
Is-Sutartinės huma tip ta’ għana tradizzjonali mil-Litwanja, magħrufa għall-istil uniku ta’ kant polifoniku. Dawn il-għanjiet normalment jitgħannew minn gruppi żgħar ta’ nisa li jinsġu l-vuċijiet tagħhom f’ritmi u melodiji differenti li jorbtu flimkien b’mod armonjuż. L-istruttura tagħhom hija ripetittiva u ritmika, u spiss tinkludi kliem sempliċi jew sillabi li jiffokaw aktar fuq il-ħoss milli fuq it-tifsira.
It-traduzzjoni tas-sutartinės marbuta ma’ diversi okkażjonijiet soċjali u ritwali, bħal xogħol fil-kampanja, festi u ċelebrazzjonijiet. Dan il-wirt kulturali huwa importanti ħafna għal-Litwanja u ġie rikonoxxut ukoll mill-UNESCO bħala wirt kulturali intanġibbli fl-2010.
Illum, dawn l-għanjiet għadhom jitħaddnu u jitgħallmu bħala parti mill-identità nazzjonali u l-istorja mużikali tal-pajjiż. Il-Baltic Sisters ġew mistiedna jipparteċipaw waqt Festgħana 2026 propju għax huma fost l-iprem esponenti tas-sutartinės fid-dinja.
Dwar il-Baltic Sisters:
Baltic Sisters huwa ensemble folkloristiku li jegħelb il-fruntieri li jiġbor flimkien erba’ kantanti mil-Litwanja, il-Latvja u l-Estonja. Il-grupp ġie ffurmat wara li l-mużiċisti ltaqgħu waqt il-konferenza WOMEX f’Lisbona fl-2022. Huma ingħaqdu flimkien minħabb l-interess komuni tagħhom fis-sutartinės, il-prattika tradizzjonali Litwana ta’ kant polifoniku rikonoxxuta mill-UNESCO bħala wirt kulturali intanġibbli.
L-album debutt tagħhom, Värav / Vārti / Vartai (“Il-Bieb” jew “Il-Portal”), jesplora t-tradizzjonijiet mużikali tar-reġjun Baltiku permezz ta’ repertorju ta’ għanjiet u kanzunetti folkloristiċi Litwani, Latvjani u Estonjani. Xi drabi ppreżentati individwalment u xi drabi minsuġa flimkien, dawn l-għanjiet joħolqu pajsaġġ sonoru li jirrifletti kemm l-identitajiet distinti kif ukoll il-wirt kulturali komuni tan-nazzjonijiet Baltiċi. Permezz tal-interpretazzjonijiet tagħhom, il-kwartett jenfasizza r-rabtiet storiċi bejn il-lingwi, it-tradizzjonijiet u l-memorja kollettiva tar-reġjun.
Ir-repertorju tal-ensemble jinkludi għanjiet tradizzjonali mimlija espressività, bħall-lament Latvjan Soka Saule Rītiedama, kif ukoll sutartinės klassiċi bħal Sese Sodu, li jirrakkonta l-istorja ta’ oħt li tħawwel ġnien tat-tuffieħ u toħlom b’ħsad abbundanti fil-futur.
Il-Baltic Sisters huwa Marion Selgall (Estonja), Laurita Peleniūtė (Litwanja), Vineta Romāne (Latvja) u Liene Skrebinska (Latvja), kollha kemm huma artisti u edukaturi attivi fit-tradizzjonijiet folkloristiċi rispettivi tagħhom. Flimkien jippreżentaw interpretazzjoni kontemporanja b’saħħitha tal-wirt vokali Baltiku.
Araw aktar minn dan il-grupp: