top of page

Il-Legat ta’ Ġanmarì Spiteri Amletu

Sib, 23 ta’ Mej

|

L-Argotti

Il-Legat ta’ Ġanmarì Spiteri Amletu
Il-Legat ta’ Ġanmarì Spiteri Amletu

Time & Location

23 Mej 2026 22:30 CEST – 24 Mej 2026 23:00 CEST

L-Argotti, L-Argotti, Il-Furjana, Malta

About the event

F’Settembru tal-2025, il-kantat popolari Malti Kevin Borg skopra li huwa dixxendent ta’ wieħed mill-aktar għannejja li spikkaw f’nofs is-seklu 20. Ġanmarì Spiteri Amletu kien ħu in-nanna paterna ta’ Kevin. Mad-dilettanti antiki tal-għana, isem Amletu huwa fost dawk tal-għannejja l-kbar tas-snin ta’ wara t-tieni gwerra dinija. Għandna m’uħud mill-aktar għannejja ċelebri bħal Pawlu Seychell l-Għannej, Ċikku Degiorgio Tal-Fjuri, u Salvu Darmanin Ir-Ruġel.


F’kollaborazzjoni ma’ Karol u Jorge Aquilina ta’ Nofsillejl, Kevin għażel għadd t’għanjiet miż-żigarelli li jeżistu ta’ Ġanmarì Amletu. U allura, waqt l-ewwel edizzjoni ta’ Festgħana se nisimgħu lil Kevin Borg jgħanni għall-ewwel darba fil-pubbliku, f’kontinwazzjoni tal-legat ta’ dan l-antenat tiegħu.


Kevin Borg Bio


Kevin Borg huwa kantant, kittieb tal-kanzunetti u produttur Malti mill-Floriana li kiseb rikonoxximent internazzjonali wara li rebaħ Swedish Idol. Minn dak iż-żmien ’l hawn bena karriera globali, fejn ta aktar minn 500 kunċert madwar id-dinja u laħaq miljuni ta’ semmiegħa fuq pjattaformi diġitali.


Bħala kittieb tal-kanzunetti u produttur, Borg…


Share this event

bottom of page