top of page

Ħamra

Ħamra

Proġetti - Rotta Ħamra



Il-Maltin Imqarbin

Ritratt: Sergio Morana
Ritratt: Sergio Morana

Ħin: 8pm u 9pm | Post: The Royal British Legion


Il-Maltin Imqarbin huwa xow tal-kummiedji bbażat fuq ix-xow popolari “Naughty Malta!", ċelebrazzjoni ta' konfessjonijiet Maltin tad-daħk. Fix-xow ukoll nistiednu lill-udjenza biex taqsam ftit mis-sigrieti tagħha b’mod anonimu!

Stenna siltiet, teatru improvizzat u rakkonti mingħajr filtru li jiżvolġu f’avventura kaotika u tad-daħk għall-aħħar. Stenna kummenti imqarbin, skandalużi u tal-blieh dwar is-sess, ir-relazzjonijiet u l-ħajja Maltija. Dan ix-xow huwa magħmul għall-adulti biss, imma kollu kemm hu ser jitwasslilkom b’mod amikevoli, imqareb u bi spirtu ta’ ċelebrazzjoni.


Din il-prestazzjoni hija għall-adulti biss (18+).



Ġuri tal-Psataż

Ħin: 10pm, 11pm u 12am | Post: The Royal British Legion


Merħba fil-qorti l-aktar skandaluża ta’ Malta! Il-Madam Imħallef qiegħda tistennikom biex tgħaddikom ġuri dwar il-pjaċiri moħbija, il-fantasiji u l-imġiba imqarba tagħkom, ja Psataż! Ħadd mhu se jaħrab mill-kastigi tagħha hekk kif taqta’ s-sentenza dwar l-aktar każijiet imbarazzanti tagħkom.


Din il-prestazzjoni hija għall-adulti biss (18+).


bottom of page