top of page

Teatru

Teatru

Proġetti - Rotta Teatru



Maestrissimo

Ħin: 6pm u 10pm | Post: Teatru Manoel


Maestrissimo huwa spettaklu li jieħu s-sura ta’ kunċert klassiku u kummiedja satirika, filwaqt li joffri stampa ta’ żminijiet passati. Purament fl-istil distint ta’ Yllana, dan l-ispettaklu juri l-avventuri u l-isfortuni ta’ grupp ta’ mużiċisti tas-sekli 17 u 18 (fi żmien il-Barokk u n-Neoklassiċiżmu). Mużiċist li ma jafu ħadd, iżda ta' talent kbir, ifittex li jikseb il-fama u t-titlu ta’ maestrissimo. Se jkunu biżżejjed it-talent tiegħu biex jagħmel isem għalih innifsu f’dinja daqshekk ġerarkika?


Jiena Mario

Ħin: 7pm, 8:30pm u 9:45pm | Post: Teatru, Spazju Kreattiv


Jiena Mario, miktub minn Joe Julian Farrugia, huwa monologu kommoventi iżda umoristiku interpretat minn Mario Micallef, li jieħu r-rwol tiegħu nnifsu permezz tal-esperjenzi ta’ ħajtu stess. Minn esperjenza tal-Covid fejn wasal viċin mewtu għal memorji tat-toroq, il-karattri u t-tradizzjonijiet tal-Belt Valletta, huwa jħallat in-nostalġija mal-umoriżmu, it-talb mal-kummiedja, u t-taqbid personali mal-kburija ċivika fi vjaġġ teatrali affaxxinanti.



End of the Line

Ħin: 7pm u 8:30pm | Post: Ċentru ta' Interpretazzjoni, il-Knisja ta' Santu Wistin


Is-Sur Sciberras miet. Traġedja tolqot il-velja tiegħu. Żjara mhux mistennija tħejji lill-aħwa Samantha u Emily għal lejl diffiċli. Il-lealtà tiġi ttestjata u r-rivalitajiet jinħolqu. Pjan qarrieqi jitwaqqaf. Issir impossibbli li tafda. Il-mistoqsija hi: min se jibqa' sa tmiem il-velja?



Faqqalu Reel!

Prestazzjoni li timxi minn post għal ieħor


Ħin - Post

7pm - Pjazza l-Assedju l-Kbir

8:45pm - Pjazza San Ġwann

9:30pm - Pjazza Assedju l-Kbir


Inbidlet Malta, jew iffurmajnieha mill-ġdid? Luke, content creator, qed jiffaċċja mument eżistenzjali. Żewġ Maltin, bħallikieku minn titjira lura fil-ħin b'low cost airline, jaraw belt mingħajr bibien u Parlament qisu bħall-ġobon tat-toqba. Fejn hi l-Malta ta’ dari? Issa ninsabu quddiem il-Qorti tagħha. Stenna sketches, improvizzazzjoni, u rakkonti ta’ stejjer mhux iffiltrati kollha f'ġrajja waħda kaotika u umoristika.


bottom of page