
F’Settembru tal-2025, il-kantat popolari Malti Kevin Borg skopra li huwa dixxendent ta’ wieħed mill-aktar għannejja li spikkaw f’nofs is-seklu 20. Ġanmarì Spiteri Amletu kien ħu in-nanna paterna ta’ Kevin. Mad-dilettanti antiki tal-għana, isem Amletu huwa fost dawk tal-għannejja l-kbar tas-snin ta’ wara t-tieni gwerra dinija. Għandna m’uħud mill-aktar għannejja ċelebri bħal Pawlu Seychell l-Għannej, Ċikku Degiorgio Tal-Fjuri, u Salvu Darmanin Ir-Ruġel.
F’kollaborazzjoni ma’ Karol u Jorge Aquilina ta’ Nofsillejl, Kevin għażel għadd t’għanjiet miż-żigarelli li jeżistu ta’ Ġanmarì Amletu. U allura, waqt l-ewwel edizzjoni ta’ Festgħana se nisimgħu lil Kevin Borg jgħanni għall-ewwel darba fil-pubbliku, f’kontinwazzjoni tal-legat ta’ dan l-antenat tiegħu.
Kevin Borg Bio
Kevin Borg huwa kantant, kittieb tal-kanzunetti u produttur Malti mill-Floriana li kiseb rikonoxximent internazzjonali wara li rebaħ Swedish Idol. Minn dak iż-żmien ’l hawn bena karriera globali, fejn ta aktar minn 500 kunċert madwar id-dinja u laħaq miljuni ta’ semmiegħa fuq pjattaformi diġitali.
Bħala kittieb tal-kanzunetti u produttur, Borg ikkontribwixxa għal aktar minn 26 album fost l-aktar li inbiegħu fil-Ġappun, b’bejgħ magħqud li jaqbeż is-sitt miljun kopja. Ukoll kiseb platinu triplu fil-Ġappun u albums tal-platinu fl-Isvezja. Huwa kiteb u pproduċa tliet kanzunetti li laħqu l-ewwel post globalment u kkontribwixxa għal album tal-grupp Arashi li sar l-aktar album mibjugħ fid-dinja fl-2019.
Matul il-karriera tiegħu kkollabora ma’ diversi artisti internazzjonali fosthom Jordin Sparks, Richard Marx u l-kittieb tal-kanzunetti rinomat Desmond Child.
Fl-2026 Borg rebaħ il-premjijiet Best Entertainer of the Year u Best Live Singer of the Year f’Malta, u jkompli jirrappreżenta lil Malta f’livell internazzjonali.
Karol u Jorge Aquilina Bio
Karol u Jorge Aquilina huma kitarristi Maltin li qed jibnu fuq legati twil marbut mal-mużika klassika, il-flamenco u l-mużika folkloristika Maltija (l-għana). Jorge Aquilina, li trabba jdoqq flimkien ma’ missieru, il-kitarrist magħruf Carmelo Aquilina Nofsillejl. Minn età żgħira Jorge kien jidher fuq diversi palkijiet ma’ missieru madwar Malta, fejn kienu jippreżentaw ripertorju li jvarja minn kanzunetti folkloristiċi Mediterranji sa l-għana u prejjem Maltin. Matul is-snin, Jorge żviluppa stil distint li jgħaqqad teknika klassika, influwenzi tal-flamenco u l-mod espressiv ta’ akkumpanjament meħtieġ għall-għana Malti.
Jorge għadda dan l-għarfien lil ibnu Karol Aquilina, li jirrappreżenta t-tielet ġenerazzjoni tal-linja mużikali tal-familja Aquilina. Flimkien jidhru bħala duo, u jippreżentaw programmi li jgħaqqdu mużika folkloristika Maltija ma’ repertorju klassiku u flamenco. Il-prestazzjonijiet tagħhom jenfasizzaw kemm l-għeruq storiċi kif ukoll in-natura tal-kitarra tradizzjonali Maltija li qed tevolvi.
Minbarra l-kunċerti, Jorge u Karol ikkollaboraw f’diversi proġetti kulturali, festivals u recordings li jippromwovu l-wirt mużikali Malti kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta,. B’hekk jiżguraw li l-legat ta’ Carmelo Aquilina Nofsillejl ikompli jgħix permezz ta’ ġenerazzjonijiet ġodda ta’ mużiċisti.