Festivals Malta jħabbru d-dettalji loġistiċi għal Notte Bianca 2025
- festivalsmalta
- 15 minutes ago
- 4 min read

Għada l-Belt Valletta tittrasforma f’tila artistika grazzi għal Notte Bianca li din is-sena se sseħħ nhar is-Sibt 4 ta’ Ottubru. Festivals Malta, l-organizzaturi ta’ Notte Bianca, ħabbru l-aħħar preparamenti loġistiċi li għaddejjin biex dan il-festival jerġa’ jkun wieħed ta’ suċċess. Din l-edizzjoni ta’ Notte Bianca se tinkludi ’l fuq minn 70 proġett multidixxiplinarju minn artisti lokali u internazzjonali, li jvarjaw minn prestazzjonijiet mużikali, għal dawk taż-żfin, teatru, u ħafna aktar.
Preżenti għal konferenza stampa qasira fi Pjazza San Ġorġ kien hemm iċ-Chairman ta’ Festivals Malta Aaron Zahra, il-Kap Eżekuttiv ta' Festivals Malta Frans Agius, id-Direttur Artistiku ta’ Notte Bianca Antoine Farrugia u s-Sindku tal-Belt Valletta Olaf McKay, flimkien ma’ uffiċjali tat-trasport u l-forzi tal-ordni.
Ritratti: Owen Michael Grech
Iċ-Chairman ta’ Festivals Malta, Aaron Zahra qal, “Ninsabu ħerqana sabiex għada naraw il-Belt Valletta f'atmosfera mill-isbaħ waqt il-Lejl Imdawwal 2025. Għandna diversi proġetti artistiċi ta’ kwalità għolja bħala parti mill-programm ta’ din is-sena, u nħeġġeġ lil dawk kollha li għandhom l-arti u l-kultura għal qalbhom sabiex jingħaqdu magħna. Is-sigurtà tibqa’ prijorità għalina u minn hawn inħeġġeġ lill-ġenituri biex iżommu forma ta’ identifikazzjoni fuq it-tfal tagħhom, u biex jintuża t-trasport pubbliku kemm jista’ jkun.”
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Frans Agius qal li “ Wara xhur ta’ preparamenti fl-aħħar waslet Notte Bianca oħra. Aħna ċerti li waqt din l-edizzjoni se ssibu xi ħaġa li tolqot lil kulħadd, u ħerqana biex għada s-Sibt 4 ta’ Otturbu nilqgħu lill-pubbliku ġewwa l-Belt Valletta għal wieħed mill-akbar avvenimenti ta’ pajjiżna. Inħeġġeġ lill-Maltin u Għawdxin kollha biex jattendu Notte Bianca u jippreparaw ir-Rotta tagħhom minn qabel billi jaraw il-programm tagħna minn fuq is-sit elettroniku u l-mezzi soċjali tagħna.”
Il-kelliema preżenti, enfasizzaw l-importanza tal-użu tat-trasport pubbliku, li se jestendu s-servizzi tagħhom għal waqt Notte Bianca. Dawn jinkludu servizzi minn Tal-Linja, Valletta Ferry Services u Gozo Fast Ferry. Dawn ħabbru li tal-Linja se jkollha diversi rotot apposta għal Notte Bianca sabiex jiffaċilitaw l-użu tat-trasport pubbliku, filwaqt li l-Gozo Fast Ferry se jestendi s-servizzi tiegħu bl-aħħar vjaġġ addizzjonali mill-Imġarr Għawdex għall-Belt Valletta fil-11:30pm u mill-Belt Valletta għall-Imġarr Għawdex fin-00:30am. Tħabbar ukoll li l-Valletta Ferry Services, li jinkludu l-laneċ tat-Tlett Ibliet u tas-Sliema, se jestendu s-servizzi tagħhom sa 2am.
Għal sena oħra, Festivals Malta ħa ħsieb li kull prestazzjoni tiġi kkategorizzata f’rotta artistika partikolari sabiex l-udjenzi jkunu jistgħu jippjanaw is-serata tagħhom b’mod aħjar. Fuq is-sit elettroniku ta’ Festivals Malta hemm ukoll mappa interattiva li turi l-post ta’ kull prestazzjoni faċilment.
Ġie spjegat ukoll li min jippreferi li jivvjaġġa bil-vettura personali tiegħu għandu jieħu nota li s-Sibt, 4 ta' Ottubru, il-Belt Valletta mhux se tkun aċċessibbli wara l-erbgħa u nofs ta' waranofsinhar. Ir-residenti se jkunu jistgħu jidħlu l-Belt billi jippreżentaw il-karta tal-identità tagħhom. Uffiċjali tat-trasport u tas-sigurtà se jkunu disponibbli fuq il-post għall-immaniġġjar tat-traffiku.
Festivals Malta tirringrazzja lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, il-Pulizija ta' Malta, Transport Malta, LESA, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Malta Public Transport, il-Cleansing and Maintenance Division, u l-Lands Authority, tas-sostenn u l-kollaborazzjoni tagħhom sabiex Notte Bianca tittella’ b'suċċess.
Notte Bianca hija organizzata minn Festivals Malta, bis-sapport tal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali b'kollaborazzjoni ma' Coca Cola, Vibe FM, u European Heritage Days.
Għal programm dettaljat tal-festival żur www.festivals.mt/nb.
Festivals Malta announces logistical details for Notte Bianca 2025
Tomorrow, Valletta will be transformed into an artistic canvas thanks to Notte Bianca. Festivals Malta, the organisers of Notte Bianca, have announced the final logistical preparations to ensure this festival is a success once again. This edition of Notte Bianca will feature over 70 multidisciplinary projects by local and international artists, ranging from musical performances, to dance, theatre, and much more.
Present for a brief press conference in St George's Square were Festivals Malta Chairman Aaron Zahra, Festivals Malta CEO Frans Agius, Notte Bianca Artistic Director Antoine Farrugia and Valletta Mayor Olaf McKay, along with transport and law enforcement officials.
Festivals Malta Chairman, Aaron Zahra said, “We are looking forward to seeing Valletta in a wonderful atmosphere tomorrow during Il-Lejl Imdawwal 2025. We have several high-quality artistic projects as part of this year’s programme, and I encourage all those who have arts and culture close to their hearts to join us. Safety remains a priority for us and I urge parents to keep a form of identification on their children, and to use public transport as much as possible.”
Festivals Malta CEO Frans Agius said “After months of preparation, another Notte Bianca has finally arrived. We are certain that during this edition you will find something that will interest you, and we look forward to welcoming you to Valletta tomorrow, Saturday 4th October, for one of our country’s largest events. I encourage everyone to attend Notte Bianca and to prepare their itinerary in advance by checking out our programme on our website and social media.”
The speakers present, emphasised the importance of using public transport, which will extend their services during Notte Bianca. These include services from Tal-Linja, Valletta Ferry Services and Gozo Fast Ferry. They announced that Tal-Linja will have several dedicated routes for Notte Bianca to facilitate the use of public transport, while the Gozo Fast Ferry, will extend its services with an final additional trip from Mġarr Gozo to Valletta at 11:30pm and from Valletta to Mġarr Gozo at 00:30am. It was also announced that the Valletta Ferry Services, which include the Three Cities and Sliema ferries, will extend their services until 2am.
For another year, Festivals Malta has ensured that each performance is categorised into a particular artistic route so that audiences can plan their evening better. On the Festivals Malta website, there is also an interactive map that details the location of each performance for ease of reference.
It was also explained that those who prefer to travel by their own vehicle should take note that on Saturday, October 4, Valletta will not be accessible after 4:30 pm. Residents will be able to enter the capital city by presenting their identity card. Transport and security officials will be available on site to manage traffic.
The Ministry and Festivals Malta thanked the Valletta Local Council, the Malta Police Force, Transport Malta, LESA, the Civil Protection Department, Malta Public Transport, the Cleansing and Maintenance Division, and the Lands Authority, for their support and collaboration in making Notte Bianca a success.
Notte Bianca is organised by Festivals Malta, with the support of the Ministry for Culture, Lands and Local Government in collaboration with Coca Cola, Vibe FM, and European Heritage Days.
For a detailed festival programme visit www.festivals.mt/nb.
Comments