
L-Istorja Tagħna
1942


Jum il-Vitorja
Ifakkar it-tmiem ta’ tliet assedji storiċi li saru fuq l-arċipelagu Malti – l-Assedju l-Kbir ta’ Malta mill-Imperu Ottoman li ntemm fl-1565, l-Assedju tal-Belt Valletta mill-Imblokk Franċiż li ntemm fl-1800, u l-Assedju ta’ Malta matul it-Tieni Gwerra Dinjija mill-forzi tal-Assi li ntemm fl-1943.
1565 - 1800 - 1942

1974

Jum ir-Repubblika
Dan il-jum jiċċelebra l-anniversarju tal-ħolqien tar-Repubblika ta’ Malta fl-1974 u t-tmiem tar-rwol ta’ Eliżabetta II bħala Reġina ta’ Malta, li taħtha Sir Anthony Mamo, l-aħħar Gvernatur Ġenerali, ħa l-ġurament bħala l-ewwel President. It-truppi Brittaniċi ma ħallewx il-pajjiż qabel il-31 ta’ Marzu 1979.
13 ta' Diċembru 1974


Il-Pajjiż Tagħna
L-Istorja Tagħna

Vitorja
Infakkru Jum il-Vitorja
F’Malta Jum il-Vitorja hija festa nazzjonali, li tonora tlett assedji kruċjali li seħħew fl-istorja ta dawn il Gżejjer. Mijiet ta Maltin bil-qlubija tagħhom issagrifikaw ħajjithom biex jiddefendu l-art twelidhom waqt dawn l-assedji. Għadd li dawn l-avvenimenti ikopru tlett perjodi storiċi differenti, kull wieħed kellu sehem sinifikanti fil-bidla li saret f’Malta kemm politikament kif ukoll soċjalment.
Iċ-ċeremonja uffiċjali ta Jum il-Vittorja issir ħdejn il-monument nazzjonali tal-Assedju il-Kbir f’Misraħ L-Assedju il-Kbir fi Triq ir-Repubblika. Dan il-monument oriġinarjament ġie mwaqqaf biex jfakkar ir-rebħa tal-Assedju il-Kbir tal 1565, iżda illum il-ġurnata jirrappreżenta it-tlett avvenimenti importanti li jiġu imfakkra f’dan il-jum.
Għal din iċ-ċeremonja li ssir quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir jattendu il-Prim Ministru ta’ Malta u l-għola uffiċjali tal gvern. Mistieden distint magħżul mill-Prim Ministru, jagħmel diskors li jirrifletti it-tbatija li għaddew minnha il-ġenerazzjonijiet tal-passat, kif ukoll il progress li sar f’Malta matul iż-żminijiet. Wara ikun hemm it-tqegħid tal-kuruni biex jonoraw il-qalbiena tan-nazzjon. Din it-tradizzjoni kienet inbdiet fl-1927, f’jum l-inawgurazzjoni tal-mafkar.
Wara li kien hemm waqfien miċ-ċelebrazzjoni minħabba it-Tieni Gwerra Dinjija, Dun Karm Psaila il-poeta nazzjonali kien intgħażel bħala l-ewwel kelliem. Illum il-ġurnata, l-avveniment jiġi fi tmiemu bid-daqq tal-Innu Nazzjonali.
Lejliet Jum il-Vitorja, l-Arċisqof ta’ Malta iqaddes quddiesa Pontifikali f’waħda mill parroċċi iddedikata lit-Twelid tal-Madonna, magħrufa ukoll bħala Il-Madonna tal-Vitorja. L-erbgħa parroċċi b’din id-dedikazzjoni huma il-Mellieħa, in-Naxxar, Senglea u ix-Xagħra Għawdex. Insibu aktar knejjes żgħar b’din id-dedikazzjoni li ukoll jiċċelebraw din il-festa nazzjonali u reliġjuża tant importanti.
Fit-8 ta Settembru, il-President ta’ Malta flimkien mal-President tal kumitat Festi Nazzjonali ipoġġu fjuri fuq il-monument tal-Assedju il-Kbir fil Belt Valletta, u wara ikun hemm parata mill Forzi Armati ta’ Malta. Jitpoġġew ukoll kuruni fuq l-oqbra tal-vittmi tal-Assedju fil-Forti Sant’Anglu, fuq il-monument tal-Vitorja fil-Birgu, il-monument tar-Rebħiet fl-Isla, u fuq l-oqbra tal-vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija fiċ-ċimiterju tal-Addolorata. Wara Nofsinhar issiru it-tiġrijiet tradizzjonali tad-dgħajjes magħrufa bħala ir-Regatta fil-Port il-Kbir.
Jum il-Vitorja
Add paragraph text. Click “Edit Text” to update the font, size and more. To change and reuse text themes, go to Site Styles.







