top of page

Sejħa għas-Servizz ta’ Uffiċjal tal-Komunikazzjoni fi ħdan Festivals Malta

  • Writer: Festivals Malta
    Festivals Malta
  • 16 hours ago
  • 2 min read

Ref: Festivals/FMA/8/2026

 


Is-servizzi ta' uffiċjal li jipprovdi Servizzi ta' Komunikazzjoni huma meħtieġa mill-1 ta' April 2026 b'medja ta' 40 siegħa ta' servizz fil-ġimgħa. Il-kandidat/a magħżul/a għandu/ha j/tidħol f'Kuntratt għal Servizz għal perjodu ta' 12 (tnax) -il xahar.

 

Is-servizz se jiġi remunerat b'€18 eskluż l-VAT fis-siegħa, b’kuntratt li l-valur ma jaqbiżx €45,000 (eskluż il-VAT) matul it-tul tal-kuntratt. Kwalunkwe taxxa jew ħlas ieħor għandu jitħallas mill-kandidat/a magħżul/a.

 

Festivals Malta

 

Festivals Malta hija l-aġenzija nazzjonali ddedikata għat-trawwim u t-tkabbir ta’ festivals u avvenimenti kulturali f’Malta u Għawdex.

 

L-aġenzija tnediet fl-2017 u ġiet fdata b’portafoll varjat ta’ festivals biex trawwem il-kreattività, il-professjonaliżmu, il-parteċipazzjoni u l-edukazzjoni kulturali fis-settur. Hija responsabbli għal kalendarju annwali ta’ aktar minn 160 attività separata fi 11-il festival interessanti u aċċessibbli, u 5 avvenimenti nazzjonali, li jservu bħala pjattaforma għall-artisti lokali biex juru t-talenti tagħhom u jirriflettu l-varjetà tal-ħajja kulturali fl-arċipelagu Malti, jippreservaw it-tradizzjonijiet lokali, jikkultivaw ambjent ta’ kreattività u espressjoni artistika u jippromwovu l-għarfien pubbliku dwar l-arti. Permezz tal-kollaborazzjoni u l-promozzjoni reċiproka fis-settur kreattiv, Festivals Malta taħdem biex tgħolli l-profil tal-kultura Maltija fil-komunità u biex tippromwovi lil Malta internazzjonalment bħala destinazzjoni tal-festivals.

 

Servizzi Meħtieġa

 

Il-persuna magħżula għanda tipprovdi servizzi ta' komunikazzjoni kif mitlub.

 

Kompiti Prinċipali

 

i. Tikkollabora mal-maniġment biex tiżviluppa u timplimenta strateġija ta' komunikazzjoni effettiva bbażata fuq l-udjenza għall-festivals/avvenimenti rispettivi.

ii. Tikteb, teditja, u tqassam kontenut, inklużi pubblikazzjonijiet, stqarrijiet għall-istampa, kontenut ta' websajt, rapporti annwali, diskorsi, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni li jikkomunika l-attivitajiet, il-prodotti u/jew is-servizzi tal-organizzazzjoni.

iii. Ġestjoni tal-midja soċjali: Tippjana, toħloq, u tiskeda kontenut għall-paġni tal-midja soċjali tal-festivals/avvenimenti assenjati.

iv. Twieġeb għall-mistoqsijiet tal-midja, tirranġa intervisti, u taġixxi bħala kelliema għall-organizzazzjoni.

v.  Tistabbilixxi u żżomm relazzjonijiet effettivi mal-ġurnalisti u żżomm database tal-midja.

vi. Tfittex opportunitajiet biex ittejjeb ir-reputazzjoni tal-aġenzija, u tikkoordina avvenimenti ta' pubbliċità kif meħtieġ.

vii. Iżżomm rekords ta’ media coverage u tiġbor analiżi u metriċi.

viii. Profiċjenza fis-software tad-disinn u l-pubblikazzjoni se titqies bħala vantaġġ.

ix. Timmaniġġja l-kunflitt hekk kif jinqala' u teskala lill-maniġment.

x. Kapaċi taħdem f'tim, tadatta malajr u tirrispondi għall-bidla f'ambjent li qed jinbidel malajr.

xi. Taħdem matul tmiem il-ġimgħa u festi pubbliċi, inklużi filgħaxija skont l-eżiġenzi tal-Aġenzija.

xii. Iżżomm ruħha aġġornata mar-regolamenti u l-politiki finanzjarji u tal-procurement tas-Servizz Pubbliku u twettaq l-akkwist skont il-PPR tal-Gvern.

xiii. Tgħin fi kwalunkwe kwistjoni oħra, kif assenjat mill-Maniġer tal-Marketing jew mis-CEO.

xiv. Issegwi kwalunkwe inkarigu ad hoc ieħor fir-rigward ta' festivals u avvenimenti kif jista' jiġi dirett u miftiehem mas-CEO ta' Festivals Malta.

 

Kwalifiki u Esperjenza Meħtieġa

 

L-applikanti interessati jridu jkollhom:

-       Baċellerat fl-Arti, Komunikazzjoni, Marketing, Amministrazzjoni jew suġġett relatat (MQF Livell 6).

-       Minimu ta' sentejn esperjenza fi rwol ta' komunikazzjoni.

-       Diskrezzjoni professjonali.

-       Effiċjenza.

-       Għarfien tas-settur kulturali f'Malta.

-       Ħiliet eċċellenti ta' koordinazzjoni.

-       Abbiltà li jikkomunikaw bil-Malti u bl-Ingliż.

-       Ħiliet organizzattivi qawwija.

-       Ħiliet żviluppati sew fil-ġestjoni tal-ħin.

-       Abbiltà li jaħdmu taħt pressjoni.

-       Attenzjoni qawwija għad-dettall.

-       Ħiliet profiċjenti fil-kompjuter (MS Office u Outlook).

-       Artikolazzjoni verbali u miktuba.

 

Applikazzjonijiet

 

L-applikanti interessati huma meħtieġa jibagħtu ittra ta’ motivazzjoni flimkien ma’ CV u kopji taċ-ċertifikati permezz ta’ email fuq: procurement.fm@festivals.mt

 

L-applikazzjonijiet għandhom jintbgħatu sa mhux aktar tard mit-13 ta’ Marzu 2026 sa nofsinhar.

 

L-applikanti eliġibbli se jintalbu jattendu għal intervista ta’ selezzjoni.

Comments


bottom of page