Jum ir-Repubblika
Jiċċelebra l-anniversarju tal-ħolqien tar-Repubblika ta’ Malta fl-1974, u t-tmiem tar-rwol ta’ Eliżabetta II bħala Reġina ta’ Malta, li taħtha Sir Anthony Mamo, l-aħħar Gvernatur Ġenerali, ħa l-ġurament bħala l-ewwel President. It-truppi Brittaniċi ma ħallewx il-pajjiż qabel il-31 ta’ Marzu 1979.
13 TA' DIĊEMBRU 1979

Jum ir-Repubblika
Wieħed mill-aktar mumenti importanti fl-istorja politika moderna ta’ Malta kien fit-13 ta’ Diċembru 1974, meta Malta kienet iddikjarata uffiċjalment Repubblika. Hekk kif ingħatat l-Indipendenza mill-Ingilterra fl-1964, Malta saret membru tal-British Commonwealth, bir-Regina Eliżabetta tkun il-kap kostituzzjonali tal-pajjiż. Iżda, il-gvern Malti, immexxi mill-Prim Ministru, il-Perit Dom Mintoff, kellu l-ħsieb li jkun hemm sovranità nazzjonali billi tinbidel minn monarkija għal repubblika.
It-tibdil kostituzzjonali li kien introdott fl-1974 biddel lil-monarka Ingliż għal President ta’ Malta bħala kap tal-pajjiż. B’hekk Malta baqgħet membru tal-British Commonwealth iżda issa bħala repubblika. Fi ħdan l-istruttura ġdida tar-Repubblika, il-President ntagħżel bħala kap ċerimonjali tal-pajjiż, bl-awtorità eżekuttiva tkun f’idejn il-Prim Ministru u l-Parlament. Ir-rwol tal-President hija biex juri l-għaqda nazzjonali u jara li jkunu imħarsa il-prinċipji kostituzzjonali, għalkemm l-uffiċju Presidenzjali għandu ċertu poteri, bħal li jappunta lil Prim Ministru l-Imħallfin.
Kemm ilha li saret Repubblika, Malta baqgħet tifforma parti mill-British Commonwealth u żviluppat identità nazzjonali, filwaqt li kompliet tieħu sehem fil-kamp internazzjonali, fejn aktar tard issieħbet fl-Unjoni Ewropeja fl-2004.
Il-bidla li seħħet fl-1974 kien moment importanti, fejn poġġa fuq pedamenti sodi lil Malta moderna, indipendenti u sistema ta’ gvern repubblikan, Sistema li għadha titħaddem sal-lum.
Matul is-seduta Parlamentari ta’ Diċembru 13, 1974, Sir Anthony Mamo, li kien qed isservi bħala l-Gvernatur Ġenerali ta’ Malta f’dak il-mument, jintagħżel biex ikun l-ewwel President ta’ Malta. Sir Anthony Mamo kien l-Prim Imħallef u aktar tard ntagħżel biex ikun l-ewwel Gvernatur Ġenerali Malti. Bil-bidla ta’ Malta għal Repubblika, huwa ntagħżel biex immexxi l-Malta f’dan i-mument polittiku ġdid, f’rwol ġdid għal Malta, bħala l-ewwel kap tal-Istat ta’ Malta Repubblika.
Jum ir-Repubblika jkun imfakkar b’diversi attivitajiet madwar Malta. Il-President jippresiedi waqt iċ-ċerimonja tal-għoti tal-unuri fil-Palazz Presidenzjali tal-Belt Valletta, fejn ikunu onorati numru ta’ persuni li jkunu eċċellaw fil-qasam partikulari tagħhom. Fost l-attivitajiet ikun hemm ukoll spettaklu tal-logħob tan-nar fuq u madwar il-Port il-Kbir, u tpoġġiha ta’ girlandi madwar il-mafkar tar-Repubblika fil-Marsa.
Ta’ kull sena, l-attivitajiet jaslu fit-tmiem tagħhom bil-parata militari magħrufa bħala “Trooping the Colour” f’Misraħ San Ġorġ, fil-Belt Valletta. Bħala membru tal-British Commonwealth, Malta għadha iżżomm din it-tradizzjoni militari Ingliża fejn il-banda tal-Forzi Armati timmarċja, u jkollha il-kuluri Presidenzjali. Il-parata tinkludi ukoll salut formali lil President ta’ Malta, u ċ-ċerimonja tiġi fit-tmiem tagħha bi sparatura feu de joie mis-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta.