top of page

Klassika

Klassika

Proġetti - Rotta Klassika



Sinfonija BHU

Ħin: 7:30pm | Post: Pjazza Teatru Rjal


Għan-Notte Bianca ta’ din is-sena, il-Brass House Unit, band ta' 20 mużiċist jingħaqad ma’ orkestra ta’ strumenti ta’ 15 mużiċist u Kor Malta – il-Kor Nazzjonali ta’ Malta għal wirja spettakolari. Il-kunċert se jinkludi wħud mill-aktar biċċiet prolifiċi ta’ kor klassiku – iżda b'differenza. BHU se jagħtu wirja unika ta' dawn il-kapolavuri, billi tittrasformahom f’ġeneri friski u mhux mistennija li jvarjaw minn mużika elettronika għal pop u lil hinn. Ir-riżultat huwa fużjoni ta’ tradizzjoni u innovazzjoni: ċelebrazzjoni tal-wirt mużikali ta’ Malta mbuttata f’territorju ġdid u mhux magħruf.



Eku mill-Passat Malti - Opera Interattiva

Ħin: 7pm & 8:30pm | Post: Sala Isouard, Teatru Manoel


Eku, bidwi tal-mezz-età, sab mod kif jesplora l-passat tal-antennati tiegħu. Imma għandu bżonn l-għajnuna tagħkom! “Eku mill-Passat Malti: Opera Interattiva” tistiednek biex tkun parti mill-ġrajja ta’ Eku hu u jiskopri l-passat bl-użu ta’ dwal interattiv li jiżvelaw mumenti mill-istorja u kultura vibranti ta’ Malta. Dawn ser jieħdu l-ħajja permezz ta' mużika ta’ kompożituri lokali u l-ispirti tal-antenati tiegħu. Agħżel dawl u żvela storja, u skopri l-legat Malti ma’ Eku.



Opera Bianca

Ħin: 7:30pm u 9pm | Post: Sala Isouard, Teatru Manoel


Opera Bianca tistiednek għal serata ta’ opera maħluqa speċjalment għal Notte Bianca. Il-Mezzo-Sopran Raisa Marie Micallef u t-tenur Giosuè Agius, flimkien mal-pjanist Nicholas Conrad, ser jippreżentaw programm ta’ arias u dwetti maħbubin. Mill-Habanera mqanqla ta’ Bizet sa La Donna è Mobile ta’ Verdi, din il-lejla ser tiċċelebra l-passjoni, l-isbuħija u l-maġija tal-vuċi li tittraxxendi kull żmien.



Gregorian Strings

Ħin: 7:15pm u 8:15pm | Post: Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu


Waqt dan il-kunċert ser jiġu esegwiti xogħlijiet ta’ Pierre Luigi di Palestrina, kompożitur ikoniku ta’ mużika sagra polifonika. Dawn ix-xogħlijiet meraviljużi ser jiġu trasformati minn vuċijiet għal sitt strumenti li jenfasizzaw l-isbuhija tal-melodiji.



Notre Dame

Ħin: 7:30pm & 9pm | Post: Bażilika Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu


F’dan il-kunċert, Notre Dame ser jgħaqdu kapolavuri sagri u innijiet maħbubin bit-temi tal-fidi, ir-rieda tal-paċi, il-ħelsien u l-ferħ. Dan huwa l-vuċi tal-poplu —vuċi ta’ talb, ta’ ħelsien u ferħ li jitkanta minn għadd ta’ ġenerazzjonijiet li jingħaqdu flimkien f’armonija.



Arji Sagri

Ħin: 7:30pm, 8:15pm u 9pm | Post: Il-Bażilika ta' San Duminku


Ejja u ċċelebra l-orgni l-ġdid tal-Bażilika ta’ San Duminku f’kunċert ta’ siltiet sagri favoriti. Il-Baritoni Joseph Lia u l-organista Natalia Rakhmatulina ser ikunu qed jippreżentaw arias sagri ta’ Rossini, Verdi, Mendelssohn, Ave Marias maħbubin, u xogħlijiet solo fuq l-orgni.



Sagru Kontemporanju

Ħin: 7:15pm u 8:15pm | Post: Il-Knisja ta' Sant Ursola


Vox Dulcis Chorale jesploraw ripertorju korali minn kompożituri kontemporanji minn ġeneri differenti. Il-programm jinkludi xogħlijiet ta’ Dilworth, Wilby, MacLeod, Archer u għadd ta’ kompożituri kontemporanji oħra. Id-direzzjoni tal-kor hi f'idejn John Anthony Fsadni u se jkun akkumpanjat minn Petra Magri Gatt.


Tota Pulchra

Ħin: 7pm, 8pm, u 9pm | Post: Il-Knisja ta' San Frangisk ta' Assisi


Il-Kor Tota Pulchra jippreżenta programm ta’ mużika sagra u temi ispiranti. Il-kunċert ukoll jinkludi għażla ta’ siltiet minn musicals maħbubin.



Mill-Gallarija tal-Każin

Ħin: 8:30pm u 9:30pm | Post: King's Own Band Club



Strauss Soirée

Ħin:  7:30pm | Post: Malta Chamber of Commerce


Fl-2025, id-dinja qed tiċċelebra l-200 anniversarju mit-twelid ta’ Johann Strauss II, il-kompożitur Awstrijak brillanti magħruf bħala “The Waltz King”. Il-mużika tiegħu qed tiġi ċċelebrata fit-teatri madwar id-dinja permezz ta’ diversi kunċerti, b’mod partikolari fi Vjenna, fejn il-valzi u l-polka tiegħu jqanqlu ferħ fost l-udjenzi. Waqt il-kunċert Strauss Soirée l-udjenza se jkollha l-opportunità li tesperjenza l-eleganza tal-ħajja Vjenniża permezz ta’ diversi xogħlijiet mużikali ta’ Strauss. Fost ir-repertorju vast li se jindaqq matul is-serata, l-udjenza tista’ tgawdi minn siltiet famużi bħal “Tritsch-Tratsch-Polka” u s-silta famuża “The Blue Danube”, fost oħrajn.


Kitarra u Klarinett

Ħin: 7pm - 10pm | Post: Il-Ministeru tal-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali


Ingħaqad mal-kitarrista klassiku Evan Plumpton u l-klarinettista Noel Beck għal serata evokattiva ta’ mużika li tmur lil hinn mill-fruntieri u l-ġeneri. Dan il-programm uniku jinkludi xogħlijiet ispirati mir-ritmi passjonati ta’ Astor Piazzolla, il-pajsaġġi Brażiljani ta’ Heitor Villa-Lobos, u l-mużika sabiħa tal-films ta’ Ennio Morricone.


St Paul Metropolitan Orchestra

Ħin: 7:30pm & 9pm | Post: Il-Pro-Katridral ta' San Pawl


L-SPMO se jipparteċipaw b'26 mużiċist akkumpanjati mit-Tenur Charles Vincenti u s-Sopran Rosabelle Bianchi u se jinterpretaw għażla ta’ arji popolari u favoriti ta’ kull żmien minn opri, operetti u musicals, inklużi "O Mio Babbino Caro", "I Could have Danced all Night", "Non ti Scordar di me", "Intermezzo' minn Cavalleria Rusticana, "Nella Fantasia" ta’ Morricone, "Brinidisi" ta’ Verdi minn La Traviata u ħafna aktar.


Kruż

Ħin: 7pm, 8pm u 9pm | Post: Malta Society of Arts


Ingħaqdu mal-mużiċisti żgħażagħ Matthew Zammit u Amy Borg huma u joħdukom għal kruż mużikali qasir madwar il-Mediterran li ser jibda mill-Palazzo de la Salle (Malta Society of Arts). F’temp ta’ nofs siegħa, huma ser jippreżentaw ripertorju għall-pjanu u vjolin mill-Italja, Franza, Spanja, Greċja, Turkija, u, ovvjament, minn Malta.





Strauss, Reimagined

Ħin: 7:30pm, 8:30pm u 9:30pm | Post: Malta Society of Arts


Biex niċċelebraw il-mitejn sena minn għeluq snin Johann Strauss II, dan il-programm tal-pjanu b'tul ta’ nofs siegħa jerġa' jagħti l-ħajja lix-xogħlijiet l-aktar ċelebrati tar-Re tal-Valz. Siltiet bħal The Blue Danube u Voices of Spring huma trasformati bl-improvizzazzjoni u elementi moderni li joffru perspettiva ġdida tal-mużika ta’ Strauss lill-udjenzi.















bottom of page