STQARRIJA Konġunta Bejn Festivals Malta, Transport Malta u l-Malta Public Transport
- Festivals Malta

- 7 hours ago
- 2 min read
Jitħabbar tibdil temporanju fil-post tat-Terminus tal-karozzi tal-linja għall-Karnival fil-Belt Valletta u l-Furjana

Festivals Malta, Transport Malta u l-Malta Public Transport qed iħabbru li ser jidħol fis-seħħ tibdil temporanju tat-Terminus tal-karozzi tal-linja għall-jiem tal-Karnival fil-Belt Valletta u l-Furjana, dan minħabba riħ qawwi li huwa mbassar fil-jiem li ġejjin. Wara diskussjoni bejn l-Awtoritajiet ikkonċernati, ġie deċiż li l-karrijiet ikunu pparkjati fil-foss ta’ San Ġakbu fil-Belt Valletta minflok fuq il-Fosos tal-Furjana, dan sabiex il-karrijiet ikunu protetti minn kull element u anke sabiex il-Karnival ikun jista jiġi gawdut fil-jiem li ġejjin. Dan it-tibdil sar ukoll bi qbil mal-parteċipanti tal-Karnival.
Ser ikunu qed jinbidlu b’mod temporanju l-post tat-terminus Żona B u Ċ. Din il-bidla ser tidħol fis-seħħ min-nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Frar 2026 sat-Tlieta 17 ta’ Frar 2026, fis-6 ta’ filgħaxija.
Iż-żoni tat-terminus ser jiġu trasferiti għall-Fosos tal-Furjana – Triq San Publiju għal Żona B u Triq Sarria għal Żona Ċ.
Żoni tat-Terminus:
Żona B: Triq San Publiju Żona Ċ: Triq Sarria
Waqt dan il-perjodu, ser jiġu affettwati dawn ir-rotot:
Żona B
B1: Rotot TD4, X300
B3: Rotot 21, 22
B4: Rotot 24, 25, 32, 35
B5: Rotot 31, 45, 48
B6: Rotot 41, 42, 49, 250
B7: Rotot 44, 47, 238
B8: Rotot 43, 46, 260
Żona Ċ:
C1: Rotot 50, 58A, 58
C2: Rotot 51, 52, 53
C3: Rotot 54, 56
C4: Rotot 61
C5: Rotot 62
C6: Rotot 63, 64
Il-Malta Public Transport tirrakkomanda lil kull min juża t-trasport pubbliku biex jieħu nota ta’ dawn it-tibdiliet temporanji u biex jippjanaw il-vjaġġ tagħhom sew minn qabel. Dawn is-servizzi ser jerġgħu jkomplu b’mod normali wara s-6 ta’ filgħaxija nhar it-Tlieta 17 ta’ Frar.
Passiġġiera li ħa jkunu qegħdin jagħmlu użu minn dawn ir-rotot ħa jkunu qegħdin jieqfu fi Triq Sarria hekk kif indikat bil-vleġeġ sofor.
Festivals Malta tirringrazzja lil Transport Malta, il-Malta Public Transport, il-Korp tal-Pulizija, LESA u d-Dipartiment tal-Manutenzjoni u t-Tindif li lkoll flimkien ingħaqdu biex tinstab l-aħjar soluzzjoni sabiex f’kull ħin il-karrijiet tal-Karnival ikunu protetti matul il-jiem tal-Karnival u eventwalment ikun jista’ jiġi ċċelebrat il-Karnival fil-jiem li ġejjin.
Festivals Malta tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex tikkopera mad-direzzjoni tal-Awtoritajiet konċernati, fl-istess waqt tirringrazzja u tawgura lill-parteċipanti kollha tal-Karnival.
Għal aktar informazzjoni dwar il-Karnival ta’ Malta wieħed jista jżur www.festivals.mt/karnival u għall-aħħar tibdiliet dwar ir-rotot, wieħed għandu jżur www.publictransport.com.mt




Comments