Jum il-Ħelsien
Jum li jiċċelebra l-irtirar tat-truppi Brittaniċi u r-Royal Navy minn Malta fl-1979. Malli ħa l-poter fl-1971, il-Gvern Laburista indika li ried jinnegozja mill-ġdid il-ftehim tal-kiri mar-Renju Unit.
31 TA' MARZU 1979

Jum il-Ħelsien – 31 Marzu 1979
Fis-sajf tal-1798, il-poplu Malti, imdejjaq bil-presenza u l-politika tal-forzi Franċiżi Rivoluzzjonarji li kienu qed jokkupaw il-gżejjer, qamu kontrihom. Il-Maltin talbu l-għajnuna tar-Re Ferdinandu I, ir-Re tar-Renju taż-Żewġ Sqallijiet, kontra l-qawwa Franċiża. Ftit wara intbagħtu bastimenti Ingliżi u Portugiżi ħalli jgħinu fl-imblokk tal-Franċiżi. Dan l-imblokk, flimkien mar-resistenza tal-Maltin, wassal għal sentejn ta’ assedju, sakemm il-Franċiżi ċedew fl-1800.
Għal bidu, il-presenza Ingliża f’Malta, kellha tkun ta’ għajnuna temporanja fil-ġlieda kontra l-Franċiżi, xi haġa li żviluppat aktar minn hekk. Bi Trattat ta’ Pariġi tal-1814, Malta kienet formalment mogħtija lill Ingilterra, u b’hekk saret kolonja Ingliża. Dan il-ftehim ta bidu sinifikattiv għall-influwenza Ingliża fuq il-gżejjer Maltin, li kellha iddum għal 150 sena. Matul dan il-perjodu, Malta spiċċat bħala bażi marittima importanti u post strateġiku tal-Imperu Brittanniku. Dan ħalla influwenza fuq il-lingwa, is-sistema legali kif ukoll fuq l-infrastruttura.
Fiż-żmien l-Ingliżi, Malta saret bażi navali importanti, speċjalment għall Flotta Ingliża tal-Mediterran. Il-pożizzjoni strateġika fiċ-ċentru tal-Mediterran offriet lill-Ingliżi biex bil-flotta jikkontrollaw ir-reġjun ferm aħjar. Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, l-importanza ta’ Malta inbidlet minn bażi militari u navali għal waħda ta’ sapport mediku. Fil-fatt, Malta spiċċat bażi ferm importanti minħabba is-servizz mediku li beda jingħata fl-isptarijiet. Eluf ta’ suldati kienu inġiebu lejn Malta, tant li Malta spiċċat magħrufa bħala “In-Ners tal-Mediterran”, titlu li tirrifletti l-għajnuna u l-involviment matul il-gwerra.
It-Tieni Gwerra Dinjija ġabet realtà aktar ħarxa għal Malta. Minħabba l-pożizzjoni strateġika ta’ Malta għall-Alleati, Malta spiċċat attakkata mill-Assi kontinwament. Il-qawwiet Ġermaniżi u Taljani għamlu minn kollox biex jinnewtralizzaw lil Malta. Għal aktar minn sentejn, il-gżejjer sofrew attakki kontinwi, imblokk li wassal għan-nuqqas ta’ ikel u oġġetti oħra. Għalkemm it-tbatija kbira li batew, il-Maltin komplew urew kuraġġ u resistenza kontinwa. Minħabba il-kuraġġ u d-determinazzjoni tal-poplu Malti, ir-Re Ġorġ VI onora lil Malta bl-onorifiċenza tal-George Cross fl-1942, unur li jirrappreżenta il-kuraġġ u s-sagrifiċċju kollettiv tal-poplu.
Wara it-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija, hekk kif kien hemm moviment lejn id-dekolonizazzjoni li ħakem l-Imperu Ingliż, Malta tat bidu għal vjaġġ lejn Gvern Responsabbli u Indipendenza. Wara negozjati li wrew ix-xewqa ta’ Malta lejn awtonomija u l-bidla tar-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, l-Ingilterra tat l-Indipendenza lil Malta fil-21 ta’ Settembru 1964. Malta saret stat sovran u membru tal-British Commonwealth, li tissimbolizza kapitlu ġdid fl-istorja ta’ Malta. Iżda, minħabba it-tensjoni tal-Gwerra Bierda u l-pożizzjoni strateġika ta’ Malta, l-Ingilterra żammet il-bażi militari tagħha f’Malta. b’hekk , Mediterran.
Kien 31 ta’ Marzu 1979 meta Malta iċċelebrat moment importanti fl-istorja reċenti. Dak in-nhar il-kuntratt li kien hemm mal-Gvern Ingliż dwar il-bażi militari f’Malta, skada, u b’hekk ġie fit-tmiem tiegħu il-presenza Ingliża f’Malta, wara kważi mija u tmenin sena. Dan il-jum huwa magħruf Jum il-Ħelsien u dan kien ifisser sovranità kompluta għal Malta, u ħelsien minn kull bażi militari barranija.
Iċ-ċerimonja storika inżammet il-Birgu, quddiem il-mafkar tal-Ħelsien, simbolu tal-mixja twila ta’ Malta lejn indipendenza. Kien il-Prim Ministru Dom Mintoff li mexxa ċ-ċerimonja. Eluf ta’ nies kienu preżenti fit-toroq u l-inħawi, biex jassistu għal dak il-mument storiku, meta Malta għaddiet uffiċjalment għal pajjiż indipendenti u mingħajr forzi militari Maltin ibbażati f’Malta.
Jum il-Ħelsien huwa jum nazzjonali f’Malta, li jiġi imfakkar fi-31 ta’ Marzu, jum li jfakkar il-vjaġġ twil ta’ pajjiż lejn sovranità u indipendenza.
L-għada, 1 ta’ April, l-aħħar forzi militari Ingliżi telqu minn Malta, li waslu għat-tmiem ta’ kważi mitejn sena ta’ presenza militari f’Malta.
Tifkira ta’ Jum il-Ħelsien
Jum il-Ħelsien huwa kapitlu importanti fl-istorja ta’ Malta, li jiġi imfakkar kull sena b’ċerimonji f’diversi lokalitajiet madwar Malta. Dan l-avveniment nazzjonali jonora l-mixja ta’ Malta lejn indipendenza u t-tmiem tal-presenza militari, li tressaq il-komunità flimkien biex tirrifletti dwar is-sovranità mirbuħa.
Għal preparazzjoni ta’ Jum il-Ħelsien, il-Korp tal-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta jagħtu spettaklu mużikali f’Misraħ San Ġorġ, fil-Belt Valletta. Wara dan l-avveniment ikun hemm numru ta’ ċerimonji li jinżammu quddiem il-Mafkar tal-Gwerra fil-Floriana u quddiem i-Mafkar tal-Ħelsien fil-Birgu. Matul dawn iċ-ċelebrazzjonijiet, uffiċjali governattivi u dinjitarji, fejn ikun hemm il-President, il-Prim Ministru, u il-Kap tal-Oppożizzjoni jpoġġu kuruni quddiem dawn l-imfakar u jagħmlu diskors tal-okkażjoni. Waqt iċ-ċerimonji jkun hemm il-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta li iġġib iċ-ċerimonja fit-tmiem bid-daqq tal-Innu Malti.
Waħda mill-aktar avvenimenti mistennija f’Jum il-Ħelsien tkun ir-Regatta, li tkun organizzata mill-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor. Din il-kompetizzjoni tkun missielta bejn numru ta’ bliet tal-madwar il-Port il-Kbir fosthom Valletta, Vittoriosa (Birgu), Senglea (Isla), Cospicua (Bormla) u oħrajn. It-tlielaq jinżammu fil-Port il-Kbir. Fit-tmiem tat-tlielaq tingħata ix-shield lid-distrett li jkun ġab l-akbar numru ta’ punti. Dawn it-tlielaq joffru spettaklu ta’ sport u rivalità bejn l-għaqdiet.