika live biex idawwal il-wirt tal-belt, il-memorja kollettiva, ix-xogħol u stejjer li spiss jibqgħu minsija.
--
Il-Kebbies tal-Fanali is a site-specific performance-installation inspired by Malta’s historic lamplighters and Anton Buttigieg’s poem of the same name. The work brings together contemporary dance, bespoke lanterns, sound, and live music to illuminate the city’s heritage, collective memory, labour, and overlooked stories.

Choral Concert
St Paul Choral Society
8:00pm, 8:45pm, 9:30pm
St Paul's Pro Cathedral
Is-St Paul Choral Society, wieħed mill-korijiet polifoniċi ewlenin f’Malta, tippreżenta programm varjat ta’ xogħlijiet korali minn kompożituri Maltin u internazzjonali. Il-prestazzjoni tinkludi biċċiet a cappella kif ukoll xogħlijiet akkumpanjati mill-orgni tal-Katidral, u turi r-rikkezza u l-versatilità tal-mużika korali.
--
The St Paul Choral Society, one of Malta’s leading polyphonic choirs, presents a varied programme of choral works by Maltese and international composers. The performance features both a cappella pieces and works accompanied by the Cathedral organ, showcasing the richness and versatility of choral music.

White Night Swing
Hot Club of Valletta
9:00pm
Pjazza San Ġwann
Immexxi minn George Curmi il-Pusè, The Hot Club of Valletta jieħu lill-udjenza fuq vjaġġ nostalġiku fid-dinja tal-swing u l-jazz manouche Ewropew, ispirat mill-mużika tal-leġġendarju Django Reinhardt. Billi siltiet klassiċi ma’ kompożizzjonijiet oriġinali ta’ swing minn artisti Maltin, il-band toħloq atmosfera vibranti li terġa’ tqajjem l-ispirtu ta’ epoka partikolari, filwaqt li tistieden lill-udjenza tgawdi l-mużika u tiżfen mar-ritmu tagħha.
--
Led by George Curmi il-Pusè, The Hot Club of Valletta takes audiences on a nostalgic journey through swing and European jazz manouche, inspired by the legendary Django Reinhardt. Blending timeless classics with original swing compositions by Maltese artists, their vibrant performance captures the spirit of an era while keeping audiences entertained and tapping along.

Echoes of the City
Chanel & Kiko
8:00pm
Pjazza San Ġwann
Echoes of the City hija wirja mużikali intima iżda mimlija enerġija, li fiha l-vuċi versatili ta’ Chanel Monseigneur tingħaqad mal-arranġamenti live tal-kitarrist Keith Kiko. B’tema ċentrali ta’ riflessjoni, din il-wirja mużikali tieħu lill-udjenza fi vjaġġ mużikali tul 40 sena ta’ suċċessi tal-Pop, Soul u mużika kontemporanja, filwaqt li tiċċelebra l-futur tat-talent Malti.
--
Echoes of the City is an intimate yet high-energy musical showcase featuring the versatile vocals of Chanel Monseigneur and live arrangements by guitarist Keith Kiko. Centred around the theme of reflection, the performance journeys through 40 years of Pop, Soul, and Contemporary hits while celebrating the future of Maltese talent.

White Night, No Sleep, No Script - An Improvised Comedy Show
Two Black Cats Improv Troupe
8:30pm, 9:30pm, 10:30pm
Spazju Kreattiv
Għal lejl wieħed biss, Two Black Cats Improv jittrasforma s-suġġerimenti tal-udjenza f’teatru spontanju, u joħloq kollox live u fil-mument. Minn logħob b’ritmu mgħaġġel għal xeni immaġinattivi u stejjer mhux mistennija, kull spettaklu jitfassal min-nies preżenti. Mingħajr skript jew provi, kull mument huwa uniku, imprevedibbli u ma jistax jerġa’ jiġi rrepetut. Addatat għal età 16+.
--
For one night only, Two Black Cats Improv turns audience suggestions into spontaneous theatre, creating everything live and entirely in the moment. From fast-paced games to imaginative scenes and unexpected stories, each performance is shaped by the people in the room. With no script or rehearsal, every moment is unique, unpredictable and unrepeatable. Age: 16+.

Androkli bla Nokkli
Familja Borg
5:30pm, 6:30pm, 7:30pm
Spazju Kreattiv
Missier u wliedu jidħlu għal sfida ambizzjuża biex iġibu l-ħrejjef ta’ Esopu fuq il-palk, iżda l-pjanijiet tagħhom malajr jieħdu xejra mhux mistennija. Androkli bla Nokkli hija kummiedja qasira u sabiħa għall-familja kollha, li tgħaqqad l-umoriżmu, l-immaġinazzjoni u kaos ħelu f’esperjenza teatrali divertenti għal kull età.
--
A father and his children embark on an ambitious attempt to bring Aesop’s timeless fables to the stage, but their plans quickly take an unexpected turn. Androkli bla Nokkli is a charming short comedy for the whole family, blending playful humour, imagination and delightful chaos into an entertaining theatrical experience for all ages.

Kinesthesia
Patsy Chetcuti
7:30pm, 8:30pm, 9:30pm, 10:30pm
Iċ-Ċentru ta' Interpretazzjoni tal-Knisja ta' Santu Wistin
Installazzjoni immersiva taż-żfin fejn il-moviment, il-ħoss u d-dawl jirrispondu għal xulxin f’ħin reali. Permezz ta’ moviment improvizzat, teknoloġija li tħoss il-moviment u awdjo spazjali, l-artisti u l-udjenza jsawru flimkien ambjent li jevolvi kontinwament. L-esperjenza tesplora l-parteċipazzjoni, it-teknoloġija u r-rabta bejn il-ġisem, il-moviment u l-ħoss billi tittrasforma l-ispazju pubbliku f’opra tal-arti ħajja
--
An immersive dance installation where movement, sound and light respond to one another in real time. Through improvised movement, motion-sensing technology and spatial audio, performers and audiences shape an ever-evolving environment together. Transforming public space into a living artwork, the experience explores participation, technology and the connection between body, movement and sound.

Wildflowers Duo
Wildflowers
8:00pm
Triq Santa Luċija
Wildflowers is a dynamic duo bringing fresh energy and an infectious stage presence to today’s music scene. Made up of passionate young musicians, the duo delivers a vibrant sound that gets audiences listening, moving, and dancing at every show.

A Musical Memory Lane
Aldo Busutil & Band
9:15pm
Triq Santa Luċija
Għażla vibranti ta’ suċċessi Taljani, Brittaniċi u Maltin mis-snin 80 u 90, interpretati mill-ġdid permezz ta’ arranġamenti mużikali live sinjuri li jgħaqqdu l-arti vokali klassika mal-mużika popolari. Il-programm joffri vjaġġ mużikali nostalġiku iżda frisk, permezz tal-kanzunetti li akkumpanjaw ġenerazzjoni sħiħa u lil dawk li ġew warajha.
--
A vibrant selection of Italian, British, and Maltese hits from the 80s and 90s, reimagined through rich live arrangements that blend classical vocal artistry with popular music. The programme offers a nostalgic yet fresh musical journey through the soundtrack of a generation and the generations that followed.

Travelling Flash Mob
RIDM academy
7:30pm (Ongoing)
Roaming

Echoes-One Square One Symphony
Gozo Youth Orchestra and Soc. Filar. Santa Marija
7:30pm, 8:30pm, 9:30pm
Pjazza Teatru Rjal
ECHOES | ONE SQUARE, ONE SOUND: pjazza tal-belt tingħata ħajja ġdida. Aktar minn 100 artist jingħaqdu biex jgħaqqdu l-enerġija ta’ band, orkestra u DJ f’sinfonija immersiva u affaxxinanti. Ħsejjes ċinematiċi, elettroniċi u kontemporanji jinfirxu matul il-lejl, u jbiddlu l-mużika, l-ispazju u l-komunità f’esperjenza waħda indimentikabbli — ċelebrazzjoni tal-ħoss, tal-ispazju u tar-riflessjoni soċjali.
--
ECHOES | ONE SQUARE, ONE SOUND: a city square reimagined. Over 100 artists fuse band,
orchestra, and DJ energy into a mesmerizing, immersive symphony. Cinematic, electronic, and
contemporary sounds ripple through the night - turning music, space, and community into one
unforgettable experience, a celebration of sound, space, and social reflection.

Tututu Orchestra
Tututu Orchestra
8:00pm
Pjazza San Ġorġ
Immexxija mid-direttriċi tal-orkestra Mojca Zupančič, Tututu Orchestra toħloq dinja immersiva fejn il-ħoss, il-moviment, l-artisti u l-udjenza jingħaqdu flimkien. Flimkien ma’ żeffiena mmexxija minn Barbora Langerová u parteċipanti tal-workshops, l-orkestra tistieden lill-Belt Valletta tieħu sehem b’mod attiv f’prestazzjoni vibranti u unika.
--
Led by conductress Mojca Zupančič, Tututu Orchestra creates an immersive world where sound, movement, performers, and audience come together. Joined by dancers directed by Barbora Langerová and workshop participants, the orchestra invites Valletta to actively take part in a vibrant and one-of-a-kind performance.

MINN MALTA!
MPO
11:00pm
Pjazza San Ġorġ
Pjazza San Ġorġ tieħu l-ħajja għal kantata waħda kbira flimkien! Il-Malta Philharmonic Orchestra, taħt id-direzzjoni ta’ Ryan Paul Abela, tingħaqad ma’ Rockwired Choir u wħud mill-akbar vuċijiet ta’ Malta biex tiċċelebra l-aqwa mużika Maltija. Lestu biex tkantaw mill-qalb l-innijiet Maltin li lkoll nafu u nħobbu. Mela, Ċeklem, Ċeklem lejn Pjazza San Ġorġ.
--
St George’s Square comes alive for one huge singalong! The Malta Philharmonic Orchestra, conducted by Ryan Paul Abela, joins the fabulous Rockwired Choir and some of Malta’s biggest voices to celebrate the very best of Maltese music. Get ready to sing your heart out to the Maltese anthems we all know and love. So, Ċeklem, Ċeklem your way to St George’s Square.

Ivan Grech & Band
Ivan Grech
9:30pm
Pjazza San Ġorġ
Kunċert ta’ Ivan Grech – Riflessjoni fuq il-vjaġġ mużikali ta’ Ivan Grech, mill-jiem tiegħu ma’ Winter Moods sal-ħidma tiegħu bħala artist solista llum. Il-kunċert jinkludi interpretazzjonijiet ta’ suċċessi klassiċi ta’ Winter Moods, uħud minnhom riveduti apposta għal din il-prestazzjoni, flimkien ma’ materjal reċenti mix-xogħol tiegħu bħala solista u interpretazzjonijiet ġodda ta’ għażla ta’ klassiċi Maltin.
--
Ivan Grech Concert – A reflection on Ivan Grech’s musical journey, from his days with Winter Moods to his solo work today. The concert features renditions of classic Winter Moods hits, with some reimagined especially for this performance, alongside his recent solo material and fresh interpretations of a selection of Maltese classics.

Tarġa Kor (Performance 1)
The Malta National Children`s Choir
7:30pm, 8:30pm, 9:30pm
It-Taraġ tal-Parlament
Lil hinn mill-ftuħ grandjuż fi Pjazza Tritoni, hemm merħba oħra tistenniek. Fuq it-taraġ maġenb il-Parlament, The Malta National Children’s Choir jimlew id-daħla tal-Belt Valletta b’vuċijiet żgħażagħ. Ieqaf, isma’, u ħalli lil Tarġa Kor imexxik lejn il-qalba tal-belt.
--
Beyond the grand opening at Tritons Square, another welcome awaits. On the steps beside Parliament, The Malta National Children’s Choir fill Valletta’s entrance with young voices. Stop, listen, and let Tarġa Kor lead you into the heart of the city.

Irrifletti
Mark Magro
7:30pm
Il-Palazz tal-Gran Mastru
Vjaġġ mużikali mmexxi minn DJ li jagħti interpretazzjoni ġdida lil klassiċi Maltin maħbubin permezz tal-ħsejjes elettroniċi. B’interpretazzjonijiet ġodda ta’ L-Għawdxija, Inti Djamant, Desire u l-biċċa emblematika għall-banda The King, din l-esperjenza tgħaddi min-nostalġija, l-imħabba u ċ-ċelebrazzjoni kollettiva, u toħloq vjaġġ kontinwu fuq id-dancefloor li jesplora l-wirt, it-trasformazzjoni u r-rabta minn perspettiva kontemporanja.
--
A DJ-led journey reimagining beloved Maltese classics through electronic sound. Featuring fresh interpretations of ‘L-Għawdxija’, ‘Inti Djamant’, ‘Desire’ and the iconic brass band piece ‘The King’, the experience moves between nostalgia, love and collective celebration, creating a continuous dancefloor journey that explores heritage, transformation and connection through a contemporary lens.

Rocktuniera
Outbound, The Rock Troupers, Backbeat
7:30pm, 8:30pm, 10:00pm
Triq l-Ordinanza
OutBound iġibu magħhom ħoss qawwi u mimli enerġija għal Notte Bianca, fejn jgħaqqdu influwenzi tal-pop-rock, punk u mużika alternattiva f’wirja live. Bħala waħda mill-baned emerġenti tal-rock f’Malta, OutBound jagħtu importanza lill-mużika oriġinali u x-xena vibranti underground lokali, f’ċelebrazzjoni kuraġġuża taż- żgħożija, il-kreattività u t-talent li għandha x’toffri x-xena mużikali Maltija.
The Rock Troupers jagħtu ħajja ġdida lir-rock klassiku b’wirjiet mimlija enerġija, armoniji qawwija, solos tal-kitarra b’saħħithom u melodiji li jibqgħu f’moħħok. Billi jgħaqqdu emozzjoni pura ma’ preżenza qawwija fuq il-palk, il-band toħloq atmosfera li tinvolvi lill-udjenza u twassal l-ispirtu, l-enerġija u s-seħer li ma jgħaddi qatt tal-mużika rock.
Backbeat hija band ta’ sitt mużiċisti b’esperjenza, li ġejjin minn sfondi mużikali differenti u jġibu magħhom influwenzi mill-jazz, il-pop u r-rock. B’kantanti kemm irġiel kif ukoll nisa bis-sehem ta' David Lowe u Diane Micallef Castillo, il-band toffri repertorju varjat li jivvjaġġa bejn għexieren ta’ snin, mill-favoriti emblematiċi tas-snin tmenin u disgħin sal-akbar suċċessi ta’ dawn l-aħħar snin. Il-ħoss dinamiku tagħhom joħloq esperjenza live mimlija enerġija li tista’ titgawda minn udjenzi ta’ kull ġenerazzjoni.
--
OutBound brings a raw, energetic sound to Notte Bianca, blending pop-rock, punk and alternative influences into an electrifying live performance. As one of Malta’s emerging rock acts, the band champions original music and the island’s vibrant underground scene, delivering a bold celebration of youth, creativity and local talent.
The Rock Troupers bring classic rock to life with high-energy performances, powerful harmonies, blazing guitar solos, and infectious hooks. Combining raw emotion with an electric stage presence, the band delivers crowd-engaging shows that capture the spirit, energy, and timeless appeal of rock music.
Backbeat is a six-piece band bringing together seasoned musicians with diverse backgrounds spanning jazz, pop and rock. Featuring both male and female vocalists including David Lowe & Diane Micallef Castillo, their dynamic sound and versatile repertoire travels across decades, from iconic ’80s and ’90s favourites to more recent hits, creating an energetic live experience for audiences of all generations.

OBDI Pastaż
Freespirit Acting u Mixta
8:00pm, 9:15pm, 10:00pm
Malta Society of Arts Courtyard
OBDI PASTAŻ! hija performance speċifika għall-post, 18+, ambjentata fi Strada Stretta storika, fejn żewġ żgħażagħ jistiednu lill-udjenza għal vjaġġ seduttiv fil-passat tat-triq. Permezz ta’ taħlita ta’ teatru, illużjoni u interazzjoni mal-udjenza, il-performance tesplora x-xewqa, il-poter u l-identità, u turi kif stejjer ta’ spettaklu u attrazzjoni jinbidlu minn ġenerazzjoni għal oħra.
--
Obdi Pastaż! is an 18+ site-specific performance set in the historic Strada Stretta, where two young men invite audiences into a seductive journey through the street’s past. Blending theatre, illusion and audience interaction, the performance explores desire, power and identity, revealing how stories of performance and attraction evolve across generations.
.jpg)
SFERA
Paul Giordimaina
8:30pm, 9:45pm, 10:30pm
Malta Society of Arts Concert Hall
NIGHT WALK huwa t-tieni album ta’ SFERA u l-ewwel kunċert uffiċjali tat-trio wara l-ħruġ ta’ dan l-album. B’kompożizzjoni ta’ Paul Giordimaina u arranġament flimkien ma’ Oliver Degabriele u Guze Camilleri, l-album jgħaqqad il-jazz kontemporanju ma’ vuċi lokali distintiva. Flimkien mal-kantanta tal-jazz Angela Vella Zarb, SFERA tippreżenta lejla ta’ mużika oriġinali u ħila mużikali raffinata.
--
NIGHT WALK marks SFERA’s second album and the trio’s first official concert following its release. Composed by Paul Giordimaina and arranged with Oliver Degabriele and Guze Camilleri, the album brings together contemporary jazz with a distinctive local voice. Joined by jazz singer Angela Vella Zarb, SFERA presents an evening of original music and refined musicianship.

L-O-V-E: The Music of Nat King Cole
Nadine Axisa Duo
8:00pm, 9:15pm, 10:00pm
Malta Society of Arts Concert Hall
‘L-O-V-E: Il-Mużika ta’ Nat King Cole’ huwa ġieħ intimu lil waħda mill-aktar vuċijiet ikoniċi tal-mużika jazz, interpretat minn Nadine Axisa u Karl Galea. Permezz ta’ kanzunetti favoriti bħal "Unforgettable" u "When I Fall in Love", is-serata terġa’ tesplora l-mużika ta’ Cole b’eleganza u sempliċità mill-qalb, f’atmosfera rilassata.
--
L-O-V-E: The Music of Nat King Cole is an intimate tribute to one of jazz’s most iconic voices, performed by Nadine Axisa and Karl Galea. Through timeless favourites such as Unforgettable and When I Fall in Love, the evening revisits Cole’s music with warmth, elegance and heartfelt simplicity in a relaxed setting.

L-Għajta Nofs il-Bejgħ
Drakard, ReloadMT, Kelly Marie & Band
7:30pm, 08:45pm, 10:00pm
Pjazza Merkanti
Vjaġġ fiż-Żmien – Riflessjonijiet Live huwa kunċert live mibni fuq l-idea tal-memorji kondiviżi, it-tkabbir u ċ-ċelebrazzjoni permezz tal-mużika. L-ispettaklu jieħu lill-udjenza fuq vjaġġ minn era mużikali differenti li jirriflettu stadji differenti tal-ħajja, b’mod eċċitanti, awtentiku u kompletament live.
ReloadMT hija band Maltija ta’ tliet membri li qed tħalli l-marka tagħha fix-xena tal-mużika rock u blues live f’Malta. B’aktar minn sena u nofs esperjenza live, il-band iddoqq regolarment f’avvenimenti u festivals madwar Malta, u toffri wirjiet enerġetiċi u ħoss distintiv li jispikka f’ambjent ta’ festival.
One Hit Wonders tiġbor flimkien wħud mill-aqwa talent vokali ta’ Malta f’ċelebrazzjoni mimlija enerġija ta’ hits li baqgħu mfakkra. Immexxi minn Kelly Marie Cassar Hili u Janice Debattista, flimkien ma’ Fabrizio Faniello, Jolene Samhan, Michela Galea u mistednin speċjali, l-ispettaklu jwiegħed serata ta’ nostalġija, kant flimkien, żfin u mużika live bla waqfien fin-Notte Bianca.
--
A Journey Through Time – Live Reflections is a live concert built around the idea of shared memory, growth, and celebration through music. The aim of the show is to take the audience on a journey through different eras of music that reflect different stages of life, and to do so in a way that feels exciting, genuine, and completely live.
ReloadMT is a rising Maltese three-piece rock and blues band making its mark on the local live music scene. With over a year and a half of live experience, the band regularly performs at events and festivals across Malta, delivering energetic performances and a distinctive sound that thrives in vibrant festival settings.
One Hit Wonders brings Malta’s finest vocal talent together for a high-energy celebration of unforgettable chart-topping hits. Led by Kelly Marie Cassar Hili and Janice Debattista, alongside Fabrizio Faniello, Jolene Samhan, Michela Galea and special guests, the show promises an evening of nostalgia, sing-alongs, dancing and nonstop live music at Notte Bianca.

Bejn Eku u Rifless
Phylisianne Brincat
7:30pm, 9:30pm
Il-Knisja ta' San Duminku
F’waħda mill-knejjes storiċi ta’ San Duminku, Bejn l-Eku u r-Rifless tgħaqqad kor gospel u banda live f’wirja mimlija enerġija, emozzjoni u ruħ. Permezz ta’ vuċijiet qawwija u mużika vibranti, il-pubbliku huwa mistieden jieqaf għal mument, jirrifletti u jesperjenza ċelebrazzjoni ta’ tama u għaqda.
--
Set within the historic Church of St Dominic, Bejn l-E-Eku u r-Rifless brings together a gospel choir and live band for an uplifting performance filled with powerful of energy, emotion and soul. Through powerful voices and vibrant music, the audience is invited to pause, reflect and experience a celebration of hope and togetherness.

Kaxxi Kastilja
SterjoTipi, Skald, Klinsmann, The Crowns
7:30pm, 8:30pm, 9:30pm, 10:30pm
Pjazza Kastilja
Pjazza Kastilja tinbidel fi spazju immersiv għall-mużika live, b’artisti mqiegħda fuq pjattaformi elevati f’partijiet differenti tal-pjazza. Programm ikkurat ta’ baned u artisti se joħloq pajsaġġ mużikali li jdawwar lill-udjenza b’ħoss li jasal minn direzzjonijiet differenti. Ir-riżultat huwa esperjenza unika li tgħaqqad il-mużika, l-ispazju u l-udjenza, u tistieden lil kulħadd jesperjenza l-mużika live b’mod kompletament ġdid.
SterjoTipi jippreżentaw għażla ta’ mużika oriġinali bil-Malti, inkluż materjal li għadu qatt ma nstema’ mill-album tagħhom li jmiss. Il-prestazzjoni toffri lill-udjenza l-ewwel opportunità biex tiskopri xogħlijiet ġodda flimkien mal-ħoss u l-identità mużikali distintiva tal-band.
Imwaqqfa fl-2017, Skald toħloq mużika oriġinali fi stili differenti, dejjem interpretata bil-Malti. Permezz ta’ ħoss li jgħaqqad l-elementi kollha u esperjenza immersiva, il-band tistieden lill-udjenza tirrifletti fuq l-identità, il-memorja u dak li jagħmel lil Malta art twelidna, filwaqt li l-palkijiet separati jsiru parti minn vjaġġ wieħed ta’ mużika, kultura u appartenenza.
KLINSMANN jieħu lill-udjenza fuq vjaġġ tul għoxrin sena ta’ mużika, mill-maħbuba She Gives Me Wings sad-dinja introspettiva ta’ Chaos & Cadence. Billi jgħaqqad il-mużika live ma’ rakkont viżiv b’elementi ċinematiċi, l-ispettaklu jagħti ħajja lill-istejjer wara l-kanzunetti permezz tal-ħoss, il-memorja u l-viżwali ta’ Mauro D’Amato, u joħloq lejl intimu mimli nostalġija u emozzjoni.
The Crowns flimkien ma’ Matthew James jgħaqqdu l-istil distintiv indie-pop-rock tal-band mal-enerġija unika ta’ wieħed mill-aqwa frontmen ta’ Malta. Stenna prestazzjoni live dinamika li tgħaqqad il-ħoss melodiku ta’ The Crowns, l-enerġija li tiġbed lill-udjenza magħha u għażla ta’ kanzunetti favoriti tal-pubbliku, kollha b’laqta friska apposta għal Notte Bianca.
--
Castille Square is transformed into an immersive live music space, with performers positioned on separate elevated platforms throughout the square. A curated programme of bands and artists will perform using spatial and surround audio. The result is a distinctive visual and sonic experience, inviting audiences to discover live music from an entirely new perspective.
SterjoTipi present a selection of original Maltese-language music, including previously unheard material from their forthcoming album. Their performance offers audiences a first encounter with new works alongside the band’s distinctive sound and musical identity.
Formed in 2017, Skald creates original music across diverse styles, always performed in Maltese. Through a unified sound and immersive experience, the band invites audiences to reflect on identity, memory, and what makes Malta our homeland, transforming separate stages into a shared journey of music, culture, and belonging.
KLINSMANN takes audiences through two decades of music, from the beloved “She Gives Me Wings” to the introspective world of Chaos & Cadence. Blending live performance with cinematic storytelling, the experience reveals the stories behind the songs through sound, memory and visuals by Mauro D’Amato, creating an intimate night of nostalgia and raw emotion.
The Crowns ft. Matthew James bring together the band’s distinctive indie-pop-rock sound with the unmistakable energy of one of Malta’s leading frontmen. Expect a dynamic live set combining The Crowns’ melodic sound, infectious energy and a selection of crowd favourites, delivered with a fresh edge for Notte Bianca.

Suspended between sky & stone
Aerial Acrobats Malta
7:30pm
Il-Ġnien ta' Hastings
Interpretat minn akrobati tal-ajru, dan ix-xogħol jittrasforma l-Ġonna ta’ Hastings ta’ Fuq fi spettaklu mill-isbaħ, viżibbli kemm minn Pjazza Tritoni kif ukoll mill-ġonna nfushom. Imdendlin ’il fuq mill-udjenza f’ċrieki tal-ajru, l-artisti jesploraw is-saħħa, il-bilanċ, il-fluwidità u l-kontroll, u joħolqu kuntrast impressjonanti mal-arkitettura storika tal-ġebla tal-franka ta’ Valletta.
--
Performed by aerial acrobats, this work transforms Upper Hastings Gardens into a breathtaking spectacle, visible from both Triton Square and the gardens themselves. Suspended above the audience in aerial hoops, the performers explore strength, balance, fluidity and control, creating a striking contrast against Valletta’s historic limestone architecture. Suspended between sky and stone.

Lanċa Ġejja u Oħra Sejra
Spiteri Lucas Band
7:30pm, 8:30pm, 9:30pm
Il-Ġnien ta' Hastings
Lanċa Ġejja u Oħra Sejra tagħti l-ħajja lis-snin vibranti ta’ wara l-gwerra fil-Belt Valletta permezz ta’ kanzunetti emblematiċi, mużika live, żfin u rakkont. Ibbażat fuq l-enerġija tas-snin 50 u 60, l-ispettaklu jaqbad il-ħajja ta’ billejl tal-kapitali, l-influwenza navali Brittanika u l-ispirtu Mediterranju, u jieħu lill-udjenza fuq vjaġġ nostalġiku tal-wirt mużikali għani ta’ Malta.
--
Lanċa Ġejja u Oħra Sejra brings Valletta’s vibrant post-war years to life through iconic songs, live music, dance, and storytelling. Set against the energy of the 1950s and 1960s, the show captures the capital’s nightlife, British naval influence, and Mediterranean spirit, taking audiences on a nostalgic journey through Malta’s rich musical heritage.

Chasing Sunsets
Tenishia
9:30pm
Laparelli Gardens
Chasing Sunsets tgħaqqad il-mużika elettronika mal-wirt Malti f’ċelebrazzjoni unika tal-ħoss, il-kultura u l-post. Fuq sfond ta’ postijiet emblematiċi u siti storiċi, l-esperjenza tittrasforma s-siti tal-wirt ta’ Malta fi spazji immersivi għall-prestazzjonijiet, u tgħaqqad mużika elettronika ta’ livell internazzjonali mal-identità rikka tal-gżira, filwaqt li toffri perspettiva ġdida fuq postijiet familjari.
--
Chasing Sunsets brings electronic music and Maltese heritage together in a unique celebration of sound, culture and place. Set against iconic landmarks and historic venues, the experience transforms Malta’s heritage sites into immersive stages, pairing world-class electronic music with the island’s rich identity and offering audiences a fresh perspective on familiar places.

Ħoss is-Swar
Musea Orchestra ft J JOY
7:30pm
Laparelli Stage
Ħoss is-Swar tgħaqqad il-qawwa ta’ orkestra live mal-enerġija ta’ DJ f’esperjenza mużikali ta’ sagħtejn, imtellgħa fl-isfond spettakolari tas-swar storiċi tal-Belt Valletta. Il-ħsejjes orkestrali jitħalltu ma’ ritmi elettroniċi biex jagħtu ħajja ġdida lil mużika magħrufa u ħsejjes kontemporanji, u joħolqu djalogu dinamiku bejn it-tradizzjoni u l-preżent.
--
Ħoss is-Swar brings together the power of a live orchestra and the energy of a DJ in a two-hour musical experience set against the spectacular backdrop of Valletta’s historic fortifications. Blending orchestral sound with electronic beats, the performance reimagines familiar music and contemporary sounds, creating a dynamic dialogue between tradition and the present.

L-Operazzjoni tal-Psataz
Brandon Terribile
8:00pm, 9:00pm, 10:00pm, 11:00pm
The Royal British Legion
L-Operazzjoni tal-Psataż hija kummiedja interattiva għal persuni ta’ 18-il sena ’l fuq, ambjentata f’kamra tal-emerġenza medika fejn il-privatezza ma teżistix u d-dinjità hija fakultattiva. Il-membri tal-udjenza jsiru pazjenti, id-dijanjosi ssir personali u t-trattamenti jieħdu xejra estremament skomda. Stenna vulgarità, kaos u nuqqas ta’ apoloġiji għal dak kollu li mhux xieraq - idħol għar-riskju tiegħek.
--
L-Operazzjoni tal-Psataż is an 18+ interactive comedy set in a medical emergency room where privacy is dead and dignity is optional. Audience members become patients, diagnoses get personal, and treatments get wildly uncomfortable. Vulgar, chaotic, and unapologetically inappropriate — enter at your own risk.
3 October 2026
Valletta
Free

Organised by Festivals Malta, Notte Bianca is one of Malta’s biggest annual arts and culture festivals. For one special night, every first Saturday of October, the Valletta cityscape lights up with a spectacular celebration of the arts that is open to the public free of charge. Valletta’s streets, piazzas, churches, state palaces and museums are transformed into venues for a myriad of live performances and concerts, while many cafés and restaurants extend their opening hours. The entire city of Valletta comes alive for Notte Bianca, guaranteeing a memorable night that truly holds something for everyone.
bottom of page





