top of page

Jum l-Indipendenza

Jum l-Indipendenza jimmarka l-ħelsien ta’ Malta mill-Ingilterra f’ Settembru tal-1964, jum li stabblixxa lil Malta bħala pajjiż sovran.

21 TA' SETTEMBRU 1964

Jum l-Indipendenza

Jum l-Indipendenza


Fl-1813, Malta irċeviet l-ewwel kostituzzjoni mingħand l-awtoritajiet Ingliżi. Iżda, din il-kostituzzjoni ma kienetx tagħti l-ebda libertà politika jew awtorità lill-Maltin, minħabba li kienet ħafna ristretta. Matul is-seklu 19 ingħataw numru ta’ kostituzzjonijiet, iżda dejjem żammew il-poter f’idejn l-awtoritajiet Ingliżi. Kien biss fl-1921 meta bil-Kostituzzjoni Amery-Milner Malta ingħatat għall-ewwel darba Gvern Responsabbli. Għalkemm din il-kostituzzjoni kienet irtirata aktar tard u ġiet mogħtija oħra minflokha, it-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija wassal għal determinazzjoni politika fost il-Maltin biex jingħataw aktar saħħa politika u awtonomija.

 

Wara numru ta’ diskussjonijiet, l-Ingilterra qablet li tagħti l-indipendenza lil Malta. id-data magħżula kienet 21 ta’ Settembru 1964. Kostituzzjoni ġdida tat lil Malta awtonomija politika, il-poter li tagħmel il-ligijiet u fl-istess ħin tkun eliġibbli biex tissieħeb ma’ entitajiet u għaqdiet internazzjonali, bħal L-Istati Uniti. Malta saret membru tal-British Commonwealth, bir-Reġina Eliżabetta tkun il-Kap tal-Istat. Din l-istruttura monarkika kompliet sal-1974, meta Malta kienet iddikjarata Repubblika.

 

Il-kostituzzjoni tal-1964 irrikonoxxijiet uffiċjalment il-Malti bħala il-lingwa nazzjonali, u l-Malti u l-Ingliż bħala lingwi uffiċjali. Aktar minn hekk, l-innu malti u l-kuluri nazzjonali ġew rikonoxxuti bħala simboli nazzjonali, biex tissimbolizza l-identità Maltija fil-qafas legali.

 

Iċ-ċerimonja uffiċjali tal-Indipendenza inżammet fil-Floriana, fejn attendew eluf ta’ Maltin li raw l-iffirmar u l-għoti tad-dokumenti tal-Indipendenza lil Prim Ministru Dr Giorgio Borg Olivier.

 

Tifkira ta’ Jum l-Indipendenza

 

Jum l-Indipendenza f’Malta jiġi iċċelebrat fil-21 ta’ Settembru. Dan huwa jum li jkun imfakkar sew biex ikun imfakkar l-għoti tal-Indipendenza mill-Ingilterra fl-1964. L-attivitajiet tal-jum jibdew b’quddiesa Pontifikali fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann, immexxijja mill-Arċisqof ta’ Malta. Din il-quddiesa hija parti tradizzjonali mill-festi, fejn għalija jinġabru kapijiet tal-pajjiż, dinjitarji u ċittadini f’mument ta’ riflessjoni u ringrazzjament.

 

Wara l-quddiesa ikun hemm iċ-ċerimonja ta-tqegħid tal-fjuri quddiem il-mafkar għall-Indipendenza fil-Floriana. Għal din iċ-ċerimonja jkun hemm l-ogħla uffiċjali tal-pajjiż, fosthom il-President, Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni, fejn jonoraw l-ispirtu nazzjonali.

 

Filgħaxija, jkun hemm il-Kunċert ta’ Jum l-Indipendenza, li twassal għat-tmiem taċ-ċelebrazzjonijiet. Dawn il-festi jkunu organizzati mill-Kumitat Festi Nazzjonali u jkunu taħt il-patroċinju tal-President. Il-kunċert juri l-wirt rikk mużikali Malti. Il-kunċert jingħata mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u magħha jkun hemm soprani Maltin, li joffru spettaklu li turi il-kobor u l-ferħ ta’ dan il-jum sinjifikanti.

bottom of page