top of page

Għannejja Ġodda

Ġim, 22 ta’ Mej

|

L-Argotti

Għannejja Ġodda
Għannejja Ġodda

Time & Location

22 Mej 2026 21:00 – 21:45 CEST

L-Argotti, L-Argotti, Il-Furjana, Malta

About the event

Matul l-ewwel xhur tal-2026, Festgħana stiednet lil parteċipanti bejn it-13 u t-30 sena biex jieħdu sehem f’taħriġ għall-Ġħannejja Ġodda. Dan il-proġett tmexxa minn Alexander Vella Gregory, bis-sehem ta’ Karol u Jorge Aquilina ta’ Nofsillejl.Fl-ewwel serata ta’ Festgħana se nisimgħu uħud mill-parteċipanti li tħarrġu fuq l-għana tal-fatt, jgħannu għażla ta’ versi mill-kwantità kbira t’għana tal-fatt miġbura matul is-seklu 20.


Dan il-proġett sar bil-kollaborazzjoni ta’ Spazju Kreattiv, ir-Reġjun Port, ir-Reġjun Punent, u RIDT.


Dwar it-Tim: 


Alexander Vella Gregory


Alexander Vella Gregory twieled Malta fl-1984. Studja l-pjanu ma’ Paul Borg u Joanne Camilleri, u fl-2013 kiseb diploma ta’ Fellowship tal-London College of Music (FLCM). Fl-2002 rebaħ il-Ian Tomlin Napier/Malta Music Scholarship, li permezz tiegħu istudja għal B.Mus (Hons) fil-kompożizzjoni fl-Ian Tomlin School of Music fl-Università ta’ Edinburgh Napier, fejn iggradwa bl-unuri f’Lulju tal-2006.

Alexander huwa attiv bħala kompożitur, performer u għalliem. Ix-xogħlijiet tiegħu ġew esegwiti f’Malta, Londra, Berlin, Pariġi, Edinburgu, Vjenna, Frankfurt, Praga, Lisbona, il-Finlandja, l-Armenja, il-Bulgarija…


Share this event

bottom of page