Workshop: L-Użu tal-Fotografija fit-Tkattir tal-Wirt Kulturali Intanġibbli tal-Għana Malti
Ħam, 21 ta’ Mej
|Floriana Local Council


Time & Location
21 Mej 2026 19:00 – 20:30 CEST
Floriana Local Council, VGR3+HPJ, Floriana, Malta
About the event
Bl-għan li jinġabru ritratti tal-parteċipanti kollha f’Festgħana b’mod li jkunu aċċessibli għall-użu tat-tkattir tal-għarfien globali dwar l-għana Malti, Festgħana qed jistieden lil fotografu Pollakk Wojciech Pędzich biex jagħti workshop dwar il-mod kif jaħdem hu. Dan il-workshop huwa t’interess partikolari għad-dilettanti tal-fotografija, speċjalment dawk li japprezzaw il-wirt kulturali intanġibbli.
F’din il-workshop jingħataw eżempji ta’ kif jistgħu jintużaw ir-ritratti tal-parteċipanti ta’ Festgħana fuq il-Wikipedia, l-akbar enċiklopedija fid-dinja, u jkun hemm opportunità li jinġibdu ir-ritratti waqt l-attivitajiet tal-Ġimgħa filgħaxija fl-Argotti biex jinħadmu fit-tieni parti tal-workshop, li ssir is-Sibt filgħodu.
Dawn il-workshops ser ikunu bl-Ingliż.
Dwar il-Mexxej tal-Workshops:
Wojciech Pędzich huwa Wikimedjan (persuna li tissapportja u tikkontribwixxi lejn il-Wikipedia, l-akbar enċiklopedija tad-dinja) li qatta’ l-aħħar 20 sena bħala voluntier fil-qasam tal-għarfien dwar il-Wikipedia. Matul l-aħħar erba’ snin, huwa ħa u tellà eluf ta’ ritratti ta’ kunċerti li jistgħu jintużaw b’mod ħieles fuq Wikimedia Commons, il-librerija tal-midja użata minn Wikipedia u minn pjattaformi oħra li jfittxu kontenut miftuħ. Il-kontribuzzjonijiet tiegħu jinkludu…