

Time & Location
22 Mej 2026 22:15 – 23:00 CEST
L-Argotti, L-Argotti, Il-Furjana, Malta
About the event
L-ewwel serata ta’ Festgħana tagħlaq b’siegħa spirtu pront minn erbgħa għannejja stabbiliti. Dawn huma l-għannejja prinċipali li dehru fil-film Żejtune. Magħhom u d-daqqaqa li jakkumpanjawhom, induqu l-iprem eżempji ta’ din il-forma t’għana Malti mill-aktar popolari u li għada ħajja sew fi żmienna, kif jidher ċar minn dan il-film ġdid. Meta ngħidu għana Malti, l-ewwel ħaġa li jaħsbu dwarha n-nies li mhux midħla tal-għana hija indubjament il-forma tal-botta u risposta li nsibu bejn l-ewwel u t-tielet għannej, filwaqt li t-tieni u r-raba’ jgħannu ma’ xulxin bl-istess mod.
Għannejja :
Nenu Borg il-Brazz, Raymod Laferla r-Ruman, Jesmond Galea ta’ Kalora, Lawrence Galea ta’ Kalora
Daqqaqa:
Karol Aquilina (prim) u Jorge Aquilina
Dan ir-ritratt huwa meħud mill-film Żejtune.