top of page

Mużika

Mużika

Proġetti - Rotta Mużika



The Travellers

Stilista: Robert Agius | Ritratt: Edward De Gabriele
Stilista: Robert Agius | Ritratt: Edward De Gabriele

Ħin: 8pm | Post: Pjazza San Ġorġ


The Travellers se jdawwlu l-palk bl-aktar kanzunetti popolari tagħhom interpretati bil-lingwa Maltija. Magħrufin għar-rwol pijunier tagħhom biex iġibu vuċi ġdida fil-mużika lokali, The Travellers iddefinixxew mill-ġdid xi jfisser li tkanta bil-Malti, billi ħalltu melodiji bi strumenti tar-ram flimkien ma’ pop, soul, u narrattiva emozzjonanti. B’kanzunetti li laħqu l-ogħla post fil-klassifiki bħal “Xemx u Xita”, “Ħafi Paċi Kuluri”, u “Ersaq fil-Qrib”, il-prestazzjonijiet tagħhom jirriflettu kemm l-ispirtu tal-gżejjer kif ukoll il-polz tal-mużika kontemporanja. Stenna spettaklu live indimentikabbli mimli enerġija, emozzjoni, u ċelebrazzjoni vera tal-identità Maltija li tirresona ma’ udjenzi ta’ kull età.


Notte Bianca Versatile Show


Ħin: 10pm | Post: Pjazza San Ġorġ


Lestu ruħkom għal lejla indimentikabbli mal-Versatile Orchestra fin-Notte Bianca! Il-palk prinċipali fi Pjazza San Ġorġ se jieħu l-ħajja bi spettaklu mimli enerġija, dwal, u mużika mill-aqwa! Minn 'Espresso Macchiato' u 'Sara Perche Ti Amo' għal kanzunetti klassiċi tar-rock bħal 'We Will Rock You', 'Bohemian Rhapsody' u 'Highway to Hell', dan huwa spettaklu li m'għandekx titlef!!



DCapitals

Ħin: 8.30pm | Post: Pjazza Kastilja


Ingħaqdu ma' DCapitals Big Band fi Pjazza Kastilja waqt Notte Bianca! Taħt id-direzzjoni ta’ George Apap, il-band hija magħmula minn 18-il mużiċist li se jagħtu l-ħajja lill-Belt b’wirjiet mużikali tal-akbar hits mis-snin 80 u 90, flimkien ma’ kanzunetti pop, rock u dance mill-aqwa.



Disco Party

Ħin: 10.30pm | Post: Pjazza Kastilja


Erġa' esperjenza l-mużika tas-snin '90 u '00 Eurodance classics mal-Palace String Orchestra u l-kantanti mill-aqwa tagħhom bħal Karin Duff, Denise Mercieca, Victorio Gauci, Lisa Gauci, u Keith Zammit Mintoff, b'kanzunetti ikoniċi, u briju bla waqfien mimli enerġija, dwal, u mumenti indimentikabbli proprju fil-qalba tal-Belt Valletta.



Music Market

Ħin: 7pm | Post: Pjazza Merkanti



The Golden Era

Ħin: 8.30pm | Post: Pjazza Merkanti



Energie Splash

Ħin: 10.30pm | Post: Pjazza Merkanti


Iżfen mar-ritmu flimkien ma' Energie Splash Big Band! Dan il-grupp Sqalli vibranti jħallat mużika SKA, Swing, Rhythm & Blues, u Pop f'esperjenza unika ta' mużika live. Famużi għall-mużika tagħhom li tħallat l-element ta' ska ma' kanzunetti klassiċi Taljani, dan il-grupp joffri spettaklu mimli entużjażmu, enerġija u briju. Din il-band ħadet sehem ukoll fil-programm 'The Winner is' ippreżentat minn Gerry Scotti.


Klinsmann

Ħin: 9pm | Post: Pjazza Tritoni


Lestu ruħkom għal Klinsmann live waqt Notte Bianca! Flimkien ma' band dinamika, Klinsmann se jippreżenta setlist oriġinali tiegħu inkluż id-debut tal-album tiegħu Chaos & Cadence. L-istil tiegħu jinkludi pop-rock, indie-folk, u pop-punk, b’enerġija elettrika kif jaf joffri Klinsmann. Is-setlist tiegħu hija ispirata minn artisti bħal OneRepublic, Imagine Dragons, The Script, u Bryan Adams.



Rock Circus

Ħin: 10.30pm | Post: Pjazza Tritoni



Ivan Grech ma' Kor Malta u BHU

Ħin: 9pm | Post: Pjazza Teatru Rjal



Barrakka Rock

Ħin: 7pm | Post: Il-Barrakka ta' Fuq


The SouthBeats iżommu l-golden era tar-rock ħajja b’Joe fuq il-kitarra u l-vuċi ewlenija, Tony fuq il-keyboard, Charles fuq il-bass, u Mark fuq id-drums. Is-sett tagħhom jiċċelebra l-ħsejjes klassiċi tas-snin 60 u 70, minn riffs qawwija għal innijiet indimentikabbli.



Different Minds

Ħin: 8.30pm | Post: Il-Barrakka ta' Fuq


Il-kunċert live ta' Different Minds fuq il-palk tal- Barrakka ta' Fuq se jinkludi kanzunetti oriġinali ta' suċċess bħal "Helping Hand" flimkien ma' diversi cover versions ta' kanzunetti klassiċi tal-pop rock. Titilfuhomx!

















Barrakka Latina

Ħin: 10pm | Post: Il-Barrakka ta' Fuq


TUMBAOX hija band Sud Amerikana magħmula prinċipalment minn mużiċisti ta’ talent mill-Kolombja, biż-żieda ta’ artisti Venezwelani, li ġġib f’Malta l-awtentiċità tal-mużika Sud Amerika mħallta ma’ ritmi moderni. TUMBAOX se toffri spettaklu mimli mużika, żfin, u ferħ, li jiċċelebra d-diversità kulturali u s-saħħa tal-mużika Sud Amerikana.



Projekt

Ħin: 7pm | Post: Triq l-Ordinanza


Projekt jippreżenta prestazzjoni enerġetika live li tħallat l-oriġinalità mal-familjarità. Il-band hija magħmula mill-kantant ewlieni u kitarrista Vince Bongailas, flimkien mad-drummer Simon Duca, il-bassist Saviour Pace, u l-pjanista Claire Pace. Is-sett tagħhom se jinkludi kemm kanzunetti oriġinali kif ukoll cover versions dinamiċi bil-Malti u bl-Ingliż, u b’ hekk tinħoloq prestazzjoni unika li tiċċelebra l-identità lokali u l-mużika globali.


The Rock Troupers

Ħin: 8.30pm | Post: Triq l-Ordinanza


The Rock Troupers huwa rock ensemble magħmul minn diversi mużiċisti lokali li ġejjin minn gruppi differenti. Matul in-Notte Bianca se jdoqqu sett ta' interpretazzjonijiet tar-rock magħrufa sew li jinkludu mużika ta' Ozzy Osbourne, Guns’n Roses, ACDC u Queen fost ħafna oħrajn.



Backbeat

Ħin: 10pm | Post: Triq l-Ordinanza


Backbeat se jerġgħu joffru spettaklu waqt Notte Bianca, din id-darba fi Triq l-Ordinanza! Din il-band li fiha kantanti rġiel kif ukoll nisa, tħallat mużika jazz, pop, u rock f'ħoss versatili. B’kanzunetti mit-tmenijiet u disgħinijiet, kif ukoll dawk moderni, Backbeat iwasslu prestazzjoni dinamika li tolqot udjenzi ta' kull età.



Lyndsay & Edward

Ħin: 7pm | Post: Pjazza San Ġwann


Dan il-grupp mużikali li jinkludi l-kantanta Lyndsay Pace u lil Edward Mifsud bħala kitarrist jaqbad l-essenza diversa tal-mużika Maltija. Dawn il-prestazzjonijiet emottivi jelevaw kull kompożizzjoni mużikali għal esperjenza li tħallik issummat b’taħlita unika tal-pop u r-rock. Ir-ripertorju ta’ dan id-duo jkopri spettru sħiħ ta’ ġeneri li jgħaqdu flimkien melodiji tal-widna flimkien mal-instrumentazzjoni filwaqt li joħolqu ġrajja sonika immersiva għall-udjenza.


Hot Club

Ħin: 9pm | Post: Pjazza San Ġwann



Family3 & Fabrizio Fedele

Ħin: 10.30pm | Post: Pjazza San Ġwann


Iltaqa’ magħna għal serata indimentikabbli waqt Notte Bianca f’Misraħ San Ġwann fejn il-laqta vibranti mill-familja ta’ mużiċisti Family3 jingħaqdu mal-virtwosità ta’ Fabrizio Fedele minn Napoli. Dan il-kwartett jgħaqqad taħlita ta’ emozzjoni, konnessjoni u fużjoni moderna. Kull nota toħroġ mimlija bl-enerġija u r-ritmu—filwaqt li l-kitarra ta’ Fedele tinkludi grooves mimlijin sofistikazzjoni u eleganza. Il-kwartett huwa magħruf għal kif jaqbad kanzunetti rock, pop u jazz u jagħtihom laqta u karattru uniku: minn The Beatles għal BB King, minn Bob Dylan sa Bob Marley, u Bill Withers għal Herbie Hancock.


Fuse

Ħin: 7.30pm | Post: Triq Santa Lucija


FUSE hija band magħrufa għal diversi ġeneri differenti u għall-prestazzjonijiet enerġetiċi tagħha b’kanzunetti mill-aqwa, li jinkludu taħlita ta’ kanzunetti pop u dawk klassiċi. Il-prestazzjoni tagħhom se tinkludi kanzunetti popolari bħal “Mamma Mia”, “Shut up and Dance” u “I Will Survive”.


Kelly Marie

Ħin: 9pm | Post: Triq Santa Lucija


Lestu ruħkom għal mużika live b'enerġija mill-aqwa! Kelly Marie u l-band tagħha se joffru spettaklu dinamiku li jħallat kanzunetti klassiċi popolari mal-aqwa kanzunetti tal-lum. Il-playlist tagħhom hija vjaġġ minn għexieren ta' snin ta' suċċessi, minn innijiet rock minn Bon Jovi u Blondie, għal ikoni pop bħal Madonna, sa suċċessi moderni minn Dua Lipa, Maroon 5, u Teddy Swims. Jekk trid tesperjenza ftit nostalġija jew forsi trid tisma' melodiji ġodda, żgur ħa ssib xi ħaġa biex tkanta u tiżfen magħha. Dan l-ispettaklu jiċċelebra l-mużika popolari u jgħodd għal kull età.



Gaia

Ħin: 10.30pm | Post: Triq Santa Lucija


Gaia Cauchi u l-band tagħha se joffru lejla mużikali indimentikabbli għal waqt Notte Bianca, b’lista ta’ kanzunetti magħmula apposta biex kulħadd ikanta magħha. Minn kanzunetti antiki għal dawk klassiċi, imħallta ma’ mużika rock u kanzunetti popolari minn ġeneri differenti, l-ispettaklu se jkun mimli enerġija u nostalġija. Stenna vuċi mill-aqwa, ritmu, u kanzunetti li jgħaqqdu l-ġenerazzjonijiet flimkien fit-toroq tal-Belt Valletta. Prestazzjoni magħmula biex iġġiegħel lill-folla tkanta, tiżfen, u tiċċelebra l-akbar lejla kulturali ta’ Malta.



Duwa tal-Madalena

Ritratt: Andrew Zarb
Ritratt: Andrew Zarb

Ħin: 9pm | Post: Sala San Duminku, Triq Merkanti


“Duwa tal-Madalena” huwa kunċert ta’ Skald. Għal din is-serata speċjali, il-band ser tkun qed tingħaqad mal-udjenza bl-għajnuna ta’ għadd ta’ artisti performattivi, fosthom arti taċ-ċirklu, il-burlesk, it-teatru u aktar.


Skald ser idoqqu mużika ġdida mill-albums tagħhom KURA u MORSA li se jinkludu kanzunetti emozzjonali flimkien ma’ siltiet satiriċ b’temi bħall-politika, in-natura, is-saħħa mentali, il-patrijottiżmu, il-vizzji, il-korruzzjoni, l-imħabba, id-dnubiet, il-fantasija u ħafna aktar.


Dan il-kunċert se jinkludi spettru sħiħ ta’ emozzjonijiet u sorpriżi bl-għan li l-ispettaklu jħeġġeġ diskussjonijiet li fl-istess ħin joħolqu sens ta’ paċi bl-abbiltà tal-mużika li ddewwi.



Jazztet

Ritratt: André Micallef
Ritratt: André Micallef

Ħin: 8pm | Post: The Embassy Hotel


F’dawn l-aħħar snin, Dominic Galea JAZZTET daqqew f’għadd ta’ avvenimenti mużikali prestiġjużi, fosthom: il-Malta Jazz Festival fl-2011 u fl-2020, il-European Central Bank Cultural Days li seħħew fi Franfurt fl-2015, d-Dusseldorf Jazz Rally fl-2019 fost l-oħrajn. Magħmul minn sitt mużiċisti lokali, il-JAZZTET ser ikun qed jerġgħu jżuru ftit mill-aktar siltiet popolari tal-ġeneru tal-jazz minn perjodi differenti waqt Notte Bianca 2025. Din ser tkun lejla ta’ divertiment mill-aqwa għall-ammiraturi tal-jazz.


Paul Giordimania ft. Nadine Axisa

Ħin: 10pm | Post: The Embassy Hotel


Paul Giordimaina Band u Nadine Axisa ser ikunu qed jinterpretaw siltiet “Pop” b'arranġamenti fi stil jazz. Flimkien ma’ Paul Giordimaina, ser ikun hemm il-keyboard player Harry Eddleston, filwaqt li fuq id-drums ser ikun hemm id-drummer b’stil uniku Manwel Pulis. Is-setlist li ntgħażel speċjalment għal Notte Bianca garantit li jinżel għasel mal-udjenza!



Alma & Rhythm

Ħin: 7pm, 8pm u 9pm | Post: Gran Salon, Mużew tal-Arkeoloġija


Alma & Rhythm tgħaqqad Compañía Danza Maraquilín u Morgan Mage & Friends, taħlita unika ta ’żfin Spanjol u mużika kontemporanja. Ispirata minn Notte Bianca 2024, Alma & Rhythm tħallat ritmi tradizzjonali ma’ ħsejjes moderni u tinkludi lil Morgan Mage fuq il-kitarra akustika, Paulo Amaral fuq il-perkussjoni u Tristan Oa fuq is-sassofonu. Ir-riżultat hu kollaborazzjoni kulturali u artistika li hija ċelebrazzjoni innovattiva, u hija narrattiva unika u dinamika li tiġi espressa fi żfin tal-flamenco u emozzjonijiet imqanqlin.


bottom of page