Żfin

Proġetti - Rotta Żfin
Variations on Dusk

Ħin: 7:30pm u 9:30pm | Post: Gran Salon, Il-Mużew tal-Arkeoloġija
Varjazzjonijiet fuq l-Għabex hija prestazzjoni interdixxiplinarja, li timmedja l-mument tranżizzjonali tal-għabex permezz tal-ġisem. Żewg żeffiena jfittxu li jibqgħu f'dan l-ispazju impermanenti, sospiżi bejn bidu u tmiem, u flimkien jesplorawpossibbiltajiet ġodda għall-eżistenza mal-mogħdija inevitabbli taż-żmien.
Duende

Ħin: 7:45pm u 9:15pm | Post: Teatru, Spazju Kreattiv
Spettaklu li jħallat il-ballet klassiku maż-żfin Spanjol, ispirat mill-mużika ta’ Charles Camilleri. Ippreżentat fi Spazju Kreattiv, dan il-proġett jara liż-żeffiena ta’ Seed Dance Studios taħt id-direzzjoni ta’ Marisha Bonnici, li jiċċelebraw l-ispirtu tad-duende permezz ta’ moviment mimli passjoni u artistija lil hinn mill-ħila teknika.
Pink

Ħin: 7:30pm (ongoing) | Post: It-Taraġ ta' Bieb il-Belt
Moveo jistedinkom ħdejn it-taraġ ikoniku ta' Bieb il-Belt f’dinja fejn il-memorji jilgħabu bina. Din il-prestazzjoni speċifika għas-sit tesplora kif moħħna xi kultant isawwar mill-ġdid il-passat, u joħloq illużjonijiet li jipproteġuna jew jissorprenduna. Il-viżwali u l-moviment jittrasformaw it-taraġ f’kanvas ħaj, u jistednukom tirriflettu, titbissmu, u tistagħġbu b'modi umoristiċi kif il-memorja tista’ tiġi mmanipulata. Poetika, u viżwalment affaxxinanti, din il-prestazzjoni twiegħed li tbiddel mument qasir f’xi ħaġa li ma tinsiex.
RIDM fil-Belt
Prestazzjoni li timxi minn post għal ieħor
Ħin: 7pm - 10pm | Post: Palazzo Ferreria
Border

Ħin: 7pm, 8:30pm u 9:30pm | Post: Chamber of Commerce
BORDER, prestazzjoni minn ŻfinMalta l-Kumpanija taż-Żfin Nazzjonali, tirrifletti fuq il-linji li niġbdu bejnietna, li jifirduna u jsostnuna. Bħal rabtiet u tqattigħ ta’ ħbula, il-ġisem jingħaqad u jinkiser, u jikxef abbiss ta’ memorji u ritwali ripetittivi. BORDER tesplora ritorn għat-tradizzjoni b’reazzjoni għad-deterjorazzjoni, tfittxija għad-definizzjoni ggwidata minn biża’ mill-futur.
Koreografija - Matthew William Robinson
Disinn tal-Kostumi - Holly Knowles
Direzzjoni Artistika (Notte Bianca) - Jon Banthorpe
Disinn tad-Dwal - Dali Aguerbi